29 Frar 2024 - 2 Marzu 2024 Avveniment Onlajn u f'Salt Lake City

RootsTech u Jum ta’ Skoperta għall-Familja

Rootstech 2024

'Ftakar' hija t-tema ta' RootsTech 2024, konferenza globali ta' ċelebrazzjoni tal-familja onlajn ta' tlett ijiem li ser issir f'Salt Lake City, Utah, mid-29 ta' Frar sat-2 ta' Marzu.

RootsTech, bis-sehem ta’ FamilySearch International u appoġġjata mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, huwa l-akbar avveniment tal-istorja tal-familja fid-dinja. Jinkludi wkoll avveniment fil-Convention Center ta’ Salt Palace f’Salt Lake City biex jikkumplimenta l-esperjenza onlajn.

Miljuni mistennija jattendu personalment u virtwalment biex jipparteċipaw għad-diskorsi ewlenin ta’ ispirazzjoni, klassijiet istruttivi, teknoloġiji innovattivi, u l-abbiltà li jgħinuhom jiftakru u jiċċelebraw il-familja, il-ħajja, l-avventuri u l-memorji tagħhom.

'Hija imġieba naturali tal-bniedem li tiftakar l-esperjenzi ċentrali fil-ħajja tagħna u dawk in-nies li għamlu impatt fuqna,' qalet Jen Allen, direttur tal-avvenimenti f'FamilySearch. 'RootsTech 2024 se jgħinna niftakru n-nies u l-esperjenzi iżda wkoll ser jgħinna nikkunsidraw kif iridu niġu mfakkra fil-futur.”

Jan-Friedrich Hadzik, membru li jgħix fil-Ġermanja qal, “Tliet snin ilu kienet l-ewwel darba li attendejt konferenza RootsTech onlajn. Kienet xi ħaġa faċli tassew li nikkonnettja mid-dar u inkredibbli li tara mijiet ta’ dilettanti tal-istorja tal-familja jingħaqdu flimkien biex jitgħallmu, jidħku u jissoċjalizzaw. Li tara varjeta’ esklussiva ta’ teknoloġija moderna u ċelebritajiet jitkellmu dwar l-istejjer tal-familja tagħhom kien meraviljuż. Huwa tassew, kif qal il-President Nelson, forza għall-paċi u l-imħabba. Minn dakinhar ma tlift l-ebda RootsTech.”

Jum ta’ Skoperta għall-Familja

Jum ta’ Skoperta għall-Familjahuwa avveniment ta’ ġurnata, ddisinjat speċifikament għall-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ta’ RootsTech, it-2 ta’ Marzu, mid-9:00 sal-15:00 (skont il-ħin Amerikan tal-punent standard). Dan ser jinkludi filmat li qatt ma xxandar qabel tal-mibki President M. Russell Ballard tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, li ġie ffilmjat qabel il-mewt tiegħu. Fil-filmat, il-President Ballard jirrakkonta ż-żwieġ tiegħu u l-mumenti ta’ skoperta tal-familja tiegħu stess. Tista’ tara l-video onlajn fuq RootsTech.org, FamilySearch fuq YouTube, Gospel Stream, Broadcasts.ChurchofJesusChrist.org u l-Librerija tal-Evanġelju fit-20:30 (GMT) u 21:30 (CET).

Lingwi u Għażliet tal-Wiri

Il-kontenut ta’ RootsTech u Family Discovery Day se jkun disponibbli bl-Ingliż, Spanjol, Portugiż, Franċiż, Taljan, Ġermaniż, Ġappuniż, Korean, Ċiniż, Mandarin, Kambodjan, Olandiż, Fiġijan, Ungeriż, Indoneżjan, Mongoljan, Norveġiż, Samonjan, Tajlandiż, Tongan, Vjetnamiż, u Tagalogan. Family Discovery Day se jkun disponibbli wkoll bir-Russu.

Minbarra RootsTech.org, tista’ tara is-sessjonijiet fuq YouTube tal-Knisja u l-app Gospel Stream bl-Ingliż, Spanjol, Portugiż u Franċiż (niżżel l-app fuq Apple Mobile, Apple TV, Google Play, Google TV, Roku u Amazon Fire Devices).

Kif Tirreġistra

Ir-reġistrazzjoni għat-tlett ijiem sħaħ ta' RootsTech għadha miftuħa fuq RootsTech.org

L-iskeda tal-klassi hija wkoll disponibbli onlajn.

L-avveniment onlajn b'xejn jinkludi:

  • 200+ sessjoni u klassijiet ġoddaon-demand, f'aktar minn 20 lingwa
  • Preżentazzjonijiet tal-palk prinċipali u kelliema ewlenin
  • Chat u konsultazzjonijiet ta' riċerka onlajn
  • Konnessjoni ma’ kuġini fuq Relatives at RootsTech u messaġġi
  • Sala expo b’mod virtwali

Kelliema Ewlenin

Kelliema ewlenin jinkludu l-kummidjant Henry Cho; Lynne M. Jackson, dixxendent ta' Dred u Harriet Scott; u Nancy Borowick, fotografa ta’ Sony Artisan magħrufa mad-dinja kollha.

Għal aktar informazzjoni dwar RootsTech 2024, kif ukoll biex tkun taf min huma il-kelliema ewlenin, żur RootsTech.org.