Bħalissa hemm 32.5 miljun refuġjat madwar id-dinja, skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati. Kull sena fl-20 ta' Ġunju, il-Jum Dinji tar-Refuġjati huwa nnominat min-Nazzjonijiet Uniti biex jirrikonoxxi lil dawk li għandhom il-kuraġġ jaħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerra jew persekuzzjoni. Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien titħabat biex tipprovdi sapport għal individwi u familji spostati, filwaqt li tikkollabora ma' organizzazzjonijiet globali oħrajn impenjati f'din l-għajnuna ta' solliev.
Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jassistu lil refuġjati li jkunu mġegħlin jevakwaw djarhom. Fl-2021, il-Knisja affermat f'aġġornament tal-manwal ġenerali li 'Bħala parti mir-responsabbiltà li jindokraw dawk fil-bżonn, il-membri tal-Knisja joffru ħinhom, it-talenti u l-ħbiberija tagħhom biex jilqgħu refuġjati bħala membri tal-komunitajiet tagħhom.'
Matul is-sena li għaddiet, il-konflitti mbuttaw lil bosta individwi f'partijiet varji fl-Ewropa jfittxu refuġju mill-perikli eżistenti f'pajjiżhom jew fil-komunitajiet tagħhom. Permezz tal-174 proġett ta' rispons għar-refuġjati fl-2022, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-membri tagħha madwar id-dinja pprovdew riżorsi lil dawn l-individwi u familji li qed jittamaw għal futur aħjar. Il-Knisja fl-Ewropa serviet fuq quddiem nett ta' dan l-isforz, billi tassisti lil refuġjati irrispettivament ta' kultura, razza, jew reliġjon.
Ngħinu madwar l-Ewropa kollha
B'riżultat tal-azzjonijiet militari f'Ukrajna, pajjiżi fl-Ewropa rċevew l-ikbar influss ta' refuġjati mit-Tieni Gwerra Dinjija. Bħala rispons ta' din il-kriżi, il-Knisja nefqet iktar minn €15.6 miljun ($16.8 miljun) biex tgħin lir-refuġjati Ukreni u tat iktar minn 900 tunellata ta' ikel u proviżjonijiet għall-Unreni fil-bżonn. Minn barra li pprovdiet għall-benesseri fiżiku tagħhom, il-Knisja organizzat seminars onlajn ta' kull ġimgħa u diskussjonijiet biex tgħin lil nies Ukreni mġarrbin ikampaw mal-esperjenzi tagħhom. Il-ħidma tal-Knisja fl-Ukrajna ġiet deskritta fid-dettall f'dan l-artiklu misjub fil-kamra tal-aħbarjiet globali tal-Knisja.
Proġetti umanitarji riċenti oħra tal-Knisja ta' Ġesù Kristu fil-Polonja, Spanja, il-Greċja, ir-Rumanija, is-Serbja, il-Kroazja u l-Ġeorġja jassistu refuġjati mill-Ukrajna u pajjiżi oħra. Il-Knisja kkollaborat ma' 294 organizzazzjoni madwar l-Ewropa kollha fl-2022 biex tissapportja proġetti umanitarji. ir-riżultat kien li eluf ta' individwi u familji sabu solliev u faraġ f'ċirkostanzi diffiċli.
Outreach fl-Italja
Il-Knisja fl-Italja mexxiet bosta proġetti dwar refuġjati, u biex gġamlet dan issieħbet ma' banek tal-ikel, ċentri tar-refuġjati, mużiċisti, mexxejja tal-komunità u kumplessi tal-akkomodazzjoni biex tipprovdi għajnuna u faraġ lir-refuġjati.
Peace u Monday Ehigiamusoe, li qabel kienu refuġjati, ħarbu minn pajjiżhom fl-Afrika u fittxew refuġju f'Ruma, l-Italja. Matul il-vjaġġ tagħhom bid-dgħajsa, il-grupp ta' refuġjati spiċċaw f'nofs maltepati tal-biża' u ħafna minnhom għerqu. Peace u Monday tilfu l-ftit oġġetti li kellhom iżda salvaw mill-kondizzjonijiet diffiċli u waslu qawwijin u sħaħ l-Italja. Huma ltaqgħu ma' voluntiera mill-Knisja ta' Ġesù tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien permezz tan-netwerk tar-refuġjati fiż-żona u ngħataw riżorsi biex jistabbilixxu rwieħhom fil-pajjiż il-ġdid tagħhom.
Il-Knisja assistiet lil Momnday biex tikseb edukazzjoni u ssib xogħol stabbli. Issa, Peace u Monday iservu konsistentament fil-komunità lokali, filwaqt li jassistu lil refuġjati oħrajn u dawk fil-bżonn. Il-fidi kellha rwol sinifikanti biex il-familja Ehigiamusoe sabet il-motivazzjoni biex tfittex ħajja ġdida u l-Knisja pprovdiet sapport f'dak li huwa benesseri kemm fiżiku u anki spiritwali.