Frankfurt am Main

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu Tibgħat Ikel, Kampijiet, Provvisti Mediċi u Iżjed lejn it-Turkija u s-Sirja.

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed tkompli tibgħat għajnuna għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja bl-assistenza ta' bosta organizzazzjonijiet globali.

Minn dak inhar li seħħu t-terremoti fis-6 ta' Frar, l-assistenza pprovduta mill-Knisja qabżet is-somma ta' 55 miljun dollaru Amerikan.

'Il-qirda u t-tbatija li ħallew warajhom dawn it-terremoti hija tal-biża',' qal l-Isqof li Jippresedi tal-Knisja, Gérarld Caussé.  'Qalba u t-talb tagħna imorru tabilħaqq għal ħutna fit-Turkija u s-Sirja.  Ninsabu tassew grati li aħna bħala Knisja għandna l-mezzi biex ngħinuhom issa u fil-vjaġġ twil tagħhom biex jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid.'

L-uffiċċju tal-Knisja fir-reġjun qed jibgħat 40 kamp kbir (kull wieħed minnhom jakkomoda 20 persuna) lejn it-Turkija, flimkien ma' forniment ġeneruż ta' lbies għall-irġiel, nisa, u tfal.

'Hija xi ħaġa tassew mill-isbaħ meta membri tas-soċjetà minn reliġjonijiet differenti jaħdmu flimkien biex jipprovdu l-għajnuna,' qal Abdullah Kaya, membru tal-Kunsill Konsultattiv dwar Barranin fi Frankfurt.

Il-Konsulat Tork ġewwa Franfurt ħoloq ċentru ta' ġbir biex jassigura t-twassli ċert ta' donazzjonijiet mill-Ġermanja sal-vittmi tat-terremot.

Għajnuna oħra b'appoġġ mill-Knisja qed tiġi pprovduta permezz ta' organizzazzjonijiet bħall-Proġett HOPE u l-Adventist Development and Relief Agency (ADRA). Dan jinkludi ikel, ilma, kenn, kliniċi tas-saħħa, heaters, kowtijiet, provvisti mediċi, kits iġeniċi, kutri, affarjiet tat-trabi u ġeneraturi.

Fis-Sirja, il-Knisja qed tissapportja l-ħidma ta' organizzazzjonijiet bħal MedGlobal, Mercy Corps, l-International Medical Corps u Rahma Worldwide.  Dan jinkludi kura medika għal eluf kbar ta' nies, minbarra ikel, ilma, kenn, kutri, petrol, kits iġeniċi, affarjiet tat-trabi u servizzi sanitarji.

'Dan ir-rispons huwa manifestazzjoni tal-impenn tagħna lejn iż-żewġ kmandamenti l-kbar.  Aħna nuru l-imħabba tagħna għal Alla biex nagħmlu l-pass meħtieġ biex nippprovdu għajnuna lill-ulied Tiegħu, huwa x'inhu l-post jew l-isfond,' qal Blaine R. Maxfield, id-direttur maniġerjali tas-Servizzi tal-Welfer u Awto-Dipendenza tal-Knisja.  'Diffiċli tifhmu kemm aħna grati għall-organizzazzjonijiet tal-għajnuna u l-ħidma tal-għaġeb tagħhom li jaħdmu magħna biex nagħmlu dan ir-rispons possibbli, jew għall-membri u l-ħbieb tal-Knisja li jagħtuna bl-ikbar ġenerożità f'dawn iż-żminijiet ta' ħtieġa.

Servizzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu

Servizzi Umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien itaffi t-tbatija, trawwem l-awto-dipendenza u tipprovdi opportunitajiet ta' servizz.  Timxi wara l-kmand ta' Ġesù Kristu biex nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, nagħtu kemm lill-barrani, nostru lil min hu għarwien, u nżuru lill-marid u l-imġarrab.

Il-firxa umanitarja tal-Knisja tistrieħ fuq d-donazzjonijiet ġenerużi u l-volontarjat tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-ħbieb tal-fidi.  Iktar minn 6 miljun siegħa ta' ħidma jingħataw kull sena minn voluntiera b'sapport tal-inizjattivi ta' welfer.

Il-Knisja tiffinanzja proġetti ta' għajnuna u żvilupp f'iktar minn 180 pajjiż u territorju u tagħti assistenza irrispettivament ta' razza, affiljazzjoni reliġjuża, jew nazzjonalità.  L-għajnuna hija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali tar-responsabbiltà personali, sapport fil-komunità, awto-dipendenza, u sostenibbiltà.

Il-proġetti fit-Turkija u s-Sirja huma parzjalment iffinanzjati minn LDS Charities Australia.