Salt Lake City

Devozzjonali mad-dinja kollha għaż-Żgħażagħ mal-Presbiteru u Sister Soares

Żgħażagħ adulti tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien huma mistiedna jersqu eqreb lejn Ġesù Kristu billi jsegwu d-devozzjonali madwar id-dinja għaż-żgħażagħ adulti nhar it-18 ta’ Frar, 2024.

Elder Ulisses Soares and Sister Rosana Soares
Il-Presbiteru Ulisses Soares u Sister Rosana Soares

Il-Presbiteru Ulisses Soares tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u martu, Rosana, se jaqsmu messaġġi speċifikament għal żgħażagħ adulti ta’ bejn l-età tat-18 u t-30 sena. Riċentement, il-​Presbiteru u Sister Soares għallmu kif l-​adulti żgħażagħ jistgħu jirċievu direzzjoni individwali mingħand Alla, jissaħħu fil-​fidi, u jippreparaw għaż-​żwieġ u l-​familja għal-eternità. Id-devozzjonali ta’ Frar hija opportunità oħra biex tisma’ Appostlu ta’ Ġesù Kristu u tħoss l-Ispirtu.

Iż-żgħażagħ adulti huma mħeġġa jattendu mal-ħbieb tagħhom u wara jiddiskutu kif jgħixu dak li tgħallmu waqt id-devozzjonali.

Kif ser issegwi

Ix-xandira se tkun disponibbli f’diversi Lingwi Ewropej fuq broadcasts.ChurchofJesusChrist.org minn nhar l-24 ta’ Frar.

Il-lingwi inklużi huma:

Albaniż, Armenjan, Bulgaru (sotto-titli), Kroat (sotto-titli), Ċek, Daniż (sotto-titli), Olandiż (sotto-titli), Estonjan (sotto-titli), Finlandiż (sotto-titli), Franċiż, Ġermaniż, Grieg (sotto-titli), Ungeriż (sotto-titli), Iżlandiż (sotto-titli), Taljan, Latvjan, Litwan, Norveġiż (sotto-titli), Pollakk, Rumen (sotto-titli), Serb (sotto-titli), Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż (sotto-titli) u Ukren.

Ara d-devozzjonali fuq on-demand fil-Librerija tal-Evanġelju.