Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

GĦALHEKK ĠEJT MGĦALLEM

Hekk kif il-valanga ta' informazzjoni li timla l-inboxes, il-mowbajls, il-kompjuters, u l-ħajjiet tagħna qed tkompli tikber, jiena grat għat-tfakkira profetiku li tgħin lil dawk li jiena nħobb jikbru fl-għarfien u l-għerf.

image
Il-Presbiteru James W. McConkie III

F'moħħi spiss nirrepeti u nippersonalizza l-kliem ta' Nefi fil-bidu tal-Ktieb ta' Mormon. 'Jiena, [Ġakbu], ġejt imwieled minn ġenituri twajbin.'[1] Ifakkruni fil-barkiet li ngawdi minħabba l-ġenituri eċċezzjonali tiegħi James Wilson u Judith Evelyn McConkie.

Hekk kif aktar riċentiment ikkunsidrajt il-barkiet tal-ġenituri tiegħi, l-erba' kelmiet li jmiss tal-vers tal-ftuħ ta' Nefi ġew miżjuda mar-riċitazzjoni siekta tiegħi. Dak il-kliem huwa dak li 'għalhekk ġejt mgħallem.'[2]

Għalfejn Nefi ħassu mbierek minn ġenituri 'twajbin'? Peress li Leħi u Sarija għallmu affarijiet bħal minn fejn ġej, kif jistgħu jgħixu l-isfidi tal-ħajja, u n-natura tal-għerf u l-imħabba ta' Alla.[3] Is-sens ta' gratitudni ta' Nefi għall-ħwejjeġ li l-ġenituri tiegħu qasmu magħhom wassluh biex 'jikteb l-għemejjel tiegħi fi żmieni.'[4] Dan kollu fl-ewwel vers tal-Ktieb ta' Mormon!

Tul ħajti, jiena wkoll ġejt mgħallem mill-ġenituri tiegħi. Meta għalaqt tnax-il sena, huma tawni kopja ġdida ta' skrittura u xi kotba dwar id-duttrina tar-Restawrazzjoni u l-istorja tagħha. Bdejt naqra u, bi stedina u inkuraġġiment mill-ġenituri, kont niddeċiedi kull nhar ta' Ħadd wara nofsinhar ma' wieħed minnhom jew it-tnejn li huma biex niddiskuti u nipproċessa dak kollu li kont qed naqra u nikkunsidra. Bħal Nefi, jiena tgħallimt dwar minn fejn ġejt, kif l-aħjar ngħix l-isfidi tal-ħajja, u n-natura tal-għerf u l-imħabba ta' Alla. Tgħallimt ukoll dwar l-istorja tal-Knisja, kif setgħet ittejjeb l-esperjenza tiegħi f'ħajti, u ssaħħaħ it-testimonjanza tiegħi bħala membru żagħżugħ. B'xi mod, dejjem daħħalna lil Ġesù f'kull waħda mid-diskussjonijiet tagħna.

Xi kultant dawk is-sessjonijiet tal-Ħadd jinbidlu minn studju tal-evanġelju għal konverżazzjoni dwar ħbieb, impjiegi, relazzjonijiet, jew skola. Il-ġenituri tiegħi semgħuni ħafna. L-għalliema twajbin ħafna drabi jagħmlu dan. Iżda, permezz ta' dan kollu, kont qed nitgħallem.

image

Jista' jkun li aktar importanti mill-informazzjoni li jiena ħadt kienet il-mod li bih il-ġenituri tiegħi għenuni nifhem u na internalizza dak li kont qed nitgħallem. Meta nħares lura lejn l-esperjenza u naraha tirrepeti ruħha fil-ħajjiet ta’ wliedi stess, l-aktar parti siewja ta’ dawk is-sessjonijiet ta’ studju tal-Ħadd kienet li nitgħallmu kif nifhmu. Billi wasslu dik il-ħila lili u lil ħuti, il-ġenituri tiegħi onoraw l-istedina tal-Mulej f'Duttrina u Patti Sezzjoni 68:25 li l-ġenituri 'jgħallmu lil uliedhom biex  jifhmu d-duttrina,' mhux sempliċiment jikkonsmawha. (Enfażi miżjuda.) Issa nirrealizza li biex nifhmu hija differenti milli niġbru l-informazzjoni. Li nifhmu hu li nsiru aktar għaqlin. L-għerf hu dak li Alla jrid għal kull wieħed u waħda minn uliedu.

Fl-ewwel indirizz tiegħu lid-dinja bħala l-appostlu u saċerdot il-kbir li jippresedi l-Mulej, il-President Oaks irriafferma l-familja, hi x'inhi l-konfigurazzjoni li nesperjenzawha, bħala post uniku u l-aktar influwenti ta' tagħlim.[5] Huwa uża kliem bħal għallem, jeduka, jagħti eżempju, flimkien, ħin, juri, iwiegħed, mudell, imħabba, paċenzja, u għaqqad biex jiddeskrivi l-ħafna modi differenti li bihom ġenitur jista’ jgħallem u tifel jista’ jitgħallem.[6]'Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għad għandhom' huwa spjega, 'responsabbiltà mogħtija minn Alla li jgħallmu lil uliedhom biex jitħejjew għad-destin tal-familja tagħna fl-eternità (ara Duttrina u Patti 68:25).'[7] Huwa kkonferma l-istedina tal-Mulej li l-ġenituri jgħinu lil uliedhom jitgħallmu kif jistgħu jifhmuha.

Hekk kif il-valanga ta' informazzjoni li timla l-inboxes, il-mowbajls, il-kompjuters, u l-ħajjiet tagħna qed tkompli tikber, jiena grat għat-tfakkira profetiku li tgħin lil dawk li jiena nħobb jikbru fl-għarfien u l-għerf.


[1] 1 Nefi 1:1

[2] Id.

[3] Ara eż.  Id. (Wara li nduna li Nefi ġie mgħallem 'it-tagħlim ta' missieru' (minn fejn ġej), fuq is-'sofferenza' (kif jista' jgħix l-isfidi tal-ħajja), u 'it-tjubija u l-misteri ta' Alla' (in-natura tal-għerf u l-imħabba ta' Alla).)  

[4] Id.

[5] Il-President Dallin H. Oaks, L-Evanġelju Ċċentrat fuq il-Familja ta' Ġesù Kristu, Liahona (Ottubru 2025).

[6] Id.

[7] Id. f'v. 11.