Turkija

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tkompli tipprovdi solliev fit-Turkija bit-tnedija ta' proġetti ġodda

Jitqassmu kaxxi tal-ikel addizzjonali, kits iġeniċi, ilma u ħwejjeġ tat-tfal

Dr.Ümit Multu Tiryak, id-Direttur tal-Ministeru tas-Saħħa fi Gaziantep, jirringrazzja lil Rahma Worldwide  u l-Knisja għad-donazzjoni (mix-xellug għal-lemin: Dr. Ümit Multu Tiryak, Elder Peter Huber, Dr.Shadi Zaza, Elder Ruben Alliaud.
Dr.Ümit Multu Tiryak, id-Direttur tal-Ministeru tas-Saħħa fi Gaziantep, jirringrazzja lil Rahma Worldwide u l-Knisja għad-donazzjoni (mix-xellug għal-lemin: Dr. Ümit Multu Tiryak, Elder Peter Huber, Dr.Shadi Zaza, Elder Ruben Alliaud.

L-isforzi umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fit-Turkija u s-Sirja jkomplu għaddejjin ħames xhur minn dak inhar tas-6 ta' Frar, 2023, meta t-terremoti laqtu liż-żewġ pajjiżi.  Dawn l-isforzi issa qed jiżdiedu fit-Turkija bit-tnedija ta' proġetti ġodda. L-isforzi tal-Knisja jkomplu jikkordinaw din il-ħidma mal-awtoritajiet Torok permezz tal-AFAD, l-aġenzija tal-gvern Tork fuq l-immaniġġjar ta' diżastri.

Christian Ottiker, il-Maniġer tal-Welfer u Awto-Dipendenza fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, seħaq li 'wara t-terremoti qerrieda li laqtu lit-Turkija u s-Sirja fi Frar 2023, aħna ħa nibqgħu kommessi bis-sħiħ biex ntaffu t-tbatija, inħarsu d-dinjità umana, u inkebbsu t-tama f'dawk li ntlaqtu. F'koordinazzjoni mal-gvern u bl-għajnuna ta' ħafna organizzazzjonijiet ta' solliev oħrajn, aħna nilqgħu r-responsabbiltà biex nipprovdu għajnuna lill-komunitajiet imkissrin.  Taħt id-direzzjoni tal-Presidenza tal-Knisja tar-Reġjun taċ-Ċentru tal-Ewropa, aħna nibqgħu ddedikati li nkunu ta' spalla għall-poplu tat-Turkija, billi nagħtuh daqqa t'id fit-triq tal-fejqan u tar-restawrazzjoni.'

Wieħed mill-proġetti ġodda jikkonsisti fid-distribuzzjoni ta' ilma fil-fliexken lill-populazzjonijiet milqutin mit-terremoti.  Jekk tikkonsidra l-qerda tal-infrstrutturi u t-temperaturi għoljin tipiċi tas-sajf, din l-għajnuna hija ta' ħtieġa kbira.  B'kollox, ħames miljun flixkun ilma tal-1.5 litru se jitqassmu fuq medda ta' xahrejn.  L-ewwel sitt trakkijiet tal-ġurnata tgħabbew b'16,800 flixkun tal-ilma fis-19 ta' Ġunju, 2023, fil-belt ta' Malatya, fejn hemm għajn naturali ta' ilma ġieri. Dawn it-trakkijiet se jfornu l-flexken tal-ilma fi mħażen differenti tal-AFAD f'erbat ibliet li jinsabu fiż-żoni l-aktar milqutin – Adiyaman, Hatay, Kahramanmaras u Malatya. Minn hemm ilma se jkun imqassam fil-kampijiet fejn eluf ta' familja qed jgħixu bħalissa.

Fix-xahar ta' Ġunju nbeda wkoll proġett ġdid li bih se jkunu ddistribwiti 100,000 kaxxa tal-ikel u 200,000 kit iġeniku.  Dan se jimxi fuq l-istess mudell ta' distribuzzjoni lejn iż-żoni milqutin permezz ta' faċilitajiet tal-AFAD f'dawk iż-żoni.  L-ewwel trakk, mgħobbi b' 2,184 kaxxa tal-ikel, telaq fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju  It-trakkijiet li jġorru kits tal-iġene jistgħu jitgħabbew b'massimu ta' 3,000 unit kull wieħed. 

L-oġġetti kollha qed jinħadmu u jinxtraw lokalment, u b'hekk l-ekonimija lokali qed terġa' tqum fuq saqajha, u dan iwassal biex iktar nies jiġu impjegati mill-ġdid.  Il-Presbiteru u Sister Huber, voluntiera ta' servizz li qegħdin jikkoordinaw il-ħidma fil-pajjiż qalu li 'peress li ħafna nies tilfu mhux biss lil darhom u dak kollu li kellhom iżda wkoll l-impjieg tagħhom, kien importanti għalina li nagħtu li dawn in-nies opportunitajiet ġodda ta' impjieg fejn kien possibbli.  Għaldaqstant, meta ġejna biex nordnaw l-ilma, aħna kkonsidrajna kumpanija li hi stess kienet milquta u sofriet ħsarat mit-terremot, Il-kumpanija sewwiet il-ħsara, ingaġġat iktar nies u hija grata għal ordni kbira tal-knisja.  Dan qed jgħin lill-kumpanija biex tissopravivi.'

Il-kaxxi tal-ikel jinkludu xi oġġetti bażiċi bħal zokkor, melħ, ross, tipi differenti ta' fażola, bulgur, għażin, żejt tal-ġirasol, u kunserva.  Il-kits tal-iġene jinkludu sapun, deterġent, karti tat-tojlit, oġġetti sanitarji, oġġetti tal-iġene u ħwejjeġ ta' taħt għall-irġiel u n-nisa, fost ħwejjeġ oħra.  Kull ġurnata, il-call centers stabbiliti mill-AFAD fl-erbat ibliet ewlenin jirċievu talbiet li jaslu reglorament minn kull tinda u kampijiet fiż-żoni ġirien rispettivi u jikkoordinaw il-fornamenti ta' dawn l-oġġetti fi żmien 24 siegħa.

Il-Knisja għenet ukoll b'donazzjonijiet ta' ħwejjeġ tat-tfal li huma normalment assoċjati maċ-ċelebrazzjoni tal-Bayram - jew il-Festa tas-Sagrifiċċju – li hija waħda mill-eqdem vaganzi Musulmani ġewwa t-Turkija. Tfakkar l-istorja tal-Profeta Ibrahim (Abraham) li wera ubbidjenza lil Alla billi aċċetta li jissagrifika lil ibnu.  Alla mbagħad bagħatlu muntun biex jissagrikah minflok ibnu.  Il-Festa tas-Sagrifiċċju tiġi madwar 70 jum wara l-Festa tar-Ramadan u iktar tard evolviet fit-Turkija u saret ċelebrazzjoni tal-familjam, u minflok jissagrifkaw l-annimali, in-nies jagħtu donazzjonijiet lill-fqar u lill-organizzazzjonijiet tal-karità.

Hemm id-drawwa wkoll li n-nies jilbsu l-aqwa lbies tagħhom għal din il-vaganza, u tradizzjonalment it-tfal jistennew li jaqilgħu tibdila ġdida bħala rigal.  Minħabba l-qirda li ġabu magħhom it-terremoti, il-maġġorparti tal-familja żgur li ma  setgħu qatt jixtru dat-tip ta' ħwejjeġ.  Il-mexxejja tal-Knisja fir-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa ddeċidew li jassistu u pprovdew 50,000 basket li fost affarjiet oħra kellhom fihom ħwejjeġ tat-tfal ta' tmien qisien, għas-subien u l-bniet.

L-assemblaġġ, l-organizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ sar bl-għajnuna tal-voluntiera tas-servizz tal-Knisja u membri tal-Knisja li jgħixu fit-Turkija.  Kollox tlesta fil-ħin, perss li l-vaganza din is-sena kienet iċċelebrata fit-28 ta' Ġunju. Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, it-tieni kunsillier fil-Presidenza tal-Ewropa Ċentrali, ipparteċipa fid-distribuzzjoni tal-ħwejjeġ tat-tfal.

Il-Knijsa nediet ukoll proġett ġdid li l-għan tiegħu hu li jipprovdi 5,000 unit tal-arja kkondizzjonata li se jkunu installati fil-containers tal-akkomodazzjoni li bħalissa qed iservu bħala dar temporanja għal bosta familji.   B'temperaturi li jogħlew għal 40-50 grad Celsius fis-sajf, il-kondizzjonijiet f'dawn id-djar temporanji huma wkoll estremi.  L-abbiltà li tnaqqas it-temperatura tippermetti lill-familji li jgħixu u jistrieħu matul il-lejl.  L-AFAD qiegħda tordna wkoll 50,000 unit tal-A/C u huwa mistenni li l-installazzjoni ħa ssir mingħand il-formitur lokali Beko u minn kumpaniji oħrajn.  Dan il-proġett se jiġi fi tmiemu fil-ġimgħat li ġejjin. 

Proġett ieħor ġdid sponsorjat mill-Knisja se jkun il-kostruzzjoni u d-distribuzzjoni ta' 50 akkomodazzjoni tal-containers għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa medika li bħalissa qed jaħdmu fl-isptar ewlieni f'Antakya, fiż-żona Hatay.  Dawn l-akkomodazzjonijiet tal-contaiers huma speċjali għax jinkludu żewġ kmamar tas-sodda għal persuna waħedha, żewġ tojlits, u unit tal-arja kkondizzjonata.  Il-proġett qed isir b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tas-Saħħa fit-Turkija u se jiġi fi tmiemu f'nofs Lulju.

Proġetti ta' solliev oħrajn li tniedu mill-Knisja ftit jiem wara li seħħew it-terremoti issa qed jaslu fi tmiemhom. L-aħħar wieħed mill-ħames sptarijiet mobbli pprovduti mill-Knisja kien installat fil-belt ta' Altinözü, fil-provinċja Hatay, u beda jintuża fit-22 ta' Ġunju, 2023.  Ir-raba' lokalitajiet l-oħra huma l-belt ta' Erzin, il-belt ta' Payas u l-belt ta' Yayladagi, ukoll fil-provinċja Hatay, u l-belt ta' Oğuzeli, fil-provinċja ta' Gaziantep. Oriġinarjament, il-persunal mediku li jaħdem f'dawn l-isptarijiet mobbli kien qed jaħdem fi sptarijiet fiż-żoni milqutin li issa ma jistgħux joperaw iktar minħabba l-ħsarat li sofrew.  Ġaladarba dawn l-isptarijiet mobbli ta' emerġenza ma jkunux iktar meħtieġa, huma se jkunu maħżuna f'faċilità ċentrali fit-Turkija u jkunu jistgħu jintbagħtu f'partijiet oħra tal-pajjiż, skont il-ħtieġa.

Proġett ieħor li jikkonsisti fil-forniment ta' 500 akkomodazzjoni fil-containers għal dawk li ġew spustati qed jiġi fit-tmiem tiegħu.  434 units diġa' ġew installati f'bosta kampijiet madwar Antakya u s-66 units li fadal se jkunu installati matul ix-xahar ta' Lulju 2023.  Dawn il-containers huma wżati bħala akkomodazzjoni għall-familji f'kundizzjonijiet aħjar u ftit ftit qed jieħdu post it-tined fil-kampijiet.

Ġiet fi tmiemha wkoll riċentament ir-riabilitazzjoni tal-'Isptar Edukattiv u ta' Riċerka Dr. Ersin Arslan' fil-belt ta' Gaziantep.  L-isptar ġarrab ħsarat kbar mit-terremoti u l-maġġorparti tiegħu kellha tiġi evakwata.  Sptarijiet oħra f'dak ir-reġjun imtlew eċċessivament bil-pazjenti.  Wara stedina minn Rahma Worldwide, NGO li tipprovdi wkoll sapport ta' kura u solliev madwar id-dinja, il-mexxejja lokali tal-Knisja tar-Reġjun ddeċidew li jipprovdu l-fondi biex jgħinu fil-bini mill-ġdid u r-renovazzjoni tal-ewwel u t-tieni sular fil-parti ta' taħt l-art tal-isptar, sabiex ikun jista' jakkomoda ż-żieda fil-mewġa ta' pazjenti u jagħtihom it-trattament meħtieġ.  Qabel it-terremoti, l-isptar kellu madwar 2,000 ammissjoni ta' kuljum, u dak l-ammont irdoppja wara t-terremot. 

Wara xahar ta' ħidma, iż-żona tal-isptar il-ġdid li tinkludi żewġ sulari ġodda kienet inawgurata fit-22 ta' Ġunju, 2023.  Dr. Ümit Mutlu Tiriaki, id-Direttur ta-Saħħa fil-Provinċja, esprima l-apprezzament tiegħu għal Rahma Worldwide u l-Knisja għad-donazzjoni sinifikattiva.  Il-kumpaniji lokali li kienu involuti fix-xogħol ta' kostruzzjoni kienu wkoll grati ħafna għall-opportunità biex jerġgħu jibdew in-negozju tagħhom mill-ġdid  u biex jipprovdu impjiegi tant meħtiġin fir-reġjun.

Il-Presbiteru Ruben V. Alliaud, mill-Presidenza tar-Reġjun taċ-Ċentru tal-Ewropa, esprima gratitudni profonda għall-opportunità li jara b'għajnejh stess l-impenn qawwi tal-Knisja biex tgħin lill-vittmi tat-terremoti qerrieda.  Meta kien preżenti fl-inawgurazzjoni taż-żona kostrutta mill-ġdid tal-isptar Gaziantep, il-Presbiteru Alliaud seħaq li 'din l-għajnuna mimlija kompassjoni hija turija ta-dedikazzjoni tal-Knisja biex timxi wara t-tagħlim ta' Ġesù Kristu, li ssejjaħ lil kulħadd biex jindokra lil dawk li jinsabu fil-bżonn.  Permezz ta' dawn l-isforzi, il-Knisja tkompli turi l-missjoni tant għal qalbha li ġġib is-siolliev u t-tama lil dawk li qed jiffaċċjaw l-avversità. 

Servizzi Umanitarji tal-Knsija ta' Ġesù Kristu

Servizzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ittaffi t-tbatija, trawwem l-awto-dipendenza u tipprovdi opportunitajiet ta' servizz.  Timxi wara t-twiddiba ta' Ġesù Kristu biex nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, nagħtu kenn lill-istranġier, inlibbsu lil min hu għarwien u nżuru lill-morda u lil dawk maħqurin.

L-outreach umanitarja tal-Knisja huwa magħmul possibbli permezz tad-donazzjonijiet ġenerużi u l-volontarjat tal-Qaddisn tal-Aħħar Żmien u l-ħbieb fil-fidi.  Iktar minn 6 miljun siegħa ta' ħidma jingħataw kull sena minn voluntiera b'sapport għall-inizjattivi tal-welfer.

Il-Knisja tiffinanzja proġetti ta' solliev u żvilupp f'iktar minn 180 pajjiż u territorju, u tagħti assistenza bla ma tħares lejn razza, affliljazzjoni reliġjuża, jew nazzjonalità.  L-għajnuna hija bbażata fuq il-prinċipji fundamentali tar-responsabbiltà personali, s-sapport fil-komunità, l-awto-dipendenza, u s-sostenibbiltà.

Il-proġetti fit-Turkija u s-Sirja huma parzjalment iffinanzjati minn LDS Charities Australia.