
Sentejn ilu, jiena staqsejt lill-adulti żgħażagħ tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni ta’ Manchester, “X’avvenimenti tixtiequ tippjanaw matul l-2024?” Ħassejtni mqanqal li l-ideat tagħhom iffokaw fuq it-tempju u fuq it-tmexxija taż-żgħażagħ. Fl-2024, huma organizzaw erba’ avvenimenti ta’ suċċess iffukati fuq Kristu u t-tempju: żewġ avvenimenti msejħa “Fawru lit-Tempju” seħħew fit-Tempju ta’ Preston, li flimkien ġabru kważi 500 adult żagħżugħ u żagħżugħa, filwaqt li xi wħud minnhom għamlu l-patti tagħhom; twettaq avveniment għaż-żgħażagħ li ngħata l-istess isem “Fawru lit-Tempju” fejn 40 adult żagħżugħ u żagħżugħa ħadu grupp ta’ 280 żagħżugħ u żagħżugħa għall-battisterju; u tmiem il-ġimgħa fejn 20 adult żagħżugħ u żagħżugħa organizzaw esperjenza għat-tħejjija tal-missjunarji għal 50 ġuvni u tfajla. Niftakar b’ċarezza li żort il-battisterju u li rajt wieħed żagħżugħ jgħammed mara żagħżugħa, żewġ tfajliet bħala xhieda, adult żagħżugħ jirrekordja, u żgħażagħ jistennew li jmisshom. Għajnejja mtlew bid-dmugħ meta jien rajt dan. Hekk kif nirrifletti fuq dawn il-mumenti nimtela bil-ferħ għas-saħħa u l-attenzjoni ewlenija li għandom fuq il-patti l-Ġenerazzjoni li Tielgħa.

Aħna fortunati li għandna tempji madwar l-Ewropa, b’aktar qed jinbnew jew jitħabbru. Il-President Nelson iddikjara, “Aħna qed nagħmlu dak kollu li nistgħu, taħt id-direzzjoni tal-Mulej, biex il-barkiet tat-tempju jkunu aktar aċċessibbli għall-membri tal-Knisja” (1).
Fit-tempju, Kristu huwa ċentrali, u aħna nagħmlu patti sagri miegħu. It-tħejjija għalihom, u l-għemil li nagħmlu u nħarsu dawn il-patti, jġibu mħabba, protezzjoni, opportunità, saħħa, u qawwa li jiżbqu l-għarfien tagħna. It-tagħlim tal-President Nelson dwar “ħesed” ħalla effett mill-aktar qawwi fuqi. Huwa spjega, “Dawk li għamlu patt ma’ Alla għandhom aċċess għal tip speċjali ta’ mħabba u ħniena. Fil-lingwa Ebrajka, dik l-imħabba tal-patt tissejjaħ ħesed.” Huwa kompla: “Peress li Alla għandu ħesed għal dawk li għamlu patt miegħu, Huwa jħobbhom. Huwa jibqa’ jaħdem magħhom u joffrilhom opportunitajiet biex jinbidlu. Huwa jaħfrilhom meta huma jindmu. U kieku kellhom jitbiegħdu, huwa jgħinhom isibu t-triq lura lejh” (2). O, kemm inħobb dan is-sentiment ta’ mħabba, ħniena, u maħfra, is-sens ta’ ambitu, qawwa u opportunità li l-Espjazzjoni tas-Salvatur tipprovdi lil kull wieħed u waħda minna li nagħmlu u nħarsu l-patti miegħu. Kollox qatt mhu mitluf; kollox huwa dejjem possibbli miegħu u l-Espjazzjoni tiegħu. Huwa għallem: “jien lest niġborkom flimkien kemm‑il darba kif qroqqa tiġbor il‑flieles tagħha taħt ġwinħajha, jekk intom tindmu u dduru lejja b’impenn sħiħ f’qalbkom.” (3).
Il-President Nelson qal ukoll, “Il-qima regolari fit-tempju żgur li tgħinna. Fid-dar tal-Mulej, aħna niffokaw fuq Ġesù Kristu. Aħna nitgħallmu minnu. Aħna nagħmlu patti biex nimxu warajh. Aħna nsiru nafuh. Hekk kif inħarsu l-patti tagħna tat-tempju, aħna niksbu aċċess akbar għall-qawwa setgħana tal-Mulej. Fit-tempju, aħna nirċievu l-protezzjoni mid-daqqiet ta’ ħarta tad-dinja. Aħna nesperjenzaw l-imħabba safja ta’ Ġesù Kristu u ta’ Missierna fis-Smewwiet b’abbundanza kbira! Aħna nħossu fina l-paċi u riassigurazzjoni spiritwali, b’kuntrast mat-taqlib tad-dinja. Din hija l-wegħda tiegħi lilkom: Kull min ifittex b’sinċerità lil Ġesù Kristu jsibu fit-tempju. Intom tħossu l-ħniena tiegħu. Intom issibu tweġiba għall-aktar mistoqsijiet frustranti tagħkom. Intom tibdew tifhmu aħjar l-hena tal-evanġelju tiegħu” (4).
Nistedinkom biex “issibu mod kif tagħmlu appuntament mal-Mulej, li tmorru fid-dar imqaddsa tiegħu,” (5) u tużaw ir-rakkomandazzjoni tat-tempju tagħkom biex tbierku ħajjitkom u l-ħajja tal-maħbubin tagħkom. Jekk intom m’għandkomx rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju, kunu ġentili magħkom infuskom u kunu afu li tistgħu taħdmu biex issiru denji li tattendu u tirċievu dawn il-barkiet. “Jiena nwegħidkom li l-Mulej iwasslilkom il-mirakli li Huwa jaf li intom teħtieġu hekk kif intom tagħmlu ċerti sagrifiċċji li sservu u tqimu fit-tempji tiegħu” (5).
Jien profondament grat għat-tempju, għall-hena, il-barkiet u l-protezzjoni li jġib lili u lill-familja tiegħi. Ngħożż l-esperjenzi ta’ sinifikat etern li kelli hemm, fejn xi kultant, anke l-velu rqaq.
- “Nithennew bir-Rigal tal-Imfietaħ tas-Saċerdozju”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2024
- “Il-Patt Ta’ Dejjem”, Liahona Ottubru 2022
- 3 Nefi 10:6
- “Il-Mulej Ġesù Kristu Se Jerġa’ Jiġi”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2024
- “Insiru Qaddisin tal-Aħħar Żmien Eżemplari”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2018