L-Ewwel Presidenza l-Ġdida Tiddiskuti Kwistjonijiet Ewlenin u Twassal Tamiet għad-Dinja

L-intervista hija l-ewwel taħdita tat-tip tagħha għall-Ewwel Presidenza l-ġdida

image

L-Ewwel Presidenza il-ġdida tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ġew intervistati mill-ġurnalista ppremjata Jane Clayson Johnson nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2025. It-taħdita kopriet firxa wiegħsa ta’ kwistjonijiet li qed tiffaċċja l-Knisja u d-dinja.

L-intervista ġiet imxandra pubblikament mad-dinja kollha peress li kienet l-ewwel taħdita tat-tip tagħha minn meta tħabbret l-Ewwel Presidenza l-ġdida iktar kmieni din il-ġimgħa.

Fl-intervista, li seħħet fil-Bini tas-Soċjetà tas-Solliev f’Temple Square, il-ġurnalista li fil-passat ħadmet mas-CBS News u l-ABS News staqsiet lill-mexxejja tal-Knisja dwar l-irwol tan-nisa fil-fidi, it-tkabbir mgħaġġel li riċentament kellha l-Knisja, messaġġi għall-ġenerazzjoni li tielgħa, kif se nilħqu lil oħrajn u bosta kwistjonijiet oħra.

L-Irwol tan-Nisa

Johnson staqsiet xi trid l-Ewwel Presidenza li n-nies jifhmu dwar l-irwol tan-nisa fil-Knisja.

Il-President Christofferson tkellem dwar il-ħtieġa madwar il-Knisja kollha biex il-perspettiva maskili u dik femminili jiġu kkonsiderati t-tnejn meta jittieħdu d-deċiżjonijiet.

“[Meta] aħna nġibu ż-żewġ perspettivi flimkien, niksbu perspettiva aħjar. Nersqu eqreb lejn il-perspettiva divina,” qal il-President Christofferson.

“Li tmexxi jfisser li sservi,” qal il-President Eyring, “u n-nisa jagħmlu dan b’mod li huwa tassew impressjonanti.”

Il-President Oaks qabel li l-Knisja “mhix dejjem kien għaqlija biex tuża l-kwalifika kbira u l-qawwiet kbar tal-ulied bniet ta’ Alla.” “Għad baqgħalna x’nagħmlu,” qal il-President Oaks, “iżda ninsabu ħafna aħjar minn kif konna anki għaxar snin ilu.”

X’Qed Jagħmel lill-Knisja Tikber

Johnson semmiet kif minkejja x-xeħtiet demografiċi juri numru dejjem jikber ta’ nies li jidentifikaw rwieħhom li m’għandhomx affiljazzjoni reliġjuża, it-tkabbir tal-Knisja huwa wieħed kbir.  Per eżempju, 900,000 ruħ ingħaqdu mal-fidi fl-aħħar tliet snin.  “X’hemm wara dan it-tkabbir?” staqsiet.

Is-sigriet wara it-tkabbir tal-knisja, qal il-President Oaks, huwa l-qawwa tal-evanġelju restawrat ta’ Ġesù Kristu.  “Huwa evanġelju ta’ ferħ u tkabbir u informazzjoni dwar l-għan tal-ħajja,” qal il-President Oaks. “In-nies li jħaddnu d-duttrina tiegħu jsibu li jagħmlilhom ħajjithom iktar kuntenta, iktar sinifikattiva, iktar reżistenti għad-diffikultajiet li lkoll nesperjenzaw fil-ħajja mortali, u iktar kapaċi biex inservu lil ħuthom l-bnedmin u biex irabbgħu lil uliedhom.”

Il-President Eyring qal li l-għerq ta’ dan it-tkabbir huwa t-tama li jħossu n-nies fil-messaġġ.

“It-tkabbir tal-Knisja se jaċċelera meta jsibu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu ppreżentat mill-missjunarji, huma jaraw t-tama,” qal.

Il-President Christofferson qal li t-tkabbir tal-Knisja jfakkru fit-tagħlim tal-President Russell M. Nelson dwar il-ġabra tal-poplu tal-patt ta’ Alla madwar id-dinja. “Nemmen li dak hu dak li qed naraw,” qal. “Il-Mulej qed iwettaq ċerta ħwejjeġ. Aħna nistgħu ngħinu, forsi fit-truf, iżda hu qed jimxi bil-qawwa tiegħu kollha. Nara lill-Mulej miexi mad-dinja u l-Ispirtu tiegħu jinfluwenza lin-nies f’ħajjithom.”

Messaġġ lil Dawk li Jinsabu fil-Marġini

Johnson tablet lill-Ewwel Presidenza biex tindirizza lil dawk li jħossuhom ma jistgħux jagħmlu parti mill-Knisja. “Xi tridu li jkunu jaf dwar kif is-Salvatur iħossu dwarhom u kif intom tħossukom dwarhom?” staqsiet.

“Aħna lkoll ulied Alla,” enfasizza l-President Oaks. “Alla jħobbhom, u għandu pjan għalihom huma fejn huma fuq it-triq lejn id-destin divin.”


“Ersqu ’l quddiem u kkontribwixxu dak li tistgħu lill-ġisem ta’ Kristu. Kulħadd għandu siwi. Kull kontribut għandu siwi.”

—il-President Christofferson

Il-President Eyring semma siltiet mill-iskrittura li jiddeskrivi lil dirgħajn Kristu stiriati mimlijin ħniena u mħabba.

“Meta n-nies, huma min huma, jħossuhom li huma fil-marġni, huma ma jistgħux jitbiegħdu wisq mis-Salvatur bla ma huwa qatt iżjed ma jista’ jasal għandhom,” il-President Eyring qal. “Jien inħeġġihom biss biex jitolbu u intom se tħossu li m’għadkomx fil-marġni u intom inklużi.”

Il-President Christofferson ħeġġeġ li kull min iħossu eskluż biex idur lejn Kristu u jingħaqad fis-servizz.

“Mhux dejjem għandek toqgħod tistenna fil-ġenb,” qal. “Oħroġ ’il quddiem u kkontribwixxi dak li tista’ lill-ġisem ta’ Kristu. Kulħadd għandu siwi. Kull kontribut għandu siwi.”

image
Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Konsulent tal-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, iwieġeb mistoqsija matul intervista mill-ġurnalista ta’ suċċess, Jane Clayson Johnson fil-Bini tas-Soċjetà tas-Solliev f’Salt Lake City, Utah, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru, 2025.

Messaġġ lill-Ġenerazzjoni li Tielgħa

X’għandhom xi jgħidulha lill-ġenerazzjoni li tielgħa l-mexxejja tal-Knisja?

“Għandkom Missier fis-Smewwiet li jħobbkom,” qal il-President Oaks. “Huwa pprovda pjan għalikom, u taħdem l-aqwa fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, fejn għandha spjegazzjoni tal-għan tal-ħajja, sfidi u attivitajiet li jmexxukom fuq dik li nsejħulha t-triq tal-patt lejn destin tas-smewwiet. Afdaw fil-Mulej. Ejjem u gawdu magħna l-barkiet tiegħu.”


“Ejjem u gawdu magħna l-barkiet tiegħu.”

— il-President Oaks

Il-President Eyring qal li huwa ottimist dwar iż-żgħażagħ sakemm huma jduru lejn is-Salvatur tad-dinja.

“Awguri! Il-Mulej salvakom għall-iktar żmien eċitanti fl-ġrajja tal-ħidma tiegħu f’din id-dinja. Jien inwegħodhom future glorjuż, u naħseb li diġà jinsab fuq ix-xefaq,” qal il-President Eyring. “Huma jistgħu jkunu ottimisti jekk jafdaw fil-Mulej Ġesù Kristu u jkunu l-qaddejja tiegħu kemm jifilħu.”

Il-President Christofferson semma l-isfidi uniċi tal-Millennials u Gen Z. Huwa ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jużaw it-teknoloġija għat-tajjeb — u biex jiftakru li “m’hemm l-ebda sostitut tal-Ispirtu s-Santu.”

“L-ebda teknoloġija ma’ jista’ jieħu post l-Ispirtu, l-ebda riżors jew sors,” huwa qal. “Duru lejn il-Mulej, kif qal il-President  [Oaks]. Ġesù Kristu huwa t-triq.”

image
Il-President Dallin H. Oaks u l-President D. Todd Christofferson tal-Ewwel Presidenza huma intervistati mill-ġurnalista ta’ suċċess, Jane Clayson Johnson fil-Bini tas-Soċjetà tas-Solliev f’Salt Lake City, Utah, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru, 2025.

“Ġesù Kristu Huwa t-Triq”

Johnson staqsiet liema frażi jew skrittura l-Ewwel Presidenza tkun tixtieq li n-nies iżommu f’moħħhom meta jibdew il-ministeru tagħhom.

“Ġesù Kristu huwa t-triq,” qal il-President Oaks. Huwa mbagħad qara vers mill-Ktieb ta’ Mormon li jgħallem, “li m’għandu jingħata l‑ebda isem ieħor jew l‑ebda mod jew mezz ieħor li permezz tiegħu wlied il‑bnedmin jistgħu jiksbu s‑salvazzjoni, ħlief fl‑isem u permezz tal‑isem ta’ Kristu, il‑Mulej Omnipotenti.”

Il-President Eyring żied stedina  min-naħa tiegħu biex nagħmlu iktar minn sempliċi “ejjew u araw,”  kif jgħid vers fil-Bibbja. “Ejjew u kunu intom u sibu l-paċi li tant qed issibuha diffiċli li ssibu fid-dinja ta’ madwarkom,” huwa qal.


“Ejjew u kunu intom u sibu l-paċi li tant qed issibuha diffiċli li ssibu fid-dinja ta’ madwarkom.”

—President Eyring

Il-President Christofferson rrefera għar-realtà tal-Qawmien mill-Mewt ta’ Kristu bħala l-aħħar raġġ ta’ tama.

“Għalija, il-fatt tal-Qawmien mill-Mewt tiegħu huwa prova tal-qawwa tiegħu li jwettaq il-wegħdiet tiegħu,” qal il-President Christofferson. “Huwa prova ta’ min Hu hu.”

image
Il- President Dallin H. Oaks tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, u martu, Kristen, jgħidu kelmtejn wara li hu u l-konsulenti tiegħu fl-Ewwel Presidenza ġew intervistati mill-ġurnalista ta’ suċċess, Jane Clayson Johnson fil-Bini tas-Soċjetà tas-Solliev f’Salt Lake City, Utah, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru, 2025.

Il-President Oaks kkonkluda b’testimonjanza, “Jien ferħan b’din l-opportunità li nagħti testimonjanza li jien naf l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu fil-milja tiegħu huwa l-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien irrestawrata.

Hawnhekk insibu t-tweġibiet għall-ikbar mistoqsijiet tal-ħajja. X’inhi r-relazzjoni tiegħi ma’ Alla? Għalfejn ninsab hawn fid-dinja? X’inhu l-għan ta’ dil-ħajja li kultant toffrilna tant problem? Fejn aħna sejrin? Kif se naslu hemmhekk? X’inhi r-relazzjoni tiegħi ma’ Ġesù Kristu?

U kif tista’ dik ir-relazzjoni titjieb u jien nista’ ngħix aħjar u b’mod iktar sigur ma’ dawk li nħbb u nħares ’il quddiem magħhom għall-ħajja li jmiss li hija assigurata bħala spirtu wild Alla, tad-demm u l-laħam u mqajjem mill-mewt, minħabba l-missjoni tal-Iben waħdani tiegħu, Ġesù Kristu, li f’ismu jiena nixhed dwar dawn il-ħwejjeġ, f’isem Ġesù Kristu.”