Il-Presbiteru Scott u Sister Kelly Kozak huma koppja anzjana missjunarja, u qed iservu fis-Slovakkja u l-Polonja bħala Diretturi tal-Għajnuna Umanitarja għall-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huma qegħdin jaħdmu biex jgħinu komunità fqira tar-Roma qrib Karolov Dvor fis-Slovakkja, raħal żgħir xi 500 kilometru bogħod minn Bratislava, biex dawn in-nies jiksbu l-ħatab ħalli jkunu jistgħu jsajru u jsaħħnu d-djar fqajrin fejn jgħixu.
Spiritiera li taħraq l-injam użata fid-djar fir-raħal tar-Roma qrib Karolov Dvor, li Slovakkja.
Joseph Molnar (xellug) u s-sid tan-negozju tal-injam, Jozef Karahuta, li ta għajnuna biex jinstab il-ħabat u jintbagħat fil-komunità tar-Roma.
Abitazzjoni tipika fir-raħal tar-Roma qrib Karolov Dvor, li Slovakkja.
Trakk mimli ħatab tielaq mill-fabbrika tal-injam f'Karolov Dvor.
Munzell ħatab għall-komunità tar-Roma qrib Karolov Dvor.
Fi Frar tal-2023, il-koppja Kozak rrapportat li kienet qed tfittex – bla ma jirnexxielha – kwantità kbira ta' ħatab bi prezz tajjeb għar-raħal tar-Roma. Kien Frar, u kesħa xxoqq il-għadam. Kienu grati ħafna li rċevew dik li huma sejħu 'ħniena ħelwa', meta żewġt irġiel twajba, li ma kellhom l-ebda assoċjazzjoni magħhom jew mal-komunità tar-Roma, għenu biex tissolva dik il-problema serja.
Il-poplu tar-Roma huma meqjusin bħala nies imwarrbin f'ħafna reġjuni madwar id-dinja, u bosta jgħixu f'faqar tal-biża', bħal dawk f'dan ir-raħal. L-unika mod kif isaħħnu u jsajru l-ikel fid-djar proviżorji tagħhom huwa fi spiritieri żgħar li jaħarqu l-injam. Iżda l-prezz tal-ħatab fls-Slovakkja iktar minn irdoppja. Minħabba l-biża' li se jkun hemm kriżi fl-ekonomija fl-Ewropa, ħafna nies fiċ-ċentru tal-Ewropa antiċipaw il-ħtieġa li jsaħħnu darhom bl-injam, u li Slovakkja hija sors ewlieni tal-injam.
Ir-Roma sempliċiment ma kenux jaffordjaw l-injam li kellhom bżonn. Mal-isfida tal-prezz għoli u tal-kwantità kbira ta' njam meħtieġ kien hemm ukoll l-isfida tad-distanza u tal-prezz tal-kunsinna - ir-raħal tar-Roma qiegħed distanza ta' tliet sigħat bil-karozza mill-eqreb sors ta' njam.
Iżda mbagħad, 'żewġ anġli ġew fostna biex isalvawna,' jiftakar il-Presbiteru Kozak. Matul taħdita ordinarja mal-ħabib ġdid tiegħu bl-isem ta' Joseph Molnar, huwa semma l-isfida tal-ħatab. Joseph ħa ħsieb li jkellem lill-ħabib tiegħu Jozef Karahuta, li kien fin-negozju tal-injam. Ftiehmu biex il-koppja Kozak tiltaqa' ma' Jozef fil-fabbrika tiegħu tal-injam biex jitħaddtu dwar il-ħtiġijiet tagħhom. Minkejja li n-negozju ta' Jozef kien fl-injam u mhux fil-ħatab, huwa ġentilment aċċetta li jħejji tagħbija enormi ta' ħatab – biżżejjed biex iforni r-raħal tar-Roma għall-bqija tax-xitwa – bi prezz tajjeb. U mhux hekk biss, talli wkoll ftiehmu biex din il-kunsinna tasal fi tlitt ijiem biss. 'Dawn iż-żewġt irġiel kienu litteralment anġli, li orkestraw miraklu ta' solliev għal nies iddisprati minħabba l-bżonnijiet tagħhom', qalet il-koppja Kozak.
Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għallem, 'Jien nagħti xhieda dwar anġli, kemm dawk tas-smewwiet u kemm dawk ta' tip mortali. Meta nitkellmu dwar dawk li huma strumenti f'id Alla, aħna niġu mfakkrin li mhux l-anġli kollha huma min-naħa l-oħra tal-velu. Uħud minnhom nimxu magħhom u nitkellmu magħhom—hawnhekk, issa, kull jum. Uħud minnhom joqogħdu fl-inħawi tagħna.'
Fi kliem il-koppja Kozak, 'Missierna fis-Smewwiet jibqa' jberikna bil-barkiet li neħtieġu biex inwettqu l-essajnment tal-missjoni tagħna li nbierku l-ulied Alla. U f'ċerti każi, dawk ir-riżorsi huma wħud minn uliedu.' Il-koppja Kozak hija tnejn mill-50 missjunarju full-time mill-Welfer u Awto-Dipendenza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien li qed iservu fl-Ewropa, u iktar minn 200 li qed iservu madwar id-dinja f'dik il-kapaċità. Kollha kemm huma jistgħu jgħidu mill-esperjenza li, meta aħna nimxu wara t-twissija ta' Ġesù Kristu biex inħobbu u nservu lil għajrna, Alla jagħti l-mirakli – u xi drabi, jibgħat l-anġli.
Is-Sibt, 8 ta' April, huwa l-Jum Internazzjonali tar-Roma. Dan il-jum jiċċelebra l-kultura, l-istorja u l-arti tar-Roma u l-kontribut tagħhom lil ħafna nazzjonijiet. L-għan huwa wkoll li jkabbar l-għarfien tal-bosta sfidi li huma jiffaċċjaw. Bħal xi minoranzi etniċi oħrajn, ir-Roma ġew injorati u żvantaġġjati għal sekli sħaħ. Madwar 80% min-nies tar-Roma fl-Ewropa jgħixu f'faqar tal-biża', u dawk li qed jgħixu qrib Karolov Dvor mhumiex eċċezzjoni.
Ir-Roma, li jgħoddu l-miljuni, jagħmlu sa 12% (in-numru eżatt mhux magħruf) tal-popolazzjoni sħiħa fl-Ungerija, ir-Russja, li Slovakkja, is-Serbja, Spanja, u Franza. Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien isservi lin-nies kollha, indipendentament mir-razza, it-twemmin, il-kultura, jew il-pajjiż. Il-Knisja kellha 138 proġett umanitarju fl-Ewropa fl-2022, u bihom ibbenefikat iktar minn 351,000 ruħ.
Daqsxejn ta' tislima fabbli kebbset il-ħbiberija bejn il-Presbiteru u Sister Kovak, u Joseph u Ludmila Molnar. Il-Presbiteru Kovak jgħidina: 'Il-Mulej jaħdem b'modi misterjużi. Joseph u Ludmila Molnar huma Slovakki nattivi iżda għexu fl-Istat Uniti għal 10 snin. Ludmila għarfet l-aċċent Amerikan ta' Sister Kovak meta sellmu lil xulxin f'ħanut fil-binja ta' appartamenti fejn ngħixu. Wara lu tkellmu għal ftit minuti, huma rrelizzaw li ż-żewġ familji għexu qrib xulxin f'Irvine, California, iktar minn 25 sena ilu. It-tnejn li huma kellhom iben li kien jilgħab il-hockey dak iż-żmien. Meta f'Irvine ġie inawgurat rink tal-ice-skating, kemm il-Presbiteru Kozak u binhom u Joseph u ibnu attendew dik l-okkażjoni kbira u forsi setgħu kienu bilwieqfa ħdejn xulxin,
Fl-aħħar, ħamsa u għoxrin sena wara, huma ltaqgħu – fis-Slovakkja, 10,600 kilometru minn Irvine – biex iġibu 'l-anġli ta' tip mortali' u xitwa aħjar lill-komunità tar-Roma fil-periferiji ta' Karolov Dvor.