Mexxejja Lokali

X'qed jgħidu l-mexxejja dwar GħSŻ
President Nelson

'Inberikkom biex titgħallmu iżjed dwar min intom u x'inhu tassew l-għan tagħkom, matul din il-konferenza.'

RUSSELL M. NELSON, 'VIDJO INTRO TA' GĦSŻ MAL-PRESIDENT NELSON,' 2023.
President Jones

'L-esperjenza tagħna ta' GħSŻ kienet opportunità mill-aqwa għaż-żgħażagħ biex jikbru spiritwalment u soċjalment. Kellhom l-opportunità li jiltaqgħu flimkien u jagħmlu ħbieb ġodda ma' żgħażagħ minn utied oħra sabiex jirċievu struzzjoni mill-aqwa dwar l-evanġelju. Il-konsulenti tal-YSA kienu bravissimi, u ż-żgħażagħ tagħna kienu jistgħu jirrelataw magħhom u jqisuhom bħala mudelli ta' rwoli. Ġew lura d-dar imsaħħin bl-esperjenza.'

Il-PRESIDENT JONES
President Hollist

'L-aktar ħaġa li għoġbitni dwar GħSŻ hija li għenet liż-żgħażagħ tagħna jirrikonoxxu li li tgħix l-evanġelju jista' jkun ta' pjaċir! Huma jistgħu jiżfnu, jidħku, ikunu mal-ħbieb, u xorta jimxu wara s-Salvatur. Huma tgħallmu li jistgħu jagħmlu l-istess affarijiet li kienu qed jagħmlu waqt GħSŻ, id-dar, bħal jaqraw l-iskrittura, jitolbu, u jservu. L-esperjenzi li kellhom waqt GħSŻ għadhom qed iberkulhom ħajjithom issa.'

Il-PRESIDENT HOLLIST
Bishop Shapiro

'GħSŻ ipprovdiet ambjent liż-żgħażagħ tagħna li ħalliehom jikbru spiritwalment ma' żgħażagħ oħrajn li jaqsmu l-istess standards. Huma jsiru eċċitati li jgħixu l-evanġelju ta' Ġesù Kristu u huma lesti biex jaqsmu dan l-eċċitament ma' oħrajn fil-qasam u l-familja tagħhom. Kull żagħżugħ jew żagħżugħa li jattendu u jimpenjaw ruħhom b'mod attiv f'GħSŻ se jitilqu bħala dixxipli aħjar ta' Ġesù Kristu.'

L-ISQOF SHAPIRO
President tal-Wited Jaqsam Ma' Ħaddieħor X'Għamlet GħSŻ għaż-Żgħażagħ fil-Wited Tiegħu.
Il-Perspettiva ta' Missier: 'Ma ħasbitx li se tkun kapaċi tagħmel ħbieb ġodda'
Il-Perspettiva ta' Omm: 'Il-vjaġġ lura għad-dar kien wieħed kwiet, imma anki wieħed tajjeb'

Dawn l-avvenimenti kbar huma ddisinjati biex jgħinu liż-żgħażagħ  jieħdu gost hekk kif japplikaw l-evanġelju fl-aspetti kollha ta' ħajjithom. Waqt GħSŻ, huma jipparteċipaw f'ħamest ijiem ta' devozzjoni, klassijiet, u attivitajiet li jgħinuhom isaħħu l-fidi tagħhom f'Ġesù Kristu u jħossu l-hena u sens ta' appartenenza hekk kif jgħixu l-evanġelju.

Iċċekkja l-paġna ta' Week at a Glance  u  skedabiex tara x'attivitajiet se jagħmlu f'kull ġurnata li jkunu f'GħSŻ. Dawn il-paġni huma partikolarment utli għalik biex tkun taf x'tip ta' mistoqsijiet għandek tistaqsi liż-żgħażagħ tiegħek dwar l-esperjenza tagħhom meta jirritornaw id-dar!

Waqt li jkunu GħSŻ, huma se:

  • Jassoċċjaw ruħhom ma' żgħażagħ oħra li jħaddnu l-twemmin tagħhom u jiżviluppaw ħbiberiji ġodda
  • Jesperjenzaw ambjent li jgħinhom iħossu l-hena tal-evanġelju
  • Jieħdu sehem f'devozzjonali ta' ispirazzjoni u jitgħallmu 'Jisimgħuh'
  • Jitgħallmu jkunu mexxejja u jikkomunikaw aħjar ma' ħbiebhom, mal-ġenituri tagħhom, u ma' oħrajn
  • Jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jsaħħulhom l-awtostima tagħhom u jżidulhom il-kunfidenza.

X'inhuma r-rekwiżiti taż-żgħażagħ biex jipparteċipaw?

Iż-żgħażagħ kollha li jipparteċipaw f'GħSŻ għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

  • Iridu jagħlqu l-14-il sena mhux aktar tard mill-31 ta' Diċemrbu tas-sena li qed jattendu u xorta jkollhom 18-il sena fl-1 ta' Jannar tas-sena li qed jattendu.
  • Iridu jkunu ħerqana biex isegwu GħSŻ - Standards ta' Kondotta.
  • Ma jistgħux ikunu fuq perjodu ta' prova jew fuq libertà kundizzjonali minħabba xi tip ta' kriminalità
  • Ma jistgħux ikunu kkommettew reat sesswali kriminali, kemm jekk ikkundannati u anke jekk le
  • Żur  GħSŻ - Akkomodazzjoni ta' Persuni bi Bżonnijiet ta' Dieta, Diżabbiltà, Mediċi, jew Oħrajn jekk tixtieq tiskopri dwar l-isforzi tagħna biex nakkomodaw liż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mid-diżabbiltajiet

Kif nista' ngħin biex żagħżugħ jirreġistra?

  • Ir-reġistrazzjoni taż-żgħażagħ normalment tiftaħ f'Marzu
  • Bħala parti mir-reġistrazzjoni tista' titkellem maż-żgħażagħ, li qed jippjanaw li jattendu sessjoni ta' GħSŻ dwar l-għan, il-programm u l-imġiba ta' GħSŻ
  • Stieden bi mħabba liż-Żgħażagħ biex jattendu għas-sessjoni assenjata għalihom u għinhom f'kull pass

Iż-żgħażagħ tiegħi huma reġistrati! Issa xiex?

Hemm ħafna affarijiet li ż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu biex jippreparaw ruħhom għal ĠħSŻ, inkluż dawn l-ideat:

Neħduha d-Dar: 'Ibqa' fakkarhom fl-emozzjonijiet li kellhom'

X'responsabbiltajiet għandi fis-sejħa speċifika tiegħi?