![Programi elektronik për Brezin e Ri tani mund të shkarkohet nga dyqani i programeve te pajisja juaj.](https://content.churchofjesuschrist.org/acp/bc/cp/Europe/Area%20Images/Articles/2023/1200x675/RG_APP_01.jpg)
Adulti żgħażagħ minn madwar l-Ewropa jistgħu japplowdjaw l-avvenimenti tagħhom u jinnotifikaw lil oħrajn dwar x'ikun għaddej fir-reġjun tagħhom. Il-websajt konnessa risinggeneurope.org ġiet imtejba b'disinn iktar strutturat u karatteristiċi ġodda. Barra minn hekk, l-adulti żgħażagħ huma mistiedna biex jikkonnetjaw ma' xulxin fuq il-midja soċjali permezz tal-kanali tagħhom tal-Instagram u tal-YouTube.
![Fotografi Ekrani e Njoftimeve Automatike të Programit Elektronik për Vendet në Europë](https://content.churchofjesuschrist.org/acp/bc/cp/Europe/Area%20Images/Articles/2023/1200x1920/RG_APP_02.jpeg)
'Permezz ta' din l-app, il-mira tagħna hija li nipprovdu pjattaforma għall-adulti żgħażagħ kollha, sabiex qatt iżjed ma jkunu neqsin minn inofrmazzjoni dwar l-attivitajiet brillanti kollha, filwaqt li jżommu l-kontroll fuq in-notifiċi kollha tal-push,' qal Tom Erhart, wieħed mill-iżviluppaturi tal-app mill-Isvizzera. 'Nittamaw li se tgħinhom jinġabru flimkien aħjar, iqawwu lil xulxin, u jkollhom l-hena f'Ġesù Kristu,' żied jgħid.
![Fotografi ekrani të ngjarjeve të ngarkuara në programin elektronik.](https://content.churchofjesuschrist.org/acp/bc/cp/Europe/Area%20Images/Articles/2023/1200x1920/RG_APP_03.jpeg)
Dawk li jużw din l-app jistgħu jikkonfiguraw in-notifiċi tal-push, skont pajjiżi u reġjuni. Biex wieħed jippostja avveniment m'għandux bżonn reġistrazzjoni. Jekk dak li jkun ikun irid jibdel l-avveniment li jkun ippostja, dan jista' jsir billi jirreġistra permezz tal-imejl.
![Të Rinj në Moshë Madhore në Konferencën Shoqërore: “Për Forcën e Rinisë”.](https://content.churchofjesuschrist.org/acp/bc/cp/Europe/Area%20Images/Articles/2023/1200x675/RG_APP_04.jpg)
'Jien eċitat għall-adulti żgħażagħ li se jkollhom din ir-riżorsa ġdida, li se tgħinhom ikunu kkonnetjati bħala komunità u flimkien jimxu wara s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu,' qal il-Presbiteru Yves Weidmann, Sebgħin Reġjonali mill-Isvizzera, li qed jissapportja l-Adulti Żgħażagħ fl-Ewropa.
Hemm iktar minn 15,000 Adult Żagħżugh partecipant u membru tal-Knisja fl-Ewropa, ikoll bix-xewqa li jħobbu lil Alla, jikkonnetjaw ma' xulxin u jsaħħu lill-komunità.