Il-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja se jiltaqgħu nhar is-Sibt, 30 ta’ Settembru, u l-Ħadd, 1 ta’ Ottubru, biex jisimgħu messaġġi mħejjijin minn profeta tal-ġurnata ta’ llum u mexxejja oħra tal-Knisja. Dawn il-messaġġi ispirati jiċċentraw fuq Ġesù Kristu u t-tagħlim tiegħu. Il-mexxejja tal-Knisja jagħtu direzzjoni u jipprovdu kunsill, esperjenzi personali u għarfien spiritwali.
Fl-indirizz tiegħu fil-konferenza nhar l-1 ta’ April 2023, Russell M. Nelson, il-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, estenda stedina speċifika lilna lkoll biex insiru ħaddiema taż-żamma tal-paċi. Huwa qal, “Il-messaġġ tas-Salvatur kien wieħed ċar: id-dixxipli vera tiegħu jibnu, jelevaw, iħeġġu, jipperswadu, u jispiraw—tkun kemm tkun diffiċli s-sitwazzjoni. Il-vera dixxipli ta’ Ġesù Kristu huma nies li jġibu l-paċi.”
Fid-9 ta’ Settembru 2023, il-President Nelson għalaq 99 sena. Huwa kien kirurgu u riċerkatur mediku ta’ fama internazzjonali. Il-President Nelson ilu żmien twil mexxej fi ħdan il-Knisja, u fuq kollox huwa raġel miżżewweġ u missier li jħobb lill-familja tiegħu. Matul ħajtu, huwa żar iktar minn 130 pajjiż, kellu bosta rwoli ta’ responsabbiltà u kiseb esperjenzi kbar permezz ta’ linterazzjonijiet tiegħu fuq skala globali ma’ nies oħrajn ta’ reliġjonijiet u kulturi oħra. Huwa dejjem ħadem biex iġib il-paċi.
L-eżempju u t-tagħlim tiegħu jħeġġeġ lilna lkoll biex inkunu karitattivi u nistinkaw favur iż-żamma tal-paċi fl-interazzjonijiet tagħna ta’ kuljum ma’ nies oħrajn.
Wara l-istedina tiegħu, membri tar-reġjun Ewropew kienu bieżla fl-isforzi tagħhom biex japplikaw il-messaġġ tal-President Nelson f’ħafna aspetti ta’ ħajjithom.
Membru minnhom, Oliver Bassler minn Weinfelden, l-Isvizzera, qasam l-esperjenza tiegħu meta għażel li jaħdem favur iż-żamma tal-paċi hekk kif kien qed jgħin ħabib tiegħu. Qal hekk: “Għandi kollega li beda n-negozju tiegħu. Madanakollu, in-negozju ma tantx marlu tajjeb s’issa, xi ħaġa li kienet prevedibbli. Minflok li kkritikajtu b’mod patronizzanti, jien ħeġġiġtu biex jitlon għas-suċċess professjonali tiegħu u biex jinkludi lil Ġesù Kristu f’xogħlu. Din ħadha bis-serjetà kollha u minn dak inhar l-affarjiet bdew ġejjin għall-aħjar.”
Il-messaġġ tal-President Nelson, iċċentrat fuq Ġesù Kristu, mhux biss jiffoka fuq kif aħna għandna nsiru ħaddiema għaż-żamma tal-paċi f’ħajjitna, imma wkoll fuq kif nistgħu niksbu l-qawwa mill-eżempju ta’ Kristu meta s-sitwazzjoni tkun waħda iebsa.
“Ix-xewqa tiegħi li nimxi wara s-sejħa tal-President Nelson li nkun ħaddiem għaż-żamma tal-paċi kienet waħda intensa mill-Konferenza Ġenerali. Xi drabi jirnexxieli, drabi oħra, le. Fi żminijiet bħal dawn, jien inħossni grat għar-rigal tal-indiema u l-opportunità biex nerġa’ nipprova għal darba darbtejn. Hekk, inkun kuntent b’suċċessi żgħar meta jirnexxieli nikkalma s-sitwazzjoni x-xogħol jew id-dar. L-għajn tal-qawwa tiegħi huwa Ġesù Kristu, li huwa ħabibi,” qalet Marcela Pálková minn Uherské Hradiště, ir-Repubblika Ċeka.
Messaġġi bħal dawn, li darbtejn fis-sena jiġu xxerjati mill-mexxejja tal-knisja, jispiraw paċi, tama, u gwida fid-dinja konfuża, u dejjem tinbidel, tagħna. Kulħadd huwa mistieden jiġi jfittex direzzjoni, tweġibiet għall-mistoqsijiet personali, jew faraġ waqt il-provi tal-ħajja filwaqt li jisma’ l-kliem tal-profeta ħaj u tal-mexxejja oħra tal-knisja.
Kif Tipparteċipaw
Il-Konferenza Ġenerali tikkonsisti f’ħames sessjonijiet imxandrin mad-dinja kollha. Id-dettalji tal-ħin tax-xandiriet jinstabu onlajn.
Is-sessjonijiet kollha se jkunu strimjati b’mod dirett f’iktar minn 70 lingwa fuq: broadcasts.ChurchofJesusChrist.org. Is-sessjonijiet huma disponibbli wkoll minn Gospel Library, L-Istazzjon tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, radju, televiżjoni, satellita, u stazzjonijiet diġitali oħra.
Tistgħu taraw il-konferenza onlajn jew taqraw id-diskorsi fil-ħin konvenjent għalikom fuq churchofjesuschrist.org.
Għal iktar informazzjoni dwar kif tipparteċipaw fil-konferenza ġenerali, żuru https://newsroom.churchofjesuschrist.org/article/5-ways-to-watch-general-conference-live.