Messaġġ mit-Tmexxija Reġjonali 

Zakonet Shpirtërore

Jalla nħabirku biex nħejju, nħarrġu u nrawmu l-ispirtu tagħna, eżatt kif nagħmlu b'ġisimna

A man praying
Il-Presbiteru Massimo De Feo, l-Italija
Il-Presbiteru Massimo De Feo, l-Italija Il-President, il-Presidenza Reġjonali tal-Ewropa

Li tiżviluppa u ttejjeb drawwiet spiritwali tajbin mhix xi ħaġa faċli, u lanqas xi ħaġa awtomatika, għall-biċċa l-kbira tan-nies.        It-triq lejn l-iżvilupp spiritwali hija ta' sikwit mħarbta u diffikultuża.

Meta kont qed nitħejja biex inservi missjoni, jien mort għand il-president tal-fergħa tiegħi biex nistaqsih x'kelli nagħmel ħalli nservi bl-unur.   Huwa tani lista li kienet tinkludi l-istudju tal-iskrittura, it-tħejjija spiritwali u fiżika, u anki ħiliet ta' tisjir.   Hekk kif bil-qalb kollha bdejt nipprepara ruħi b'kull mod biex inkun 'missjunarju kbir,' jien innutajt li xi affarjiet kienu iħfef biex tagħmilhom minn oħrajn, u li xi wħud kienu pjuttost diffiċli.   Madanakollu, għamilt l-almu tiegħi biex insir dak li l-Mulej kien jistenna minni li nsir, anki fost l-isfidi li kont qed niffaċċja dak iż-żmien.  

It-tħejjija ma kinitx faċli, imma rriżultat f'barkiet veri li għadni ngwadi sal-lum.   Hekk kif imxejt wara l-parir mingħand il-mexxejja tiegħi, għalkemm xi minn daqqiet diffiċli, l-istruzzjonijiet tagħhom għenuni biex insir il-missjunnarju li l-Mulej riedni li nkun u, matul iż-żmien, dawn saru pari minn ħajti u mill-esseru spiritwali tiegħi. 

Bl-istess mod, meta nistinkaw biex niksbu riżultati li jitkejlu, fi kwalunkwe sfera li rridu nitjiebu fiha, xi drabi mhux faċli li nimxu wara d-direzzjonijiet, naderixxu ma' regoli stretti jew sempliċiment nibqgħu ffukati.   Per eżempju, jekk irridu nżommu l-ġisem fiżiku tagħna san u b'saħħtu, jeħtiġilna nagħmlu eżerċizzju frekwentament u nipprovduh b'ikel u xorb f'intervalli regolari.  Jekk ma nagħmlux dan, se jkun hemm id-dgħufija, jew il-mard u, jekk ma noqogħdux attenti, saħansitra l-mewt.  

L-istess prinċipji japplikaw għall-ġisem spiritwali tagħna, li għandu bżonn ikun imrawwem konsistentament biex jibqa' san u vigoruż.   Ir-reġim spiritwali għandu jinkludi drawwiet tajbin li jrawwem l-ispirtu iżda i għandu wkoll jevita drawwiet li jagħmlu ħsara lill-ispirtu. 

A man studying the scriptures

Ir-reġim spiritwali għandu jinkludi eżerċizzji spiritwali fuq bażi regolari, bħal talb u studju tal-iskrittura ta' kuljum, it-twettiq ta' servizz u anki nutriment spiritwali ta' kull ġimgħa, li jasal billi nieħdu sehem fis-sagrament, nattendu l-laqgħat tal-knisja, u nsumu kull xahar. Regolarment, aħna nġeddu r-rakkomandazzjoni tat-tempju tagħna biex naċċertaw irwieħna li l-elementi spiritwali tagħna kollha huma pprovduti f'miżura bbilanċjata biex nassiguraw li l-ġisem spiritwali huwa mrawwem b'mod adegwat. Xi drabi, se jkun meħtieġ li nsumu u nitolbu għall-għajnuna biex nipprovdu lill-ispirtu tagħna bil-qawwa u l-enerġija addizzjonali ħalli jiffaċċja sfidi speċifiċi. 

Jien u niftakar l-esperjenza missjunarja tiegħi u kemm kienet diffiċli biex nitħejja, u, fl-istess ħin, kemm ġabitli hena, naħseb f'ulied Mosija li fehmu kemm kien importanti li jrawmu l-ispirtu tagħhom b'enerġja addizzjonali abbundanti miksuba minn drawwiet spiritwali. 

'...għaliex kienu nies ta’ fehma soda, u kienu fittxew l‑iskrittura bil‑ħrara, biex isiru jafu l‑kelma ta’ Alla. Iżda dan mhux kollox; huma qattgħu ħafna minn ħinhom jitolbu, u jsumu; għalhekk huma kellhom l‑ispirtu tal‑profezija, u l‑ispirtu tar‑rivelazzjoni, u meta għallmu, huma għallmu bil‑qawwa u l‑awtorità ta’ Alla.' [1]

A family studying the scriptures

Eżerċizzju spiritwali ta' kuljum huwa wkoll meħtieġ biex immantnu t-testimonjanza u biex nassiguraw li wara d-dubju tasal ċ-ċertezza, għaliex dak li nippossedu llum, bħala testimonjanza, mhux se jibqa' għada sakemm ma nagħmlux xi ħaġa biex immantnuh.   L-istess kif, meta neżerċitaw il-muskoli fiżiċi, dan ikabbar is-saħħa u d-daqs tagħhom, sabiex nagħmlu testimonjanza b'saħħitha u dejjiema, neħtieġu konsistentament rutini spiritwali ta' kuljum. 

It-tendenza tal-bniedem naturali hija li dejjem jistenna iktar mill-Mulej u inqas minnu nnifsu.   Hekk kif niżviluppaw drawwiet spiritwali iktar b'saħħithom u nesperjenzaw bidla qawwija fil-qalb billi nrawmu l-ispirtu tagħna b'mod frekewenti, regolarment u adegwatament, dawn id-drawwiet spiritwali jsiru partijiet integrali minna u nibdew nistennew iktar u iktar minna stess u inqas u inqas mill-Mulej.  

Jalla nħabirku biex nħejju, nħarrġu u nrawmu l-ispirtu tagħna, eżatt kif nagħmlu b'ġisimna, billi niżviluppaw drawwiet spiritwali tajbin u nevitaw drawwiet destruttivi tad-dinja.   Jaf ikun ta' tbatija u iebes għall-bidu, iżda żgur li hu vallapena hekk kif ingawdu l-barkiet ta' dan il-proċess spiritwali ta' tkabbir u benesseri.


1. Alma 17:2-3