Għeżież ħbieb,
X'ħaġa ta' hena kbir hi li tmxi magħkom u mal-Mulej, kollha flimkien fit-triq tad-dixxipulat.
Meta Ġesù żar lin-Nefiti, huwa għamel diskors simili għad-Diskors tal-Muntanja, u enfasizza li ħwejjeġ li kienu tal-imgħoddi, li kienu taħt il-liġi, kienu sabu l-milja tagħhom Fih [1]. Id-dikjarazzjoni li għamel il-Mulej iktar minn 2,000 sena ilu li Il-qadim għadda, u daħal il-ġdid [2] għadha tidwi sal-lum. Ġiet mgħallma 'liġi' ogħla, mod ta' ħajja eqdes ġie mgħallem.
Meta Ġesù kien fid-dinja, għallem billi jħaffef it-toqol tan-nies u jgħin li dawk fil-bżonn. Xi wħud jistgħu jaħsbu li t-twemmin tagħna jillimita l-volontà u l-possibbilitajiet tagħna, iżda aħna lkoll nesperjenzaw li l-verità pura u d-duttrina mogħtija mill-Mulej jagħmluna ħielsa u jipprovdulna gwida divina, solliev, u sigurtà f'dinja mimlija taħwid.
Il-tagħlim ta' Ġesù kien differenti minn dak tal-Fariżej, partikolarment fil-mod kif wieħed għandu jħares Jum il-Mulej. Il-Fariżej ippruvaw jidhru ġusti, iżda l-mottivi tagħhom kienu impuri. Ġesù għallem li wieħed jagħmel it-tajjeb u jgħin lin-nies kien iktar importanti minn li jimxi wara interpretazzjonijiet stretti tal-liġi. Huwa uża l-mirakli ta' fejqan bħala opportunità biex jgħallem dwar it-tifsira vera ta' Jum il-Mulej u l-importanza tal-kompassjoni u l-imħabba.
Meta Ġesù qal li 'is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt,' [3] huwa kien qed ifisser li Jum il-Mulej huwa rigal prezzjuż mingħand Alla, li jipprovdilna mument ta' serħan mill-isfidi tal-ħajja ta' kuljum u ċans ta' tiġdid fiżiku u spiritwali. Jum il-Mulej mhuwiex ġurnata biex nagġmlu l-attivitajiet regolari ta' kuljum, iżda jipprovdi opportunità addizzjonali għall-mistrieħ u faraġ, ir-rivelazzjoni personali permezz tas-smigħ u t-tagħlim tal-kelma Tiegħu, u ċ-ċans li nagħmlu t-tajjeb u nedifikaw lill-oħrajn.
Meta wieħed jagħmel ir-regoli stretti u għomja ta' tradizzjonijiet u strutturi iktar importanti mill-prinċipji divini li huma eterni u veri, huwa ma jkunx qed jifhem l-għan divin Tiegħu biex jgħinna nagħmlu progress. Meta niffukaw ħajjitna fuq il-Mulej, il-madmad tiegħu huwa ħelu u t-toqol tiegħu ħafif.[4] Alla jagħtina l-kmandamenti, inkluż dak li nħarsu Jum il-Mulej, mhux biex jissikkana iżda biex iberikna. It-triq lejn il-Missier fis-Smewwiet hija dritta u dejqa, iżda l-Mulej ġie biex iħabbar li m'għandniex bżonn nimxu waħedna. L-istedina lil dawk kollha li jħossuhom 'imtaqqlin'[5] hija biex nieqfu ħdejh, biex nintrabu miegħu kollna hena, u biex inħalluh jerfa' magħna t-toqol tagħna.
Bl-Ebrajk, il-kelma Sabbath tfisser 'mistrieħ.” Iva, il-wegħda tiegħu hija 'Intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.'[6]
Għadna nagħmlu listi ta' x'għandna u m'għandniex nagħmlu f'Jum il-Mulej? Jew inbdilna fi Kristu u ma' Kristu u, bl-għajnuna tal-Missier fis-Smewwiet, qed infasslu l-pjan individwali tagħna għaż-żmien ta' qabel, ta' matul, u ta' wara Jum il-Mulej?
Aħna nistgħu nagħmlu Jum is-Sibt l-għaxqa tagħna billi nagħmlu servizz lil oħrajn, speċjalment dawk li mhumiex iħossuhom tajjeb jew dawk li jħossuhom waħedhom jew fil-bżonn. Li ngħollu l-ispirti tagħhom ħa jgħollilna l-ispirtu tagħna wkoll.[7]
Ejjew nikkonnettjaw mal-Missier fis-Smewwiet il-ħin kollu, iżda speċjalment f'Jum il-Mulej, kemm ġewwa l-bini tal-knisja, u kemm barra minnha, fi djarna u fi djar il-familja u l-ħbieb tagħna.
Jiena grat tal-opportunità li nimxu magħkom u mal-Mulej fit-triq tad-dixxipulat. Jien inħossni mbierek li għandi l-Mulej u lilkom bħala ħuti u ħbiebi li tappoġġjawni. Jien grat għall-Jum il-Mulej f'ħajti u fil-ħajja tal-familja tiegħi. Jagħmlilna l-ġid li nikkonnettjaw flimkien spiritwalment u li nqattgħu ħin flimkien u hekk jissaħħu l-imħabba u l-irbit tagħna.
Nixtieq nistedinkom tikkonsidraw kif ikun l-aħjar għalikom li ssibu individwalmet kif tagħmlu Jum is-Sibt l-għaxqa tagħkom. Fil-laqgħat tagħna tal-Ħadd fil-kappelli tagħna aħna neħtieġu daqqa t'id mingħandkom u t-tbissima tagħkom Ma nistgħux nimxu t-triq waħedna. Jalla nkomplu nitgħallmu t-tagħlim tiegħu u napplikawhom f'ħajjitna u nistinkaw biex nħarsu Jum il-Mulej bħala rigal sagru mingħand Alla. Jalla naqsmu dan ir-rigal ma' oħrajn!
7. Russel M. Nelson, “Jum il-Mulej Hu l-Għaxqa Tagħna”, Konferenza Ġenerali, April 2015