Il-Presbiteru Gérald Caussé huwa l-iktar membru ġdid fil-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huwa ssejjaħ nhar il-Ħamis, 6 ta’ Novembru, 2025, u ġie ordnat l-istess jum mill-President Dallin H. Oaks u l-membri l-oħra tal-Ewwel Presidenza u l-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu.
“Minn dejjem kelli testimonjanza ta’ Ġesù Kristu,” qal il-Presbiteru Caussé nhar it-Tlieta. “Minn dejjem kien fiċ-ċentru ta’ ħajti. Jiena naf li Ġesù Kristu jgħix. U naf li huwa s-Salvatur u l-Feddej tagħna. Kemm hi ħaġa tal-għaġeb li tkun xhud ta’ Kristu. Dik l-aqwa responsabbiltà jew il-ħarsien li jista’ jkollna f’ħajjitna.”
Il-Presbiteru Gérald Caussé tal-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.
L-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé (fin-nofs) tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jiltaqa’ mad-Direttur Eżekuttiv tal-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) tan-Nazzjonijiet Uniti, Cindy McCain (bl-aħmar), fil-kwartieri ewlenin tal-WFP ġewwa Ruma nhar il-Ħamis, 17 ta’ April, 2025.
Gérald Caussé, l-Isqof li Jippresjedi tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, jiltaqa’ ma’ Jimmer Fredette (li pparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Pariġi fil-baskitbol 3x3 għal Team USA) qabel id-devozzjonali f’Versailles, Franza, nhar il-Ħadd, 21 ta’ Lulju, 2014.
L-Isqof Gérald Caussé f’Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika ta’ Congo, matul iż-żjara ta’ minister mal-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Novembru, 2022.
Gérald Caussé, l-Isqof li Jippresjedi tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, ikellem liż-żgħażagħ matul id-devozzjonali f’Versailles, Franza, nhar il-Ħadd, 21 ta’ Lulju, 2024.
L-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé jitkellem ma’ mistednin waqt id-dedikazzjoni ta’ Ċentru ġdid u modern ta’ Distribuzzjoni ta’ Servizzi Gobali f’Salt Lake City, Utah, nhar il-Ħamis, 8 ta’ Ġunju, 2023.
L-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé (xellug) u Jon Schmidt tal-Piano Guys (lemin) jesegwixxu dwett għall-pjanu fis-Salt Palace Convention Centre f’Salt Lake City, Utah, bħala parti mill-Konferenza YSA 2025 fir-Reġjun ta’ Utah tal-Knisja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu, 2025.
L-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé jindirizza eluf ta’ adulti żgħażagħ single fis-Salt Palace Convention Centre f’Salt Lake City, Utah, bħala parti mill-Konferenza YSA 2025 fir-Reġjun ta’ Utah tal-Knisja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu, 2025.
L-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé u martu, Valérie, iduru ċ-Ċentru ġdid ta’ Distribuzzjoni ta’ Servizzi Gobali f’Salt Lake City, Utah, nhar il-Ħamis, 8 ta’ Ġunju, 2023.
Il-Veskovat li Jippresjedi tal-Knisja tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien: l-Isqof Gérald Caussé (Isqof), l-Isqof W. Christopher Waddell (l-ewwel konsulent) u l-Isqof L. Todd Budge (it-tieni konsuleny), Ritratt Uffiċjali, Ottubru 2020.
Mix-xelluq għal-lemin: Brother James McConkie Wright u Sister Amy A. Wright; Sister Valérie Caussé u l-Isqof li Jippresjedi Gérald Caussé; Sister Wendy Nelson u l-President Russell M. Nelson; il-PresbiteruQuentin L. Cook u Sister Mary Cook; il-Presbiteru Kevin R. Duncan u Sister Nancy Duncan fid-Dedikazzjoni tat-Tempju ta’ Washington D.C. nhar il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu, 2022.
Gérald Caussé, l-Isqof li Jippresjedi tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jipparteċipa f’avveniment biex jiddiskuti l-Caring summary tal-2024 fil-Bishops' Central Storehouse f’Salt Lake City, Utah, fil-25 ta’ Marzu, 2025.
Isqfijiet li Jippresjedu tal-Knisja tal-lum ta’ lbieraħ. Fuq quddiem max-xellug għal-lemin, Robert D. Hales (1985-1994), Merrill J. Bateman (1994-1995), u H. David Burton (1995-2012). Fuq wara mix-xelluq għal-lemin, Gary E. Stevenson (2012-2015), u Gerald Caussé (2015-2025). Ir-ritratt ittieħed f’ Marzu 2017.
Gérald Caussé jiltaqa’ mal-President Franċiż tal-Polynesia, Édouard Fritch, nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar, 2017, f’Papeete, il-Polynesia Franċiża.
L-Appostli huma xhieda tal-isem ta’ Kristu madwar id-dinja kollha. Huma mdaħħlin ukoll f’responsabbilitajiet amministrattivi ta’ ċertu sinifikat, billi jħarsu l-operat u l-iżvilupp ta’ Knisja globali. Il-Kworum ta’ Tnax-il Appostlu huwa t-tieni l-ogħla awtorità li tippresjedi fil-governanza tal-Knisja. Huma jservu taħt id-direzzjoni tal-Ewwel Presidenza, li tinkludi lill-President tal-Knisja u żewġ konsulenti.
Il-Presbiteru Caussé, 62, twieled Bordeaux fi Franza. Meta nħarġitlu din is-sejħa, huwa kien fil-11-il sena ta’ servizz tiegħu bħala l-Isqof li Jippresjedi l-Knisja. Huwa kien it-tielet Isqof li Jippresjedi mwieled barra l-Istat Uniti u l-ewwel wieħed li għalih l-Ingliż hija t-tieni lingwa. Bħala parti mill-ħidma tal-Veskovat li Jippresjedi nsibu aspetti bħall-għajnuna umanitarja, il-programmi tal-welfer, id-dieċmi u l-offerti tas-sawm, il-faċilitajiet fiżiċi, u l-organizzazzjoni tar-rekords tas-sħubija. Il-Veskovat li Jippresjedi jivvjaġġa ħafna wkoll biex jimministra lill-membri tal-Knisja madwar id-dinja.
Il-Presbiteru Caussé serva wkoll bħala konsulent fil-Veskovat li Jippresjedi (2012 – 2015) u bħala Awtorità Ġenerali Sebgħin (2008 – 2012).
Imwieled fl-20 ta’ Mejju, 1963, iben Jean Caussé u Marie-Blanche Bonnet Caussé, il-Presbiteru Caussé mar jgħix Pariġi fl-età ta’ 19-il sena. Hemmhekk serva fis-servizz militari għal sena. Beda joħroġ ma’ Valérie Babin, li huwa kien jaf sa minn tfulitu, meta t-tnejn li huma kienu fl-istess qasam f’ Pariġi. It-tnejn li huma huma Qaddisin tal-Aħħar Żmien tat-tieni ġenerazzjoni.
Il-ġenituri tal-Presbiteru Caussé kienu tgħammdu meta hu kellu sitt xhur; il-ġenituri ta’ Valérie ngħaqdu mal-Knisja meta hi kellha 3 snin. Huma żżewġu fil-5 ta’ Awwissu, 1986, fit-Tempju ta’ Bern l-Isvizzera, u huma l-ġenituri ta’ ħames ulied.
L-impenji tal-Presbiteru Caussé bħala Awtorità Ġenerali l-ewwel darba ħadu lilu u lil Valérie u tlieta minn uliedhom sal-Ġermanja, u wara sal-Istat Uniti. Il-koppja Caussé faħħret lil uliedha li ssapportew dawk il-bidliet diffikultużi.
“Dik ma kinitx xi ħaġa faċli li tagħmel,” qal il-Presbiteru Caussé. “Nammirawhom talli kienu tant ikkonsagrati. Qatt ma ilmentaw. Ġew magħna u biddlu ħajjithom. U dawk li baqgħu Franza aħna nammirawhom li għexu mingħajr il-ġenituri qribhom għal dawn l-aħħar 17-il sena.”
“Huma mlewna bil-kuraġġ,” żiedet tgħid Sister Caussé. “Waħda minnhpm qaltilna li kienet tibki kull lejl, iżda qatt ma qaltilna xejn ħlief li tagħmlilna kuraġġ. Ninsabu mkabbrin ħafna bihom.”
Parti mill-ministeru tal-Presbiteru Caussé bħala Awtorità Ġenerali kienet għall-ġenerazzjoni li tielgħa. F’Awwissu tal-2025, per eżempju, huwa fakkar lill-adulti żgħażagħ li l-ħidma tal-ġbir ta’ Iżrael hija l-iktar ħaġa important li qed isseħħ illum – u bħala Qaddisin tal-Aħħar Żmien, huma msejħin li jkunu parti minnha. “Il-Knisja għandha bżonkom – mhux minkejja min intom, imma propju għax intom min intom,” qal l-Presbiteru Caussé. “Kull wieħed minkom iġib kapaċitajiet u esperjenzi tal-ħajja uniċi li huma essenzjali għall-milja tal-għanijiet tal-Mulej.” L-Appostlu l-ġdid ta wkoll indirizzi sinifikattivi dwar l-importanza li nieħdu ħsieb il-ħlejjaq ta’ Alla. F’konferenza l-Brażil fl-2023, per eżempju, huwa kellem lil 100 Qaddis tal-Aħħar Żmien professjonali żagħżugħ dwar kif il-Knisja qed titratta s-sostenibbiltà ambjentali.
“Alla fdana bil-ħarsien tal-kreaturi tiegħu, inkluż li nieħu ħsieb lil uliedu – ħutna rġiel u nisa,” qal il-Presbiteru Caussé. “Li naġixxu f’dan il-ħarsien huwa mod kif naqsmu l-imħabba li l-Ħallieq tagħna jagħti lilna. Kull dixxiplu ta’ Kristu għandu jħoss l-importanza li jbierek lill-familja u l-komunità li jgħix fiha.”
L-iktar important kien kif Caussé ffoka fuq it-tama li tinstab f’Ġesù Kristu, suġġett li semma fl-iktar indirizz riċenti tiegħu fil-konferenza ġenerali. “Dan il-messaġġ ta’ tama u faraġ huwa għal kull wieħed u waħda minna, ulied Alla,” qal il-Presbiteru Caussé f’April 2025. “Ħadd minna ma jista’ jaħrab l-isfidi u l-limitazzjonijiet tal-mortalità. Wara kollox, aħna lkoll twelidna b’nuqqas inerenti ta’ kapaċità li nsalvaw lilna nfusna. Madanakollu għandna Salvatur li jħobbna, u ‘għax nafu li hu permezz tal‑grazzja [tiegħu] li aħna niksbu s‑salvazzjoni, wara li nagħmlu dak kollu li nistgħu’ (2 Nefi 25:23).”