Li nimxu wara Ġesù Kristu jġib il-paċi fi żminijiet diffiċli. U jġib miegħu wkoll ċerta responsabbiltà li nagħtu kas tal-fqar u tad-dinja. Dawn il-messaġġi nstemgħu minn eluf ta' fidili miġburin fil-Belt ta' Salt Lake għal konferenza ġenerali tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u miljuni oħra madwar id-dinja li segwew onlajn.
Il-konferenzi ġenerali tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iseħħu kull sitt xhur. Mexxejja globali tal-Knisja jindirizzaw lil membri u ħbieb madwar id-dinja. Il-ħames sessjonijiet tal-konferenza miżmuma bejn 1-2 ta' Ottubru kienu mxandrin live f'70 lingwa.
Russell M. Nelson, il-President tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, talab lill-udjenza biex issib serħan mill-intensità, l-inċertezza, u d-dieqa ta' din id-dinja billi tikkommetti ruħha b'qawwa li timxi fuq l-eżempju ta' Ġesù Kristu.
Li ngħixu fil-mod tiegħu jġib il-ferħ u l-paċi, u Hu stieden lill-oħrajn għal dak il-mod ta' għixien b'ġentilezza, tjubija, u mħabba, seħqet J. Anette Dennis. Sister Dennis isservi bħala l- Ewwel Kunsiller fil-Presidenza Ġenerali tas- Soċjetà tal-Għajnuna, l-organizzazzjoni tan-nisa fi ħdan il-Knisja.
Id-dawl u l-Ispirtu ta' Ġesù Kristu jiggwida lil kulħadd biex ngħinu l-foqra u l-imnikktin madwar id-dinja, qal il-President Dallin H. Oaks, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza. Huwa enfasizza mill-ġdid il-missjoni tal-Knisja biex taħdem ma' organizzazzjonijiet oħra tal-karità biex tipprovdi fuq skala globali l-għajnuna umanitarja lil dawk li qed isofru.
Fost dawk li kkontribwew għall-andament tal-konferenza kien hemm bosta Ewropej.
Il-President Dieter F. Uchtdorf tal- Kworum tat-Tnax-il Appostlu introduċa gwida irridisinnjata għaż-żgħażagħ Qaddisin tal-Aħħar Żmien ta' età bejn 11 u 18-il sena. Il-gwida l-ġdida “Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ:
Gwida biex Tagħmlu l-Għażliet,” hija bbażata fuq prinċipji tal-evanġelju, volontà u ispirazzjoni. 'L-aqwa gwida li jista' jkollkom biex tagħmlu l-għażliet tagħkom huwa Ġesù Kristu. Ġesù Kristu huwa s-sodizza taż-żgħażagħ,' qal il-Presbiteru Uchtdorf, imwieled il-Ġermanja.
Li nagħtu kas tad-dinja tagħna u l-ambjent naturali hija responsabbiltà sagra li Alla ħalliha f'idejn l-umanità, iddikkjara Gérald Caussé, l-Isqof li Jippresedi tal-Knijsa. Huwa rrakkomanda li naddattaw stil ta ħajja u mġiba personali li jirrispettaw il-kreazzjonijiet ta' Alla. L-Isqof Caussé twield Bordeaux.
Matul is-sessjoni tas-Sibt wara nofsinhar, il-Presbiteru Hans T. Boom tas-Sebgħin offra talba. Huwa talab lil Alla biex jgħin lill-fidili jagħrfu s-sejħa tagħhom u l-irwol tagħhom fid-dinja. Il-Presbiteru Boom twieled f'Amsterdam. Fil-preżent huwa jservi bħala l-president tar-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa tal-Knisja bil-kwartieri ġenerali f'Londra.
Matul il-konferenza, il-membri tal-Knisja sostnew bidliet fi ħdan it-tmexxija. Tmien Awtorità Ġenerali tas-Sebgħin kienu rilaxxati u mogħtija stat ta' emiritus. Sitt Sebgħinijiet Reġjonali ġodda kienu msejħin, fosthom Bernhard Cziesla minn Jakobwüllesheim il-Ġermanja u Yves S. Weidmann minn Burgdorf fl-Isvizzera.
Is-Sebgħinijiet fil-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien isrvu bħala “xhieda speċjali” u jassistu lit-Tnax-il Appostlu fil-ħidma tagħhom li “jkabbru l-knisja u jirregolizzaw l-attivitajiet kollha”. zona ġeografika.
Matul is-sessjoni tal-għeluq tal-konferenza, il-President Russell M. Nelosn ħabbar il-pjanijiet għall-bini ta' 18-il tempju ieħor.
Ix-xemx tiela' wara l-kampnar taċ-Ċentru tal-Konferenza fil-kwartieri ġenerali tal-Knisja fil-Belt ta' Salt Lake, Utah, matul is-sessjoni ta' filgħodu tal-konferenza ġenerali nhar il-Ħadd, 2 ta' Ottubru, 2022.
Tifel fin-Norveġja jpinġi lil Sister Tracy Y. Browning, it-Tieni Kunsillier fil-Presidenza tal-Primarja Ġenerali, waqt li jsegwi d-diskors tagħha matul il-konferenza ġenerali.
Tifla min-Norveġja tagħti l-kulur lil stampa ta' Ġesù waqt li tara l-konferenza ġenerali.
Koppja minn Ħelsinki, il-Finlandja, tara sessjoni tal-konferenza ġenerali s-Sibt, 1 ta' Ottubru 2022.
Missier u ibnu fil-Norveġja jaraw xandira tal-konferenza ġenerali.