Iktar minn sentejn wara li beda l-kunflitt ta’ art twelidhom, emigranti Ukreni jibqgħu jittamaw li jirritornaw lejn djarhom waqt li jibnu ħajja mill-ġdid f’pajjiżi oħra. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għenet lil La Răscruce, knisja evanġelika li topera ċentru komunitarju f’Iaşi fir-Rumanija biex tipprovdi għajnuna lir-refuġjati li jgħixu hemmhekk.
Adrian Palady ta’ La Răscruce ra ħtieġa akbar ta’ ikel bażiku u oġġetti tal-iġjene għall-Ukreni li jgħixu f’Iasi u fittex l-għajnuna mill-Knisja. Sentejn ilu, meta beda l-kunflitt Ukren, La Răscruce u l-Knisja kkollaboraw biex iqassmu kits tal-iġjene mogħtija mill-Knisja. La Răscruce ipprovda wkoll servizz umanitarju direttament lill-Ukrajna f'dawn l-ibliet: Odessa, Ismail, Vinitsa, Kiev, Hmelinsky, u Herson. Tlestew aktar minn 25 vjaġġ lejn l-Ukrajna.
Subien u bniet fit-tinda tar-refuġjati
Ikel għar-refuġjati
Jistivaw ikel għar-refuġjati
Il-maġġoranza tal-Ukreni fir-Rumanija huma nisa, tfal u persuni b’diżabilità. L-ostakli tal-lingwa, il-ħtieġa li jieħdu ħsieb it-tfal żgħar, u l-isfidi fiżiċi jagħmluha aktar diffiċli għalihom biex isibu impjieg. Barra minn hekk, minħabba t-tul tal-kunflitt, ir-riżorsi tal-appoġġ tnaqqsu drastikament.
Bi tweġiba għal din it-talba, il-Knisja tat ikel bażiku u oġġetti tal-iġjene lil 250 familja Ukrena. Il-kongregazzjoni ta’ La Răscruce ingħaqdet mal-membri tal-Knisja fiċ-ċentru ta’ La Răscruce biex tiġbor l-oġġetti tal-ikel u tal-iġjene. Il-Knisja tat ukoll donazzjoni ta’ 3,000 ikla fuq perjodu ta’ xahrejn lill-Ukreni f’Iaşi li jinsabu fid-djarhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jgawdu ikla sħuna kuljum.
Wieħed mir-riċevituri kiteb lil Adrian fejn esprima “grazzi talli dejjem kont magħna, dawk mill-Ukrajna. Għall-appoġġ u l-kura, għall-ħila li tgħinna f’mumenti diffiċli”. Ieħor kiteb, “meta ħriġt il-basktijiet tal-prodotti bdejt nibki u nirringrazzja lil Alla li hemm nies bħalek fuq l-art”.
Adrian spjega li minbarra li jipprovdi għajnuna materjali għar-refuġjati, hija wkoll tifkira li ma jintesewx u mhumiex waħedhom. Din il-kollaborazzjoni bejn ir-reliġjonijiet bierket lill-familji Ukreni li rċevew ikel u oġġetti tal-iġjene filwaqt li ħolqu ħbiberiji, fiduċja u ftehim ġdid għal kull min kien involut f’dan il-proġett.