Fil-Konferenza dwar l-Impatt Globali tat-Tilqim, li saret fi Spanja nhar il-15 ta' Ġunju, 2023, Gavi, l-Alleanza tat-Tilqim, ħabbret kontribut ta' 3 miljun dollaru Amerikan mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien bħala sapport tal-kampanja storika għall-immunizzazzjoni tal-malarja fl-Afrika.
Id-donazzjoni tal-Knisja se ssaħħaħ l-isforzi kkoordinati ta' GAVI, Unicef, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), u oħrajn biex tikseb u tiddistribwixxi t-tilqima ġdida kontra l-malarja, RTS, S. Grazzi għall-għajnuna tal-Knisja, huwa stmat li madwar 39,500 tifel u tifla Afrikani se jirċievu l-erba' dożi meħtieġa għall-immunità kontra l-malarja bħala riżultat dirett ta' din id-donazzjoni. Din hija parti minn kampanja kbira u fuq diversi snin biex jitlaqqmu 4.5 miljun tifel u tifla sal-2025.
'Il-malarja tibqa' marda mill-iktar qattiela fl-Afrika, u toqtol eluf ta' tfal żgħar kull sena,' qal Guillaume grosso, id-direttur tal-Ingaġġ tas-Settur Sovran u Privat, Relazzjoniet u Kampanji tad-Donaturi, ta' Gavi. 'Grazzi għall-fondi vitali minn donaturi bħall-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, nistgħu ngħinu biex jiġu protetti iktar tfal meta t-tilqima tibda tinxtered.'
Skont Gavi, huwa stmat li 475,000 tifel u tifla taħt il-ħames snin mietu mill-malarja fl-Afrika matul 2021, u dan jagħmilha l-ikbar qattiela tat-tfal fil-kontinent — imma sa żmien riċenti l-ebda tilqima ma kienet disponibbli. Vaċċin għal kontra l-malarja kien qed jiġi żviluppat għal iktar minn 18-il sena. Il-tilqima RTS, S kienet approvata mill-WHO għal użu wiesa' f'Ottubru 2021 wara test pilota ta' suċċess fil-Gana, Kenja, u Malawi, fejn madwar miljun tifel u tifla ngħataw it-tilqima. Din hija l-ewwel tilqima kontra l-malarja approvata mill-WHO, filwaqt li oħrajn bħalissa qegħdin jiġu żviluppati.
Din it-tliqima RTS, S, li hija mill-iktar meħtieġa għal kontra l-malarja, se tgħin biex jiġu protetti eluf ta' tfal żgħar minn din il-marda qerrieda,' qal Gérald Caussé, l-Isqof tal-Knisja li Jippresedi. 'Inħossuna grati li aħna parti mill-inizjattiva storika.'
RTS, S taġixxi kontra l-Plasmodium falciparum, il-parasita l-iktar qerriedi tal-malarja mad-dinja kollha u dak l-iktar prelevanti fl-Afrika. RTS, S hija l-ewwel tilqima rrakkomandata biex tippreveni l-malarja fit-tfal f'żoni fejn r-rata ta' trasmissjoni tal-malarja hija bejn moderta u għolja.
Kwaku Agyeman-Manu, Ministru tas-Saħħa fil-Gana u Qaddis tal-Aħħar Żmien, qal din it-tilqima kontra il-malarja tista' ttemm snin ta' tbatija fil-pajjiż minn din 'il-marda terribbli.'
'F'komunitajiet madwar pajjiżi, in-nies huma eċitati u t-talba hija għolja,' kompla jgħid.
Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ilha tissapportja lil Gavi, l-Alleanza tat-Tilqim, mill-2011. Il-Knisja tagħti sapport monetraju lill-kollaboraturi prominenti għall-immunizzazzjoni globali biex tikseb u tforni vaċċini, tissorvelja l-mard, tirrispondi għal meta tfaqqa' xi marda, tħarreġ ħaddiema fil-kura tas-saħħa, u tiviluppa programmi ta' eliminazzjoni u eradikazzjoni. Ir-riżultat ta' dawn l-isforzi huwa li iktar tfal qed jiksbu l-immunità u inqas ħajjiet qed jintilfu bħala vittmi tal-malarja, ħosba, rubella, tetnu fl-ommijiet u fit-trabi tat-twelid, poljo, dijarea, pulmonite, deni isfar, u mard ieħor.
'Il-programmi tal-immunizzazzjoni huma investiment fil-kapital uman,' qal Austin Demby, il-Ministru tas-Saħħa fi Sierra Leone. 'Huma jtejbu s-saħħa pubblika, l-istennija tal-għomor, u l-prestazzjoni fuq ix-xogħol. Huma kapparra għall-prosperità ekonomika tal-futur.'
'Dan l-isforz ta' immunizzazzjoni tat-tfal kontra l-malarja, li tant ilna nistennew, tassew li ħa jsalva l-ħajjiet,' qalet Camille N. Johnson, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev. 'Huwa mod sabiħ li fih nistgħu ngħinu biex nipprovdu solliev, kif kieku kien jagħmel is-Salvatur.'
Sforzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu
Permezz tal-isforzi umanitarji tagħha, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ittaffi t-tbatija, trawwem l-awto-dipendenza, u tipprovdi opportunitajiet ta' servizz. Il-Knisja timxi wara t-twissija ta' Ġesù Kristu biex nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, nagħtu kenn lill-istranġier, inlibbsu lill-għarwien, u nżuru lill-morda u lill-imġarrbin.
Il-firxa umanitarja tal-Knisja hija magħmula possibbli permezz tad-donazzjonijiet u l-volontarjat ġenerużi tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u tal-ħbieb fil-fidi. Iktar minn 6 miljun siegħa ta' ħidma huma kkontribwiti kull sena minn voluntiera b'sapport tal-inizjattivi tal-welfer.
Il-Knisja tiffinanzja proġetti ta' għajnuna u żvilupp f'iktar minn 190 pajjiż u territorju u tagħti assistenza bla ma tħares lejn razza, reliġjon, affiljazzjoni reliġjuża jew nazzjonalità. L-għajnuna hija bbażata fuq il-prinċipji fundamentali tar-responsabbiltà personali, sapport fil-komunità, awto-dipendenza u sostenabbiltà.
Il-proġett tat-tilqim kontra il-malarja huwa parzjalment iffinanzjat minn LDS Charities Australia.
Dwar Gavi, l-Alleanza tat-Tilqim
Gavi hija organizzazzjoni internazzjonali maħluqa biex jitjieb l-aċċess għal tilqim ġdid u li ma tantx jintuża għal tfal li jgħixu fl-iktar pajjiżi fqar tad-dinja. Gavi għenet biex jitlaqqmu kważi biljun tifel u tifla mis-sena 2000, u hekk ippreveniet iktar minn 16-il miljun mewt fil-futur.