Salt Lake City 

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien Ferħana bl-Annuzjar tal-Olimpjadi tax-Xitwa 2034 

L-Ewwel Presidenza tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħarġet din l-istqarrija fl-24 ta' Lulju 2024:  

'Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien tifraħ mill-qalb lil Salt Lake City talli ngħatat l-inkarigu li tospita l-Olimpjadi tax-Xitwa 2034. Din l-aħbar tferraħna bil-kbir, u tfakkarna fis-sentimenti ta' unità, paċi u ħbiberija li kkaratterizzaw l-avveniment meta sar f'Utah fl-2002.  

Aħna beħsiebna nagħtu sapport lil-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2034 billi nagħtu merħba lil atleti, voluntiera u viżitaturi minn madwar id-dinja. Il-Knisja sseddaq l-isforzi li jagħmlu lil Salt Lake belt ospitanti li tħddan il-valuri ta' servizz, koperazzjoni, u rispett reċiproku. Bħala r-residenza tal-kwartieri ewlenin tal-Knisja, aħna se naħdmu mal-organizzaturi, kemm fuq livell lokali u anki fuq livell internazzjonali, biex nilqgħu lid-dinja hekk kif tibda toqrob l-2034.'