Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet umanitarji madwar l-Ewropa biex ittaffi t-tbatija u tgħin lil dawk f’diffikultà. Hekk kif il-Jum Internazzjonali Umanitarju jiġi ċċelebrat madwar id-dinja nhar id-19 ta’ Awwissu, l-Ewwel Presidenza tal-Knisja ppubblikat sommarju tal-ħidma umanitarja mwettqa matul l-2023. Il-pajjiżi Ewropej rċevew parti tajba mill-għajnuna u l-kura mogħtija s-sena li għaddiet.
Proġetti agrikoli umanitarji fl-Ewropa jgħinu lill-oħrajn biex jgħinu lilhom infushom.
Proġetti ta’ serra fil-Bożnja u Ħerzegovina jgħinu lill-familji jikbru u jipprovdu ikel għalihom u għall-oħrajn.
It-tqassim tal-baqar tqal biex jinħalbu lill-familji fil-bżonn għenhom jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrittivi u pprovda spinta finanzjarja permezz tal-bejgħ ta’ ħalib żejjed.
Il-proġett fl-Italja ma’ Progetto Arca pprovda ikliet sħan lil individwi fil-bżonn madwar seba’ bliet.
Wieħed mill-5 sptarijiet mobbli mogħtija mill-Knisja f'Payas, Hatay, it-Türkiye.
Ġewwa wieħed mill-isptarijiet mobbli mogħtija mill-Knisja f’Payas, Hatay, it-Türkiye.
Membri tal-Knisja fil-Portugall ħolqu proġett ta’ servizz Helping Hands biex jgħinu lill-Lega Portugiża Kontra l-Kanċer. Ritratt ipprovdut mill-Isqof Luiz Soares
Eric Rottermann, Maniġer tas-Servizz Umanitarju taż-Żona Ċentrali tal-Ewropa għall-Knisja, jissorvelja dawn il-proġetti, li ħafna minnhom għadhom għaddejjin. Huwa qal, “Li tara dak li jitwettaq bid-donazzjonijiet ġenerużi ta’ ħin u flus tal-membri ordinarji tal-knisja huwa inkuraġġanti. Kull proġett li jiġi implimentat huwa sinjal ieħor tal-imħabba immensa ta’ Alla għal uliedu.”
Fl-2023, l-attivitajiet umanitarji tal-Knisja fl-Ewropa ffukaw l-aktar fuq l-għajnuna lill-popolazzjonijiet milquta minn kunflitt ċivili u diżastri naturali, li ħafna minnhom esperjenzaw bżonnijiet għal kenn u affarijiet bażiċi oħra, kif ukoll fuq kura tas-saħħa mentali u fiżika.
L-Ewwel Presidenza qalet, “Meta Ġesù Kristu kien fuq l-art, hu tana żewġ kmandamenti kbar: li tħobb lil Alla u li “tħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek” (Mattew 22:39). Hekk kif infittxu li nuru l-imħabba tagħna għal Alla, qalbna naturalment iddur lejn il-benessri taʼ ħaddieħor. Kristu nnifsu ta l-eżempju ta’ kif tħobb lill-proxxmu tiegħek hekk kif tfejjaq lill-morda, titma’ lil min hu bil-ġuħ, tlibbes lill-għarwien, u tieħu ħsieb lil dawk vulnerabbli.”
Hawn taħt hawn sommarju tal-għajnuna mogħtija fl-Ewropa fl-2023 biex titkompla l-ħidma sagra tal-kura ta’ dawk fil-bżonn.
79 proġett ta' rispons għal emerġenza
Wara l-ħsara kkawżata mit-terremoti kbar fi Frar, il-Knisja kkollaborat mal-Awtorità Torka għall-Ġestjoni tad-Diżastri u l-Emerġenza u l-Ministeru tas-Saħħa biex tipprovdi għajnuna estensiva lil dawk li baqgħu ħajjin. B’riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni, twaqqfu ħames sptarijiet mobbli u 500 kontenitur tad-djar, u ġew ipprovduti ikel, ilma u provvisti tal-iġjene biex jgħinu eluf ta’ individwi u familji.
242 proġett li jgħinu lill-popolazzjonijiet vulnerabbli
F'ċerti żoni tal-Ewropa, l-2023 rat żieda fin-numru ta' nies li qed jitħabtu biex iżommu l-akkomodazzjoni tagħhom stess—jew minħabba kunflitt jew sfidi personali. Il-Knisja wieġbet b’diversi proġetti biex tgħin lill-persuni mingħajr dar, fosthom proġett fl-Italja ma’ Progetto Arca biex jipprovdi ħwejjeġ u ikel għal dawk fil-bżonn. Dan kien jinkludi kċina mobbli, li ppermettiet li jiġu servuti ikliet sħan lil individwi fil-bżonn madwar sebat ibliet.
37 proġett ta’ emerġenza ffukaw fuq l-għajnuna lill-persuni spostati
Bil-kunflitt li għaddej fl-Ukrajna, il-Knisja offriet l-ewwel għajnuna psikoloġika u kura emozzjonali lil individwi milquta mill-vjolenza u l-ispostament. Il-voluntiera tal-Knisja fil-Portugall ġabru wkoll żigarelli ta’ għarfien b’appoġġ għar-riċerka dwar il-kanċer tas-sider. U fir-Russja, il-Knisja tat id-donazzjoni ta’ tagħmir biex jassisti lit-tfal b’nuqqas ta’ vista u disturbi fit-taħdit.
Il-membri u l-mexxejja tal-Knisja huma konxji tal-isfidi li jiffaċċjaw in-nies madwar id-dinja. Hawn taħt hawn sommarju tal-kura pprovduta madwar id-dinja matul l-2023.
Għajnuna mad-dinja kollha
- 4,119-il proġett umanitarju fl-2023
- $1.36 biljun f’nefqa
- 6.2 miljun siegħa volontarjament
- 191 pajjiż u territorju servuti
- 7,959,670 membru tas-Soċjetà tas-Solliev madwar id-dinja
- 11,368 missjunarju tal-benesseri u l-awto-dipendenza
- 206 proġett ta’ ilma nadif, iġjene u sanità
- 921 proġett li jgħinu lin-nisa u t-tfal
- 374 proġett li jservu lil min hu bla dar
- 415 proġetti ta’ għajnuna ta’ emerġenza
- 113 proġett ta’ emerġenza li jgħinu lill-persuni spostati
- 601 proġett tal-kura tas-saħħa
- 64 proġett ta’ mobilità
- 530 proġett tas-sigurtà tal-ikel
“Aħna grati għall-opportunità li naħdmu ma’ organizzazzjonijiet professjonali li jallinjaw mal-viżjoni tagħna li nieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn,” qal l-Isqof President tal-Knisja Gérald Caussé. “Il-kollaborazzjonijiet tagħna jgħinuna nespandu l-impatt tal-isforzi tagħna madwar id-dinja hekk kif nimxu fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu biex inħobbu u naqdu lill-proxxmu tagħna.”
Is-sommarju sħiħ ta’ 43 paġna huwa disponibbli fi 17-il lingwa fuq Caring.ChurchofJesusChrist.org. Ħafna mill-proġetti elenkati fis-sommarju huma possibbli permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet bħal WaterAid, UNICEF, il-Programm Dinji tal-Ikel, Water for People, ShelterBox u aktar.