Frankfurt am Main

Artisti Ewropej ikantaw għanjiet tradizzjonali fil-kunċert tal-Milied

Kunċert speċjali għal żmien il-vaganzi, “Xhieda tal-Milied: Għanjiet ta’ Kristu,” li jiċċelebra t-twelid tas-Salvatur Ġesù Kristu, huwa produzzjoni tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Ewropa. Il-kunċert fih ġabra ta’ għanjiet tradizzjonali tal-Milied, kantati mill-isbaħ fl-istili diversi ta’ bosta mill-pajjiżi Ewropej. Il-mużika tieħu lil dak li jkun fuq vjaġġ li jenfasizza r-rikkezza u l-għaqda kulturali u tiċċelebra t-twelid tas-Salvatur, Ġesù Kristu.

Parteċipanti fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”, mix-xellug għal-lemin: Tomas Kofod (Danimarka), Alexis Defranchi (Franza), Susan Brownfield (Svizzera), Gerson Santos (Portugall), Jenny Oaks Baker (USA), Alex Sharpe (Irlanda), Naura Soul (Spanja), Anja Rossau (Danimarka), Angela Brower (Olanda), Aleksandra Zan (Polonja), u Serhii Borysenko (Polonja)

Il-mużika għall-kunċert hija arranġament ta’ Kurt Bestor flimkien ma’ Jenny Oaks Baker, li rċeviet nomina għall-Grammy, li kkordinat il-mużika. Il-kunċert kien irrekordjat fil-binja storika ta’ Wiesbaden Kurhaus, b’rakkont ta’ Ophélie Meunier, Franċiża.

Membri tal-kor li pparteċipaw fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”
Membri tal-kor li pparteċipaw fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”

L-għanjiet li saru ġew magħżula minn diversi pajjiżi u kantati minn artisti Ewropej, li huma membri tal-Knisja. Serhii Borysenko, kantant Pollakk qal, “Għalija u għal marti, il-ġranet ta’ reġistrazzjoni tal-kunċert kienu bħallikieku ħrabna minn din id-dinja impenjattiva u morna lura fiż-żmien tat-Twelid ta’ Ġesù Kristu.”

Mużiċisti li taw sehemhom fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”
Mużiċisti li taw sehemhom fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”

Naura, kantanta Spanjola, qalet, “Permezz tal-mużika, stajt inħoss l-imħabba kbira li Missierna tas-Smewwiet għandu lejn uliedu kollha, billi jgħaqqad tant kantanti minn postijiet differenti b’lingwi differenti, fl-istess post u bl-istess sentiment. Dan il-kunċert kien opportunità kbira biex naqsmu l-evanġelju mad-dinja kollha u biex nuru li Alla lest ibierek lil uliedu jkunu fejn ikunu.”

Tfal jiżfnu fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”
Tfal jiżfnu fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”

Il-Presbiteru De Feo, President tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, estenda l-istedina għal kulħadd, “Nistiednu lilkom, lill-familji, u lill-ħbieb tagħkom biex tingħaqdu flimkien fi sħubija u ferħ u ‘Dawwal lid-Dinja’ waqt li ngħollu leħinna b’tifħir u gratitudni għar-rigal daqshekk straordinarju li hu t-twelid ta’ Ġesù Kristu.”

Uħud mill-artisti li pparteċipaw fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”
Uħud mill-artisti li pparteċipaw fil-kunċert “Xhieda tal-Milied”

Il-kunċert issa huwa disponibbli fuq il-websajt uffiċjali tal-Knisja u fuq YouTube.