Frankfurt am Main

Il-Knisja fl-Ewropa tniedi app ġdida għall-ġenerazzjoni li tielgħa

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Ewropa estendiet it-tixrid tal-esperjenza tagħha għall-adulti żgħażagħ: App ġdida bl-isem ta' „Rising Generation“ issa tista' tiġi ddawnlowdjata għal apparat Android u Apple

Programi elektronik për Brezin e Ri tani mund të shkarkohet nga dyqani i programeve te pajisja juaj.
Rising Generation App issa tista' tiġi ddawnlowdjata mill-App Store.

Adulti żgħażagħ minn madwar l-Ewropa jistgħu japplowdjaw l-avvenimenti tagħhom u jinnotifikaw lil oħrajn dwar x'ikun għaddej fir-reġjun tagħhom.  Il-websajt konnessa risinggeneurope.org ġiet imtejba b'disinn iktar strutturat u karatteristiċi ġodda.  Barra minn hekk, l-adulti żgħażagħ huma mistiedna biex jikkonnetjaw ma' xulxin fuq il-midja soċjali permezz tal-kanali tagħhom tal-Instagram u tal-YouTube.

Fotografi Ekrani e Njoftimeve Automatike të Programit Elektronik për Vendet në Europë
Screenshot tan-Notifiċi tal-Push tal-App għall-Pajjiżi fl-Ewropa.

'Permezz ta' din l-app, il-mira tagħna hija li nipprovdu pjattaforma għall-adulti żgħażagħ kollha, sabiex qatt iżjed ma jkunu neqsin minn inofrmazzjoni dwar l-attivitajiet brillanti kollha, filwaqt li jżommu l-kontroll  fuq in-notifiċi kollha tal-push,' qal Tom Erhart, wieħed mill-iżviluppaturi tal-app mill-Isvizzera.  'Nittamaw li se tgħinhom jinġabru flimkien aħjar, iqawwu lil xulxin, u jkollhom l-hena f'Ġesù Kristu,' żied jgħid. 

Fotografi ekrani të ngjarjeve të ngarkuara në programin elektronik.
Screenshoty tal-avvenimenti imtellgħin fuq l-app.

Dawk li jużw din l-app jistgħu jikkonfiguraw in-notifiċi tal-push, skont pajjiżi u reġjuni.  Biex wieħed jippostja avveniment m'għandux bżonn reġistrazzjoni.  Jekk dak li jkun ikun irid jibdel l-avveniment li jkun ippostja, dan jista' jsir billi jirreġistra permezz tal-imejl.

Të Rinj në Moshë Madhore në Konferencën Shoqërore: “Për Forcën e Rinisë”.
Adulti Żgħażagħ fil-Konferenza Soċjali: 'Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ'.

'Jien eċitat għall-adulti żgħażagħ li se jkollhom din ir-riżorsa ġdida, li se tgħinhom ikunu kkonnetjati bħala komunità u flimkien jimxu wara s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu,' qal il-Presbiteru Yves Weidmann, Sebgħin Reġjonali mill-Isvizzera, li qed jissapportja l-Adulti Żgħażagħ fl-Ewropa.  

Hemm iktar minn 15,000 Adult Żagħżugh partecipant u membru tal-Knisja fl-Ewropa, ikoll bix-xewqa li jħobbu lil Alla, jikkonnetjaw ma' xulxin u jsaħħu lill-komunità.