L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jgħallem li Huwa jgħix u li Alla jħobb lil uliedu, li jismagħhom u jkellimhom. Il-gwida u l-ispirazzjoni personalizzati tiegħu jistgħu jiġu esperjenzati permezz tal-kunsill ta’ profeti ħajjin, appostli, u mexxejja tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.
Kulħadd huwa milqugħ biex jisma’ l-kelma ta’ Alla matul x-xandira annwali tal-konferenza ġenerali hekk kif il-mexxejja jaqsmu magħna messaġġi ta’ mħabba, tama, u ferħ.
“Il-konferenza ġenerali tipprovdi opportunità biex wieħed jirċievi rivelazzjoni personali hekk kif l-mexxejja tal-Knisja jagħtu b’mod ġenerali kunsill u direzzjoni mill-Mulej,” qalet l-Ewwel Presidenza (l-ittra lill-mexxejja tal-kongregazzjoni, Settembru 4, 2025). “Aħna nħeġġu lil kulħadd biex jistudjaw l-kunsill li jingħata, jixtarruh, u japplikawh. Il-messaġġi se jkunu ppubblikati fl-app tal-Librerija tal-Evanġelju, fuq ChurchofJesusChrist.org, u fir-rivisti tal-Knisja għal iktar segwitu u studju.”
Ix-xandira globali li jmiss, li sseħħ kull sitt xhur miċ-Ċentru tal-Konferenza f’Salt Lake City, Utah, l-Istati Uniti, ħa ssir nhar is-Sibt, l-4 ta’ Ottubru, u l-Ħadd, il-5 ta’ Ottubru, 2025. Se tikkonsisti f’ħames sesssjonijiet ta’ sagħtejn -il waħda fuq jumejn:
Is-Sibt, 4 ta’ Ottubru
Sessjoni filgħodu: mis-6 p.m. sat-8 p.m.*
Sessjoni wara nofsinhar: mill-10 p.m. sa nofsillejl
Il-Ħadd, 5 ta’ Ottubru
Sessjoni tas-Sibt Filgħaxija: mis-2 a.m. sat-3:30 a.m.
Sessjoni filgħodu: mis-6 p.m. sat-8 p.m.
Sessjoni waranofsinhar: mill-10 p.m. sa nofsillejl
*Il-Ħinijiet imsemmija huma Ħin taċ-Ċentru tal-Ewropa (CET)
Kif Nista’ Nara u Nisma’ b’Mod Dirett?
Is-sessjonijiet kollha tal-konferenza se jkunu strimjati b’mod dirett fuq il-paġni tax-xandir ta’ ChurchofJesusChrist.org fi 80 lingwa. Tista’ tarahom u tismagħhom ukoll fuq il-kanal fuq YouTube tal-Konferenza Ġenerali f’14-il lingwa, fuq l-app Gospel Stream fi 11-il lingwa, fuq Librerija tal-Evanġelju fi 80 lingwa, u fuq mezzi oħra tar-radju, televiżjoni, satellita, u dwak diġitali.
Kif Nista’ Nħejji Ruħi?
Qabel -avveniment, tista’ tħejji mistoqsijiet speċifiċi. Imbagħad, matul il-konferenza, oqogħod attent biex tisma’ kliem speċifiku li tħossu jkellmek f’ruħek. Ir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla se titqawwa meta tħoss li t-talb u l-mistoqsijiet tiegħek qed jinstema’ u qed jitwieġbu.
Kif Nista’ Narah jew Nismagħhom Wara?
Wara x-xandira, il-messaġġi se jkunu disponibbli fil-format ta’ test, awdjo, u vidjo fuq bosta mezzi f’98 lingwa biex wieħed jarahom u jistudjahom on demand. Dawn il-mezzi jinkludu l-Librerija tal-Evanġelju, il-Librerija tal-Midja, il-kanal fuq YouTube tal-Konferenza Ġenerali, Gospel Stream, u r-rivisti tal-Knisja.