Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tat lil Programm Dinji tal-Ikel (PDI) tal-Ġnus Magħquda 32 miljun dollaru Amerikan — l-ikbar kontribut li l-Knisja qatt għamlet f'daqqa lil organizzazzjoni umanitarja — biex tgħin fil-ġlieda kontra dak li l-PDI issejjaħ “il-kriżi sismika tal-ġuħ.”
Matul żjara nhar l-Erbgħa fil-kwartieri ġenerali tal-Programm Dinji tal-Ikel f'Ruma, l-Isqof L. Todd Budge tal-Veskovat li Jippresedi ppreżenta donazzjoni lill-President u s-CEO tal-PDI fl-Amerika, Barron Segar, u lid-Deputat Direttur Eżekuttiv tal-Partnerships and Advocacy, Ute Klamert.
'Ninsabu grati ħafna li qed nikkollaboraw mal-Programm Dinji tal-Ikel għaliex nafu li huma se jwasslu l-ikel lil dawk li l-iktar jeħtiġuh,' qal l-Isqof Budge. 'U nirringrazzjaw lill-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-ħbieb tal-Knisja li s-sagrifiċċju finanzjarju tagħhom għamel din l-għotja possibbli. Għotjiet bħal dawn jagħmel lil ulied Alla ftit iktar kuntenti u lilna lkoll ftit iktar qaddisa.'
Il-PDI se jużaw il-fondi tal-Knisja biex jipprovdu ikel u assistenza kritika oħra lil 1.6 miljun fost l-iktar nies vulnerabbli f'disa' pajjiżi: Afganistan, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Etjopja, il-Ħaiti, il-Kenja, il-grigal tan-Niġerja, is-Somalja, it-tramuntana tas-Sudan, u l-Jemen.
'Din id-donazzjoni straordinarja mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ma setgħetx tiġi fi żmien iktar kritiku,' qal David Beasley, id-Direttur Ezekuttiv tal-PDI. 'B'miljuni ta' nies imutu bil-ġuħ fil-ġurnata tal-lum, il-PDI qed taħdem qatigħ biex twassal l-ikel, l-għajnuna, u t-tama — u din il-kontribuzzjoni salvavita tippermettilna li nagħmlu appuntu dan.”
Hekk kif il-kriżi globali tal-ikel qed timbotta lil miljuni ta' nies dejjem iktar lejn il-ġuħ, il-ħidma tal-PDI flimkien ma' gvernijiet u msieħba hija għajn ta' tama għal ħafna. Fis-Somalja, per eżempju, il-PDI qed teskala l-assistenza umanitarja għal-livelli ġodda biex tbiegħed il-ġuħ imbassar. Fil-Jemen, l-assistenza tal-ikel tal-PDI leħqet iżjed minn nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż u żammet il-ġuħ taħt kontroll. Sadanittant, miljuni ta' familji jiddependu fuq l-ikel, in-nutrizzjoni, u s-sapport tal-għixien fl-Afganistan.
'F'dan iż-żmien ta' ħtieġa globali bla preċedenza, aħna grati għall-għotja trasformazzjonali tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien,' qal Segar. 'Is-sapport tas-settur privat huwa kritiku għall-missjoni tagħna, u dan jippermetti lill-PDI biex iżżid l-assistenza tal-ikel u ta' ħidma reżiljenti li ġġib stabbiltà u faraġ lill-familji matul żminijiet ta' sfida. Jien ninsab kunfidenti li l-għotja tal-Knisja se tispira lil oħrajn biex jingħaqdu fil-moviment tagħna biex intemmu l-ġuħ globali.'
Żied Klamert, 'Aħna naċċettaw din id-donazzjoni ġeneruża bi gratitudni u kunfidenza ferma fil-ħila tagħna li nużawha biex inwasslu ikel lill-iktar vulnerabbli, li naslu għandhom meta huma għandhom il-ħtieġa, u hekk ngħinu biex huma jinqalgħu mit-triq il-qerda, sabiex ikunu jistgħu jsalvaw u jibnu reżiljenza.'
Illum il-ġurnata, rekord ta' 345 miljun ruħ jiffaċċjaw insigurtà akuta f'dak li huwa ikel, b'50 miljun ruħ f'xifer il-ġuħ. Jekk ma tittiħedx azzjoni immedjata, xi 60 miljun tifel u tifla huma fir-riskju ta' nutriment ħażin ħafna sal-aħħar tal-2022. L-effett tal-gwerra tal-Ukraina, li qed jinħass bħal tmewwiġ madwar id-dinja kollha, u miegħu l-kunflitt imxerred ma' kullimkien, il-klima estrema u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19, qed jimbuttaw lil nies diġà vulnerabbli lejn disprament totali.
'Qalbi tifraħ għall-miljuni ta' tfal b'nutriment ħażin li se jibbenefikaw minn din id-donazzjoni,' żiedet tgħid Sister Camille N. Johnson, il-mexxej globali tas-Soċjetà tal-Għajnuna tal-Knisja, organizzazzjoni għan-nisa. 'Ġesù għandu qalb ratba għat-tfal. Huwa jibki jekk jarahom ibatu l-ġuħ. U jifraħ saħansitra għall-iżgħar sforz biex ngħinuhom. Grazzi kbira lill-Programm Dinji tal-Ikel u lil dawk kollha li jikkontribwixxu b'xi mod għal din il-kawża.”
Il-kollaborazzjoni tal-Knisja ta' Ġesù Kristu mal-PDI bdiet fl-2014. Id-Direttur Eżekuttiv tal-PDI, David Beasley żar l-operat tal-welfer tal-Knisja fil-Belt ta' Salt Lake fl-2019. Iż-żewġ organizzazzjonijiet ħadmu flimkien biex jimlew il-lakuni fil-ġuħ matul il-pandemija tal-COVID-19.
Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tagħti madwar $1 biljun kull sena bħala kura ta' dawk li qegħdin fil-bżonn
Dwar il-Programm Dinji tal-Ikel
Il-Programm Dinji tal-Ikel tal-Ġnus Magħquda hija l-ikbar organizzazzjoni umanitarja fid-dinja, hekk kif issalva l-ħajjiet f'emerġenzi u tuża l-assistenza tal-ikel biex tibni t-triq lejn il-paċi, l-istabbilità u l-prosperità għal nies li qed jirkupraw minn konflitt, diżastri, u l-impatt tal-bidla fil-klima.
Il-Programm Dinji tal-Ikel fl-Amerika , organizzazzjoni 501(c)(3) ibbażata f'Washington, D.C., tissapportja bi kburija l-missjoni tal-Programm Dinji tal-Ikel tal-Ġnus Magħquda billi timmobilizza policymakers, negozji u individwi Amerikani biex tavvanza l-moviment globali li jtemm il-ġuħ. It-tmexxija u s-sapport tagħna jgħinu biex jissaħħaħ il-legat dejjiemi Amerikan li dejjem fittex li jitma' familji fil-bżonn madwar id-dinja. Tgħallem iżjed dwar il-missjoni tal-Programm Dinji tal-Ikel fl-Amerika.
Servizzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu
Servizzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ittafi t-tbatija, trawwem l-awto-dipendenza, u tipprovdi opportunitajiet ta' servizz. Inkunu qed nimxu fuq it-twissija ta' Ġesù Kristu meta nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, nilqgħu lill-istranġier, inlibbsu lil min hu għarwien, u nżuru lil min hu marid u mġarrab.
L-outreach umanitarju tal-Knisja huwa possibbli bid-donazzjonijiet ġenerużi u l-volontarjat tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-ħbieb tal-Knisja. Iktar minn miljun ġurnata ta' xogħol jiġu kkontributi kull sena minn voluntiera b'sapport ta' inizjattivi ta' welfer.
Il-Knisja tisponsorja proġetti ta' solliev u żvilupp f'195 pajjiż u territorju u tagħti assistenza mingħajr ma tħares lejn razza, affiljazzjoni reliġjuża jew nazzjonalità. L-għajnuna hija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin ta' responsabbiltà personali, sapport fil-komunità, awto-dipendenza u sostenibbilità.