Messaġġ tat-Tmexxija Reġjonali
Jien naf li ibnu, Ġesù Kristu, fdiena minn dnubietna. Jien inwegħidkom li hekk kif titolbu, tistudjaw l-iskrittura, isservu lil oħrajn, tagħmlu patti mal-Mulej, u tixhdu dwaru, intom taslu biex issiru tafu lis-Salvatur tagħna Ġesù Kristu ħafna aħjar.
Il-bidla pożittiva tibda minn kull wieħed u waħda minna u mix-xewqa tagħna biex nikkontribwixxu personalment, li nkunu ta' qalb waħda u moħħ wieħed, li ngħixu fis-sewwa, u li konxjament nagħtu kas tal-fqar u dawk fil-bżonn
Aħna lkoll aħwa, kull wieħed u waħda iben u bint Missier fis-Smewwiet kollu mħabba. Ibnu, il-Mulej Ġesù Kristu, jistedinna lkoll biex immorru għandu
Hemm verità oħra divina u konsistenti, li Kristu, ħuna, u s-Salvatur tagħna, għamel l-espjazzjoni għad-dnubiet tal-bnedmin kollha, għal kull individwu, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini, ir-razza jew it-twemmin tagħhom.
Kristu 'hu l-medjatur tal-aqwa patt'. Dan il-patt jippermetti li jintleħqu t-talbiet għall-ġustizzja u t-talbiet għall-ħniena.