Frankfurt am Main

Ana Maria Bonny Hernandez ġiet imsejħa biex tirrappreżenta l-Knisja fil-Ġnus Magħquda.

Sister Ana Maria Bonny Hernandez m’ilux ġiet imsejħa bħala rappreżentant ġdid għall-Knisja fil-Kumitat dwar l-Istatus tan-Nisa, organizzazzjoni mhux governattiva, f’Ġinevra, l-Isvizzera. Ana Bonny, li hi minn Spanja, hija l-ewwel membru tal-Knisja mill-Ewropa li ġiet mogħtija din l-assenjazzjoni u se tkun qed tkompli fejn ħalliet Sister Carol McConkie, li kienet ilha għal diversi snin isservi f’dik is-sejħa. Sister Ana Bonny se tibda bil-ħidma tagħha f’din ir-responsabbiltà ġdida b’mod immedjat.

Ana Maria Bonny Hernandez
Ana Maria Bonny Hernandez hija r-rappreżentat il-ġdid tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fil-Kumitat dwar l-Istatus tan-Nisa, organizzazzjoni mhux governattiva, tal-Ġnus Magħquda, f’Ġinevra.

Sister McConkie, li qed tiġi eżonerata, qalet li “fil-qadi tiegħi bħala rappreżentant tal-Karitajiet tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien bħala Viċi President tal-Kumitat dwar l-Istatus tan-Nisa, organizzazzjoni mhux governattiva, f’Ġinevra, jiena ħassejti nithenna bħala parti minn grupp ta’ nisa mill-aktar simpatiċi li jirrappreżentaw għadd varju ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, u li huma vuċi għall-benesseri fiżika, soċjali, emozzjonali u spiritwali u għall-avvanz tal-nisa u t-tfajliet.”

Il-grupp tal-Kumitat dwar l-Istatus tan-Nisa jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-empowerment u s-salvagwardja tad-drittijiet tan-nisa u tfajliet madwar id-dinja. L-OMG KIN f‘Ġinevra hi magħmula minn rappreżentanti minn xi 40 organizzazzjoni mhux governattiva akkreditati mal-ĠM li għandhom status konsultattiv fil-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Ġnus Magħquda.  Il-Knisja hija waħda minn dawk l-organizzazzjonijiet, permezz tal-Karitajiet tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Ana Bonny twieldet Madrid, Spanja. Il-ġenituri tagħha kienu pijunieri fil-Knisja t’hemm, wara li huma ngħaqdu mal-Knisja fl-1976. Ommha għallmet kemm lil Ana kif ukoll lil oħtha, Silvia, biex dejjem jaqdu lill-Mulej minkejja d-diffikultajiet kollha tal-ħajja. “Aħna konna mberkin bil-kbir li l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu kien parti minn ħajjitna minn età żgħira,” qalet hi. Il-familja emigrat lejn Ġinevra, l-Isvizzera fis-sajf tal-1982.

The Bonny Hernandez family
Il-familja ta’ Bonny Hernandez, f’ritratt meħud fl-2021. Mix-xellug għal-lemin Beatriz Bonny, Ana Bonny, Martin Bonny, Adam Bonny, Morgan Bonny-Powell, David Bonny.

Ana Bonny żżewġet lil Martin Bonny, li huwa minn Buenos Aires, l-Arġentina, fl-1997. Huma għandhom erbat itfal —tliet subien u tifla. Binhom Luis diġà għaddha għal ħajja oħra. Meta bdiet tixtarr x’kien ifisser dan għaliha u għall-familja tagħha, hi qalet, “Kienet esperjenza mill-aktar speċjali li tatna ċ-ċans inħossu fina l-mħabba mill-aktar profonda ta’ Missierna fis-Smewwiet, u nitgħallmu u nħossu kif il-velu li jifred din id-dinja mortali mis-smewwiet irqaq, u ħalliet fina emozzjonijiet li jibqgħu magħna tul l-eternità kollha.”  Binhom il-kbir, Adam, huwa miżżewweġ, u ż-żewġ uliedhom l-oħra, Beatriz u David, għadhom jgħixu magħhom.

Din l-assenjazzjoni speċjali l-familja ma kinux qed jistennewha. “Inħossni mill-aktar grata għall-imħabba tas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu u li jiena ġejt mogħtija ċ-ċans li nservih, b’imħabbti u b’xewqti kollha,” kien il-kliem mixtarr tagħha. U hi tħoss li ħajjitha ħejjietha biex tifhem aħjar ir-responsabbiltà l-ġdida. “L-irwol tiegħi bħala mara miżżewġa u bħala omm kien, għadu u jibqa’ dak li jgħallimni l-aktar dwar l-imħabba perfetta u profonda li Missierna fis-Smewwiet għandu għal kull wieħed u waħda minn uliedu” temmet tgħid hi.

Ana Maria Bonny Hernandez with her husband Martin Bonny.
Ana Maria Bonny Hernandez ma’ żewġha Martin Bonny.

Ryan Koch, li jmexxi l-ħidma tal-Ġnus Magħquda f’isem il-Knisja, spjega l-importanza tal-ħidma li se tkun qed tinvolvi ruħha fiha Bonny.  “Bħala organizzazzjonijiet globali, il-Ġnus Magħquda u l-Knisja jibbenifikaw milli jkollhom għad-disponibbiltà tagħhom bosta ilħna diversi minn madwar id-dinja. Sister Ana Bonny għandha l-ingredjenti perfetti tal-fidi, tal-għarfien tal-evanġelju, u tal-impenn komunitarju biex tinteraġixxi f’isem il-Knisja, u ssaħħaħ l-irwol tan-nisa u t-tfajliet madwar id-dinja.”

Waqt li tirrifletti dwar ir-responsabbiltà li għandha issa, Sister Ana Bonny tikkonferma li t-tiftixa għall-valur divin ta’ kull bniedem f’din id-dinja, u speċjalment ta’ wliedu n-nisa, hija avventura spiritwali mill-aktar straordinarja u profonda. “Ix-xewqa tiegħi hi li nkun kapaċi nappoġġja lin-nisa kollha f’din id-dinja u nikkontribwixxi permezz ta’ mħabbti għall-benesseri ta’ kull waħda minnhom.”