Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

Il-Gratitudni

Jien tassew nemmen li l-Mulej iħobb nies li jafu juru gratitudni u aħna niġu mberkin iktar b'dak li neħtieġu, għaliex aħna grati

A family looking out over a beautiful lake surrounded by a forrest
Il-Presbiteru Kyrylo Pokhylko, il-Latvja
Il-Presbiteru Kyrylo Pokhylko, il-Latvja Sebgħin tar-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa

Ħajjitna tkun mimlija bl-influwenza tal-Ispirtu s-Santu meta aħna nkunu iktar ffukati fuq is-Salvatur tagħna Ġesù Kristu. Dan jiġri meta aħna nsibu ħin nistudjaw il-ħajja tiegħu, insiru familjari mad-duttrina tiegħu u sewwasew nagħmlu dak li huwa għamel, billi niżviluppaw attributi Kristjani matul ħajjitna.   

Hemm bosta rakkonti u deskrizzjonijiet differenti ta' meta l-ħobż u l-ħut ingħataw lill-folla u n-nies ġew mitmugħin.   Jien partikolarment togħġobni din l-istorja kif inhi deskritta fil-ktieb ta' Ġwanni f'kapitlu 6:5-14.  Kien hemm iktar minn 5,000 ruħ, u s-Salvatur ingħata ħames ħobżiet tax-xgħir u 2 ħutiet.  Huwa radd il-ħajr għal dak li kellhom, bierek l-ikel u d-dixxipli tiegħu  qassmu l-ikel lil kull min kien hemm, u huma 'xebgħu'(1). Minn fost erba' awturi differenti li ddeskrivew x'ġara, huwa biss minn Ġwanni biss li aħna nisimgħu li s-Salvatur 'radd il-ħajr'(2) għal dak li kellhom, minkejja li ma kellhomx wisq għall-folla.  Huwa kellu biss 5 ħobżiet tax-xgħir u 2 ħutiet, imma dan sar suffiċjenti u biżżejjed biex kollha kemm huma jixbgħu.  Għalija, dan huwa eżempju mill-aqwa ta' dak li jista' jseħħ f'ħajjitna meta nkunu grati, meta nroddu ħajr għal dak li għandna.  Jaf m'għandniex wisq, iżda meta nkunu grati għal dak li għandna, dak ikun suffiċjenti, u biżżejjed għal dak li neħtieġu.  Il-gratitudni hija attribut Kristjan, attribut kbir u fundamentali, li aħna jeħtiġilna niżviluppaw sabiex ikollna hena ikbar f'ħajjitna u nkunu nistgħu naraw id il-Mulej iktar ta' spiss. 

Christ feeding the 5000

Il-President Nelson għallem dan li ġej meta tkellem dwar il-qawwa li tfejjaq tal-gratitudni: 
'Nistgħu lkoll inroddu ħajr għal ġmiel id-dinja u l-kobor tas-smewwiet li jagħtina ħjiel tal-immensità tal-eternità.  Nistgħu nroddu ħajr għad-don tal-ħajja, għall-ġisem u l-moħħ tal-għaġeb tagħna li jippermettulna nikbru u nitgħallmu.  
Nistgħu nroddu ħajr għall-arti, il-letteratura, u l-mużika li jhennu lir-ruħ.  
Nistgħu nroddu ħajr għall-oppportunità biex nindmu, nibdew mill-ġdid, inpattu ta' ħtijietna, u nibnu karattru.  
Nistgħu nroddu ħajr għall-familja tagħna, għal ħbiebna, u għal nies oħra li nħobbu. 
Nistgħu nroddu ħajr għall-oppprtunità biex ngħinu, ingawdu, u nservu lil xulxin, ħwejjeġ li jagħmlu lill-ħajja ħafna iktar sinifikanti.  
Nistgħu nroddu ħajr għall-provi li ngħaddu minnhom, li minnhom nitgħallmu affarjiet li kieku mingħajr provi ma konniex insiru nafu. 
Fuq kollox, inroddu ħajr lil Alla, il-Missier tal-ispirti tagħna, ħaġa li tagħmilna lkoll aħwa ta' xulxin—familja globali waħda u kbira'(3).

Two sisters hugging

Jien tassew nemmen li l-Mulej iħobb nies li jafu juru gratitudni u aħna niġu mberkin iktar b'dak li neħtieġu, għaliex aħna grati, għaliex aħna nafu u nagħrfu s-sors tal-barkiet kollha li għadna. 

Nixtieq nikkonkludi bi kliem Alma, meta hu għallen lill-poplu: “U hu ordnalhom li huma kellhom josservaw jusm is-sibt, u jqaddsuh, u kuljum għandhom ukoll iroddu ħajr lill-Mulej Alla tagħhom.”(4). Aħna mistednin nroddu ħajr lill-Mulej kemm individwalment u kemm fil-familja.  Ħajjitna tinbidel hekk kif aħna niffukaw ta' kuljum fuq il-barkiet li nirċievu mingħand il-Mulej, filwaqt li naraw lil idu f'ħajjitna u nesprimu l-gratitudni tagħna għal barkiet waqt li nitolbu fi tmiem ta' kull ġurnata.  Il-Ktieb taż Mormon huwa mimli xhieda li nies grati huma nies ferħana. 

Jien grat lejn il-Missier tagħna fis-Smewwiet, kollhu mħabba, u lejn Ibnu, is-Salvatur u l-Feddej tagħna Ġesù Kristu, u għall-gwida li tmexxina tal-Ispirtu s-Santu, u jien nixhed li Huma veri.  


  1. Ġwanni 6:12
  2. Ġwanni 6:11
  3. 3. “The Healing Power of Gratitude”, messaġġ fuq vidjo li xxandar fuq il-midja soċjali f'Novembru 2020
  4. Mosija 18:23