Salt Lake City  

Herehau Vero jaqsam testimonjanza permezz tal-mużika

Herehau Vero, membru minn Franza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, dqed jidher f'avveniment mużikali speċjali madwar id-dinja li kien irrekordjat f'Salt Lake City fl-Istati Uniti. F'Ġunju, huwa pparteċipa fir-rikording ta' dan il-kunċert ta' 60 minuta li se jkun disponibbli biex jiġi mniżżel u mxandar f'Awwissu għaż-żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha.  

Herehau Vero,  ikanta żewġ siltiet  fil-kunċert dinji taż-żgħażagħ.
Herehau Vero, ikanta żewġ siltiet fil-kunċert dinji taż-żgħażagħ.

“Jiena mbierek li twelidt f'familja ta' kantanti u mużiċisti. Kantajt man-nanniet tiegħi meta kont tifel,” jgħid Herehau, li issa għandu 21 sena. Meta kellu għaxar snin, intbagħat waħdu mill-post tat-twelid tiegħu f'Tahiti għal Franza biex jgħix ma' zija. Herehau ma kien fadallu lil ħadd ma' min ikanta. Huwa qal, “Jien komplejt inkanta waħdi u ppruvajt infittex it-triq mużikali tiegħi”. Sena wara l-ġenituri tiegħu u tliet aħwa iżgħar minnu ingħaqdu miegħu fi Franza.  

Kollox inbidel meta Herehau għamel awdizzjoni biex ikun wieħed mis-solisti għall-ispettaklu kulturali għad-dedikazzjoni tat-Tempju ta' Pariġi. Wara dan, Herehau qal, “Kien hemmhekk li bdejt inkanta tabilħaqq. Ftit ftit, ġibt il-kunfidenza fija nnifsi (qatt ma kelli kowċ vokali), u bdejt inkanta fic-CDs ta' Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ.” 

Waqt li kien qed jipparteċipa fl-ispettaklu kulturali fiż-żmien tad-dedikazzjoni għat-Tempju ta' Pariġi, Herehau rrealizza li Alla tah id-don li jaf ikanta. “Minn dak il-mument, kollox ġie f'postu.” Il-fatt li kien jaf li dan id-don kien mingħand Alla mmotivah biex itejbu u jaqsmu ma' ħaddieħor. Biex itejjeb il-vuċi tiegħu, hu segwa u kanta flimkien ma' klips dwar kif isaħħan il-vuċi fuq YouTube u xi drabi kien jimita kantanti kbar. “Fadalli ħafna x'nitgħallem biex nikkontrolla l-vuċi tiegħi, imma għandi fiduċja li l-Missier fis-Smewwiet tani dan id-don għal raġuni. Għalija, l-kant huwa mod li bih nipproklama t-twemmin tiegħi lid-dinja kollha.” 

Herehau jħobb il-mużika li tesprimi dak li persuna tħoss fil-fond ta' qalbha, jew dik li tesprimi kif persuna għexet id-diffikultajiet tagħha fi żminijiet diffiċli. “Inħobb ħafna meta l-awtur ta' kanzunetta jikteb il-mużika tiegħu billi jgħid l-istorja tiegħu stess.” Meta jkanta kanzunetta, Herehau jipprova jagħmilha tiegħu, daqs li kieku kitibha hu. “Imbagħad meta nkun fuq il-palk jew fl-istudjo, inkantaha b'qalbi kollha! L-għan tiegħi hu li dejjem immiss il-qlub tan-nies li jisimgħu l-kant tiegħi.” 

Ħabib tiegħu ssuġġerixxa lil Herehau japplika għall-Festival Mużikali taż-Żgħażagħ f'Salt Lake City. Hu baqa' mibluh meta ntagħżel biex ikanta u jirrappreżenta lil Franza, flimkien ma' parteċipanti  oħrajn internazzjonali. Herehau wasal f'Salt Lake City f'Ġunju biex jattendi għall-provi fit-Tabernacle. Huwa kien kuntent ferm meta ra daqstant kantanti, inkluż xi wħud mużiċisti żgħażagħ famużi. 

Sister Emily Belle Freeman, il-President Ġenerali tat-Tfajliet, u l-President Ġenerali tal-Ġuvintur, Steven J. Lund, tkellmu mal-parteċiipanti qabel il-provi. Kliemhom kien ta' ispirazzjoni għall-mużiċisti, u inkoraġġihom biex jużaw il-vuċijiet tagħhom għal għan tajjeb.  

Herehau Vero, waqt il-provi ma' mużiċisti oħrajn għax-xandira speċjali taż-żgħażagħ.
Herehau Vero, waqt il-provi ma' mużiċisti oħrajn għax-xandira speċjali taż-żgħażagħ.

Fil-kunċert, Herehau huwa s-solista għal żewġ kanzunetti Franċiżi bit-titlu 'Dixxiplu ta' Kristu' u 'It-Tama Waħdanija Tiegħi,' u wara ħa jsegwu tliet kanzuentti oħra fejn hu se jkun akkumpanjat minn kantanti oħrajn. Huwa ta wkoll id-diskors tal-ftuħ fil-festival taż-żgħażagħ bil-Franċiż bħala wieħed mill-preżentaturi internazzjonali.  

'Hija t-tama tiegħi li jien nkun l-istrument f'idejn Alla biex immiss il-qalb taż-żgħażagħ permezz ta' din il-mużika,' jgħid Herehau.  

'Festival: Kunċert taż-Żgħażagħ' se jkun disponibbli biex tarawh fil-5 ta' Awwissu fuq il-paġna tax-xandir tal-Knisja u fuq l-app Gospel Stream bl-Ingliż, Franċiż, Portugiż u Spanjol.  

Iż-żgħażagħ minn madwar id-dinja huma mistednin biex ikunu parti minn dan il-festival—billi jippjanaw ċelebrazzjonijiet lokali, jiddawnlowdjaw il-lista ta' kanzunetti, jaraw il-kunċert u jkantaw mal-mużika.