Baku, l-Ażerbajġan

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu Ħadet Sehem għall-Ewwel Darba fl-Avveniment Inter-Reliġjuż tal-Ażerbajġan “Color of Diversity”

Tlieta u tletin grupp reliġjuż kienu rappreżentati fil-festival

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Festival “Color of Diversity’’ li sar fiċ-Ċentru tal-Expo f’Baku fil-5 ta’ Novembru, 2025. L-avveniment, organizzat mill-Kumitat tal-Istat għall-Affarijiet mal-Assoċjazzjonijiet Reliġjużi tal-Ażerbajġan, laqqa’ flimkien rappreżentanti ta’ 33 komunità reliġjuża minn madwar il-pajjiż bit-tema “Sena tal-Kostituzzjoni u s-Sovranità.”

Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, il-President tar-Reġjun Ċentrali Ewropej tal-Knisja, mexxa d-delegazzjoni fl-avveniment u ltaqa’ ma’ uffiċjali tal-gvern, mexxejja tal-fidi u dinjitarji oħra. “Aħna onorati li ningħaqdu ma’ ħbieb ta’ bosta twemmin fiċ-ċelebrazzjoni tas-sbuħija tad-diversità u l-valuri komuni li jgħaqqduna bħala wlied Alla. L-eżempju tal-Ażerbajġan ta’ armonija inter-reliġjuża huwa ta’ ispirazzjoni għad-dinja. Ħerqana li nkomplu l-ħbiberija u s-servizz tagħna fost dan il-ġens notevoli”, qal il-Presbiteru Alliaud.

Il-festival jiċċelebra t-tradizzjonijiet antiki tal-Ażerbajġan ta’ tolleranza reliġjuża u armonija kulturali. Il-programm kien jinkludi wirjiet minn komunitajiet ta’ fidi, wirjiet mużikali u kulturali, u ċerimonja konġunta ta’ talb bejn l-assoċjazzjonijiet inter-reliġjużi.

Il-Festival beda bl-introduzzjoni tal-istands tal-komunitajiet reliġjużi u kien segwit minn ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ li fiha kien hemm l-Innu Nazzjonali tal-Ażerbajġan u bi preżentazzjoni bil-vidjo dwar it-tradizzjonijiet ta’ tolleranza tal-Ażerbajġan.

Rappreżentazzjonijiet kulturali u preżentazzjonijiet minn diversi gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom fl-Ażerbajġan kienu wkoll parti mill-programm, li kkonkluda b’ċerimonja ta’ talb konġunt u ritratt tal-grupp tal-parteċipanti.

Il-President Peter Huber, li jmexxi l-Missjoni Turka u Persjana tal-Knisja, intgħażel biex jitlob fi tmiem il-Festival, fost ħdax-il mexxej reliġjuż ieħor. “Tlabt għal ġid tat-tfal kollha ta’ Alla f’din in-naħa tad-dinja, biex jibqgħu jgawdu l-ħelsien li jqimu lil Alla skont il-kuxjenza u t-twemmin tagħhom”, huwa esprima.

Is-sehem tal-Knisja fil-festival jiġi qabel tragward storiku ieħor — l-inawgurazzjoni tal-ewwel sala tal-laqgħa tal-Knisja f’Baku, skedata għat-13 ta’ Novembru, 2025. Dan l-avveniment jimmarka pass sinifikanti fil-preżenza li dejjem qed tikber tal-Knisja fir-reġjun tal-Kawkasu u jenfasizza l-impenn tagħha li tappoġġa l-fidi, il-familja, u l-komunità kull fejn tkun stabbilita.

Uffiċjali tal-Gvern, rappreżentanti reliġjużi u dinjitarji oħra se jkunu qed jipparteċipaw f’dak l-avveniment. Filgħaxija, se jkun hemm ċelebrazzjoni ta’ open house pubblika li qed titħejja biex tilqa’ fiha membri u ħbieb tal-Knisja. Id-dedikazzjoni formali tal-bini se ssir minn mexxej anzjan tal-Knisja.