Frankfurt am Main

Dinja fejn Nieħdu Ħsieb lil Ħaddieħor Ħidma Umanitarja fl-Ewropa fl-2024

Kważi 20 miljun ruħ jibbenefikaw minn proġetti madwar ir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali

Mill-Bosnja u Ħerzegovina sat-Turkija u t-Taġikistan, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tistinka biex tieħu ħsieb ulied Alla fl-Ewropa u kważi f’kull rokna tad-dinja b’diversi modi. Li tieħu ħsieb ħaddieħor hija meqjusa bħala waħda mir-responsabbilitajiet ewlenin tal-membri kollha tal-Knisja.

Għadd kbir ta’ proġetti umanitarji madwar il-pajjiżi tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali bierku lil ħafna fost kważi 20 miljun ruħ li ġew imġiegħla jħallu arthom ġewwa reġjun. Il-Knisja ħadmet flimkien ma’ aġenziji governattivi u mhux governattivi biex tgħin fil-finanzjament ta’ ċentri ta’ akkoljenza, u biex tipprovdi kutri, friex, ikel, ħwejjeġ, kenn, mediċini, kura tas-saħħa, edukazzjoni, sanità, iġjene, kif ukoll servizzi ta’ integrazzjoni.

Fid-29 ta’ March 2025 fil-belt ta’ Arkadag, it-Turkmenistan, Sebgħin Reġjonali tal-Knisja Paul Picard indirizza lill-parteċipanti fil-konferenza internazzjonali “Is-Sena tal-Paċi u l-Fiduċja: Żvilupp ta’ Attivitajiet Internazzjonali għall-Ġid tat-Tfal.” Fost il-parteċipanti u l-kelliema kien hemm rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, gvernijiet nazzjonali, komunitajiet, u s-settur privat.

Fid-diskors tiegħu, il-Presbiteru Picard qal, “Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, aħna ngħixu t-tagħlim tiegħu. Meta Ġesù ġie mistoqsi dwar l-akbar kmandament, hu wieġeb li hu ‘Li tħobbu lill-Mulej b’qalbkom kollha, b’ruħkom kollha u b’moħħkom kollu.’ Imbagħad kompla billi qal li t-tieni kmandament kbir huwa li ‘Nħobbu lil għajrna bħalna nfusna.’ Din l-imħabba tmexxi l-għan tagħna, u tibda fil-familji tagħna.”

Hu kompla, “Il-ġenerazzjoni li tielgħa hija l-futur tal-umanità, u aħna għandna responsabbiltà li nipproteġu, inrawmu, u nagħtu l-aħjar lit-tfal tagħna.”

Nikkombinaw l-isforzi biex Nwasslu Aktar Għajnuna

Permezz ta’ sforzi konġunti ma’ organizzazzjonijiet ta’ min jafdahom li jwettqu l-proġetti, il-Knisja qed tespandi l-għajnuna tagħha  fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali biex tittaffa t-tbatija u terġa’ tagħti d-dinjità lil eluf ta’ nies fil-bżonn. L-iskop tal-proġetti fl-2024 kien jinkludi:

  • 108 proġett għall-benefiċċju tan-nisa u t-tfal
  • 44 proġett tal-ilma, l-iġene, u s-sanità
  • 112 proġett tas-saħħa u għal individwi b’diżabbiltà
  • 80 proġett għall-benefiċċju tar-refuġjati, l-immigranti, u l-persuni spostati internament
  • 56 proġett fis-sistemi edukattivi
  • 43 proġett relatat mal-ikel u s-sigurtà

Naħdmu Flimkien ma’ Muslim Aid biex Ngħinu liċ-Ċittadini fil-Bosnja u l-Ħerzegovina

Biex tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha, l-inizjattiva tas-serra pprovdiet lir-reċipjenti b’serer kompletament mgħammra u installati, flimkien ma’ programmi ta’ taħriġ biex jitgħallmu kif imexxu serra b’suċċess. Sa mill-2014, dan il-proġett wassal għall-bini ta’ aktar minn 3,000 serra, li tejbu b’mod sinifikanti l-agrikoltura lokali.

young man working in a greenhouse
Sa mill-2014, dan il-proġett wassal għall-bini ta’ aktar minn 3,000 serra fil-Bosnja u Ħerzegovina.

Żewġ proġetti addizzjonali — inizjattiva tat-trobbija tan-naħal u d-distribuzzjoni ta’ baqar tqal — ġew żviluppati fl-istess ħin biex jgħinu fit-titjib tal-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi tal-familji rurali. Il-proġett tat-trobbija tan-naħal huwa sforz komprensiv li jinvolvi d-distribuzzjoni ta’ materjal għat-trobbija tan-naħal, appoġġ li jipprovdi t-tagħlim, u kampanja edukattiva dwar l-importanza tan-naħal. L-inizjattiva li tiddistribwixxi baqar tal-ħalib tqal lill-familji fil-bżonn għenethom jissodisfaw ir-rekwiżiti nutrittivi tagħhom b’ħalib frisk u pprovdiet spinta finanzjarja permezz tal-bejgħ ta’ ħalib żejjed.

Donazzjoni ta’ Tliet Skejjel fit-Turkija, fir-Reġjun ta’ Hatay

Fit-23 ta’ Ottubru 2024, il-Knisja, flimkien mal-awtoritajiet Torok, inawgurat formalment tliet skejjel fir-reġjun ta’ Hatay fix-Xlokk tat-Turkija. It-terremoti qawwija li laqtu lit-Turkija fis-6 ta’ Frar 2023 qerdu ħafna djar u għamlu ħsara lil infrastrutturi importanti, inklużi skejjel. Il-livell ta’ ħsara fir-reġjun ta’ Hatay, mhux ‘il bogħod mill-fruntiera mas-Sirja, kien partikolarment gravi.

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu ilha tipprovdi għajnuna fir-reġjun fit-Turkija li ntlaqtu l-aktar. It-tfal fil-komunitajiet ġirien m’għadx għandhom bżonn jimxu jew jivvjaġġaw distanzi twal biex ikomplu l-edukazzjoni  Fuq dan is-suġġett, il-Presbiteru Picard qal fil-konferenza internazzjonali reċenti fit-Turkmenistan: “M’hemm l-ebda kliem biex nesprimi l-ferħ li nara lil dawk it-tfal innoċenti u ferħanin lura l-iskola.”

Inauguration of new schools
Inawgurazzjoni ta’ tliet skejjel ġodda ffinanzjati mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, fir-reġjun ta’ Hatay, fit-Turkija, fit-23 ta’ Ottubru 2024.

Ilma Nadif għal-Partijiet Rurali tat-Taġikistan

Bħala parti mill-isforz dinji tagħha biex tipprovdi lin-nies ilma nadif u sanità, il-Knisja kkollaborat mal-aġenzija Kattolika ta’ solliev Caritas Tajikistan għat-tielet sena konsekuttiva fit-Taġikistan rurali.

Children standing next to a fountain
Tfal fir-raħal ta’ Shahrtuz fit-Taġikistan jiċċelebraw l-aċċess għal ilma nadif tax-xorb.

Il-popolazzjoni vulnerabbli ta’ madwar 17,000 ruħ fir-raħal imbiegħda ta’ Shahrtuz fit-Taġikistan irnexxielha ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-istat tas-saħħa tagħha permezz ta’ aċċess akbar għal ilma nadif u sostenibbli għax-xorb. Barra minn hekk, it-titjib fl-infrastruttura tas-sanità pubblika u tal-immaniġġjar tal-iskart wassal għal prattiki sanitarji aktar effettivi.

Għajnuna fuq Livell Globali fl-2024

Il-Knisja pprovdiet għajnuna f’192 pajjiż u territorju, b’nfiq totali ta’ US$1.45 biljun. Dan jinkludi 3,836 proġett umanitarju. Il-membri tal-Knisja offrew 6.6 miljun siegħa ta’ servizz volontarju fil-faċilitajiet tal-Welfer u Awto-Dipendenza tal-Knisja, f’missjonijiet ta’ servizz, u f’proġetti ta’ servizz fil-komunità.

F’summit internazzjonali dwar il-kummerċ is-sena li għaddiet, Gérald Caussé l-Isqof li Jippresedi qal, “Aħna nemmnu li l-amministrazzjoni tagħna tal-ħlejjaq ta’ Alla tinkludi wkoll, fl-ogħla turija tagħha, dmir sagru li nħobbu, nirrispettaw, u nieħdu ħsieb tan-nies kollha li qed ngħixu magħhom f’din id-dinja.” Il-Veskovat li Jippresedi huwa kunsill ta’ tliet irġgiel, taħt id-direzzjoni tal-Ewwel Presidenza  biex jimmaniġġjaw affarijiet bħall-għajnuna umanitarja, programmi ta’ welfer, fil-ħlas tad-dieċmi u fl-offerti tas-sawm, kif ukoll il-faċilitajiet fiżiċi, fost oħrajn. Huma jivvjaġġaw ta’ spiss ukoll biex jaqdu lill-membri tal-Knisja madwar id-dinja.

“Għalija, wieħed mill-aktar aspetti sagri tas-servizz tiegħi bħala Isqof li Jippresed huwa r-responsabbiltà li norganizza għajnuna temporali għal dawk li jinsabu fl-akbar bżonn — kemm ġewwa kif ukoll barra l-Knisja,” qal l-Isqof Caussé.