Fil-ħarifa tal-2020, il-pandemija COVID ġabet lid-dinja għarkupptejha. Żgur li kollha kemm aħna konna affettwati b'xi mod jew ieħor.
Peress li jien naħdem fl-industriji kulturali u turistiċi, il-pandemija kienet ta' sfida serja ħafna għalija professjonalment. Għalhekk, imtlejt bi stennija kbira meta smajt li l-għażiż profeta tagħna, il-President Russell M. Nelson, kien se jagħmel indirizz speċjali lid-dinja fl-20 ta' Novembru, 2020.
Fil-bidu tal-indirizz tiegħu, il-President Nelson tkellem dwar xi wħud mill-isfidi li kien esperjenza matul ħajtu u esprIma tħassib kbir dwar il-pandemija. Imbagħad, huwa qal,
'Jeżisti, madanakollu, rimedju—rimedju li jaf jidher sorprendenti—għaliex imur kontra l-intuizzjonijiet naturali tagħna. Madanakollu, l-effetti tiegħu ġew ivvalidati minn xjenzati u anki minn irġiel u nisa ta' fidi.
Qed nirreferi għall-qawwa li tfejjaq tal-gratitudni.”1
Il-President Nelson stedinna biex nużaw il-midja soċjali bħala d-djarju tal-gratitudni personali tagħna u biex niżżu ħajr lil Alla fit-talb ta' kuljum tagħna għall-barkiet bla għadd f'ħajjitna.
Jien applikajt it-'terapija' li ssuġġerixxa u ħassejtha li għenitni f'dak iż-żmien diffiċli biex nesperjenza fejqan u biex ikolli qalb ferriħija, qalb li temmen.
Il-missjoni tiegħi full-time hija waħda mill-ikbar barkiet f'ħajti. Matul dak iż-żmien, jien sirt midħla ma' ħafna nies f'sitwazzjonijiet ta' ħajja li jvarjaw immens. Uħud kienu donnhom għandhom dak kollu meħtieġ għal ħajja ferħana. Iltqajt ukoll ma' nies, madanakollu, li kienu jgħixu f'faqar tal-biża', ibatu minn mard serju, u jseffqu wiċċhom ma' sfidi oħrajn iżda li xorta waħda kienu mimlijin bil-hena. Hekk kif irriflettejt fuq l-osservazzjoni tiegħi, jien irrealizzajt li dawk li kienu jiddu bil-hena saħansitra f'sitwazzjonijiet diffiċli kienu wkoll nies li dejjem juru l-gratitudni. Jien għaraft li l-gratitudni hija l-muftieħ li jikseb l-hena.
U għalhekk, kif nistgħu nrawmu qalb ta' gratitudni?
Neħtieġu mumenti regolari fil-ħajja tagħna ta' kuljum biex nieqfu ftit u noqogħdu fis-skiet. Il-President Nelson qal, 'Ħin ta’ skiet huwa ħin sagru—ħin li jiffaċilita r-rivelazzjoni personali u jwasslilna l-paċi.”2
F'dawn il-mumenti ta' skiet, aħna nistgħu niftħu għajnejna, widnejna, u speċjalment qalbna biex naraw kemm Missierna fis-Smewwiet iħobbna u jberikna bil-kbir. Aħna nistgħu naraw li ultimament kull mument ta' ħajjitna huwa rigal mingħand Alla. Dan kollu għandu jimliena bil-hena u l-gratitudni u jgħinna biex anki l-esperjenzi koroh u ta' tbatija tal-ħajja nibdew kull ma jmur inqisuhom iktar bħala opportunitajiet biex nitgħallmu xi ħaġa ġdida, biex nikbru personalment, u biex niżviluppaw attributi Kristjani.
Jekk qalbna hija mimlija b'sens ta' grazzi, se nħossu b'mod naturali x-xewqa li naqsmu mal-oħrajn dak li jnisslinna l-hena.
Il-gratitudni mhijiex biss il-muftieħ għall-hena personali. Hija timmotivana wkoll biex inkunu barka għal oħrajn u biex inbiddlu d-dinja għall-aħjar.
Jien ninsab profondament grat għal Missieri fis-Smewwiet għall-barkiet kbar f'ħajti. Jien nirringrazzjah għall-pjan kbir ta' kuntentizza u għas-Salvatur tiegħi, Ġesù Kristu. Huwa eżempju mill-aqwa għalina ta' x'ifisser li tkun grat billi dejjem esprima l-gratitudni tiegħu lejn Missieru. Ejjew nimxu wara l-eżempju tiegħu u naħtfu kull opportunità biex nirringrazzjaw lil Alla u lil dawk ta' madwarna għat-tajjeb kollu f'ħajjitna. Kemm ikun sabiħ kieku t-talb tagħna ta' kuljum kellu jkun, l-ewwel u qabel kollox, espressjonijiet tal-gratitudni tagħna!
Jien dejjem se nkun grat għal Ġesù Kristu. Huwa wriena kif għandna ngħixu. Huwa pprovdielna t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kbartal-ħajja. Huwa wettaq l-espjazzjoni, u hekk ħejja t-triq għalina biex nirritornaw għand Missierna fis-Smewwiet.
Huwa t-tama tiegħi. Qalbi kollha hija tiegħu.
Noti
- 'Il-Qawwa li Tfejjaq tal-Gratitudni.' il-President Russell M. Nelson, Novembru 2020
- 'X'Qed Nitgħallmu u Qatt M''Aħna Se Ninsew,' il-President Russell M. Nelson, Konferenza Ġenerali April 2021