Il-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħarġet id-dikjarazzjoni li ġejja:
“B’niket kbir, smajna dwar l-inċident tal-isparatura li seħħ f’Hamburg fil-lejl li għadda. F’isem il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Ewropa, inwasslu minn qiegħ qalbna l-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tal-vittmi. Aħna nitnikktu ma’ dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż. Talbna jmur għal dawk kollha li b’xi mod ġew imġarrbin b’din it-traġedja ta’ qsim il-qalb u nittamaw li l-faraġ u s-sliem jistgħu xi darba jegħlbu d-dulur u l-biża’.”
Il-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Il-Presbiteru Massimo De Feo
Il-Presbiteru Erich W. Kopischke
Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud