X'ħa jagħmlu wlied żgħażagħ f'GħSŻ?
Dawn l-avvenimenti kbar huma mfasslin biex jgħinu liż-żgħażagħ jieħdu gost hekk kif japplikaw l-evanġelju fl-aspetti kollha ta' ħajjithom. F'GħSŻ, huma jipparteċipaw f'ħamest ijiem ta' devozzjonali, klassijjiet, u attivitajiet li jgħinuhom iqawwu l-fidi tagħhom f'Ġesù Kristu u jħossu l-hena u l-appartenenza hekk kif jgħixu l-evanġelju.
Żur il-paġna Week at a Glance u l-iskeda biex tara liema attivitajiet se jagħmlu matul kull waħda mill-ġranet li se jqattgħu f'GħSŻ. Dawn il-paġni huma partikolarment ta' siwi għalikom biex tkunu tafu x'tipi ta' mistoqsijiet għandkom issaqsu liż-żgħażagħ tagħkom dwar l-esperjenza tagħhom!
Sakemm ikunu f'GħSŻ, ż-żgħażagħ se:
- Jagħmluha ma' żgħażagħ oħrajn li għandhom l-istess twemmin tagħhom u jagħmlu ħbiberiji ġodda
- Jesperjenzaw ambjent li jgħinuhom iħossu l-hena tal-evanġelju
- Jieħdu sehem f'devozzjonali li jispiraw u jitgħallmu 'Jisimgħuh
- Jitgħallmu jkunu mexxejja u kif jikkomunikaw aħjar ma' ħbiebhom, il-ġenituri, u oħrajn
- Jipparteċipaw f'attivitajiet li jgħollu l-istima personali tagħhom u jżidulhom il-kunfidenza
Kif nista' ngħin iż-żgħażagħ tiegħi jiggwadanjaw kemm jifilħu mill-GħSŻ?
Jista' jkollok sehem importanti biex tkabbar l-esperjenza ta' wliedek żgħażagħ f'GħSŻ. Int taf xi ħtiġijiet għandhom u x'inhu l-iktar ta' benefiċċju għalihom biex ikomplu jikbru. Bl-għajnuna tat-talb, ikkonsidra dawn is-suġġerimenti jew fassal il-pjan tiegħek stess.
Qabel l-GħSŻ
- Studja For the Strength of Youth: A Guide for Making Choices u ddiskuti kif il-prinċipji mgħallmin fil-gwida japplikaw għaż-żmien li jqattgħu f'GħSŻ.
- Irrevedi l-FSY Standards of Conduct.
- Għinhom biex jidentifikaw objettivi li jistgħu jagħmlu bħala preparazzjoni għall-GħSŻ.
- Għinhom biex jidentifikaw objettivi li jistgħu jaħdmu fuqhom waqt iż-żmien li jqattgħu f'GħSŻ.
- Kun attent għal informazzjoni addizzjonali speċifiċifika għas-sesessjoni li tixxandar 3 xhur qabel is-sessjoni tagħkom.
- Irrevedi il-FAQ sabiex iż-żgħażagħ jistgħu jiġu mħejjijin b'dak li jeħtieġu.
Matul l-GħSŻ
- Ħeġġeġ lil uliedek żgħażagħ biex jintefgħu b'ruħhom u ġisimhom fl-esperjenza.
- Xi drabi ż-żgħażagħ jeħtieġu ftit ġranet biex jibdew iħossuhom komdi sew waqt l-GħSŻ.
- Tista' tikkuntattja 'l uliedek matul il-ħin għal kwiet (9:00 - 9:45 p.m. f'bosta mill-ġranet) u ssaqsi domandi speċifiċi dwar kif qed iqattgħu l-ġurnata.
- Żur il-paġna Week at a Glance għal informazzjoni dwar x'inhuma jagħmlu wliedek kuljum.
- Jekk uliedek żgħażagħ jirrapurtaw xi ħaġa dwar affarjiet li qed jiġru f'GħSŻ, ħeġġiġhom biex jitkellmu mal-counselor tagħhom. Tista' wkoll tikkuntattja l-Amministraturi tas-Sessjoni li jkunu assenjati. L-imejl tagħhom ikun disponibbli fuq il-paġna bid-Dettalji tas-Sessjoni mill-inqas ħmistax qabel ma tibda s-sessjoni.
Wara l-GħSŻ
- Stieden lil uliedek żgħażagħ biex isibu modi kif jibqgħu konnessi maż-żgħażagħ mill-gruppi tagħhom tal-GħSŻ wara s-sessjoni.
- Isma' l-album taż-żgħażagħ u mużika taż-żgħażagħ oħra.
- Qabbad lil uliedek żgħażagħ iħejju lezzjoni għal lejla d-dar mal-familja bbażata fuq prinċipju tal-evanġelju li tgħallmu ħafna dwaru f'GħSŻ.
- Ħeġġiġhom jgħallmu lill-familja tiegħek il-logħob ta' GħSŻ u l-line dances.
- Staqsi mistoqsijiet speċifiċi dwar l-esperjenza tagħhom u agħtihom opportunitajiet informali biex jixxerjaw dak li tgħallmu f'GħSŻ.
Żgħażagħ Adulti Single
Taf li xi ħadd żagħżugħ adult single li jixtieq jingħaqad f'din l-opportunità unika biex jiltaqa' ma' ħbieb ġodda, isaħħaħ it-testimonjanza tagħhom, jiżviluppa l-ħiliet ta' tmexxija, u jsib l-hena billi jagħti servizz liż-żgħażagħ u lill-Mulej? Il-membri tal-persunal ta' GħSŻ huma magħżulin minn adulti żgħażagħ single minħabba l-abbiltà tagħhom biex iqawwu liż-żgħażagħ, li jgħallmu d-duttrina tal-evanġelju ta' Ġesù Kristu, u jimmotivaw b'manjiera ġentili u edifikanti.