General Information

Is-sena li għaddiet kienet waħda ta’ avvenimenti importanti, luttu u momentum għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Il-jiem kienu mimlija niket minn traġedji bħal dawk fil-Lesotho u Michigan, kif ukoll ferħ u progress minn opportunitajiet akbar għas-servizz u t-tkabbir kontinwu tal-Knisja madwar id-dinja.
B’qalbna tqila, inħabbru li l-President Jeffrey R. Holland, President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, miet nhar is-Sibt, 27 ta’ Diċembru, 2025, għall-ħabta tat-3:15 a.m. MST minn kumplikazzjonijiet assoċjati ma’ mard tal-kliewi, waqt li kien imdawwar mill-familja tiegħu. Kellu 85 sena.
President Oaks gives a Christmas message
Iġġib x’iġġib magħha l-ħajja Ġesù Kristu jġib Ferħ Paċi & Tama
Ċelebrazzjoni tal-Milied ta’ Servizz, Kultura, u Dawl
Fiċ-Ċentru ta’ Duje f’Doboj għaddej proġett kbir ta’ żvilupp mill-ġdid hekk kif il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tingħaqad ma’ IFS-Emmaus fil-bini ta’ faċilitajiet residenzjali ġodda u aktar sikuri għal uħud miċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli tal-Bożnija-Ħerzegovina.
Sens ta’ qima u hena mela Avenue des Arts, bil-palazz irjali ta’ Brussell fl-isfond, hekk kif għadd ta’ dinjitarji, rappreżentanti tal-midja u membri u mexxejja lokali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien inġabru flimkien biex jikkommemoraw iċ-ċerimonja tal-bidu tal-proġett tat-Tempju ta’ Brussell, fil-Belġju, l-ewwel Dar tal-Mulej li l-Knisja qed tibni fil-pajjiż.
L-Ewwel Presidenza bi pjaċir tħabbar li b’mod effettiv, nisa żgħażagħ li jagħżlu li jaqdu missjoni full-time jistgħu jibdew is-servizz tagħhom ta’ 18-il sena wara l-gradwazzjoni mill-iskola sekondarja jew ekwivalenti tagħha.