Mexxejja mill-UNICEF USA żaru siti umanitarji tal-Knisja ta' Ġesù tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fil-Belt ta' Salt Lake, Utah, nhar il-Ħamis, 12 ta' Jannar, 2023. Unicef u l-Knisja qed jiċċelebraw għaxar snin ta' kollaborazzjoni biex jgħinu tfal bi bżonnijiet madwar id-dinja.
Il-delegazzjoni kienet ospitata minn mexxejja għoljin tal-Knisja u mid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Welfer u Awto-Dipendenza tal-Knisja fil-kwartieri għoljin tal-Knisja. Huma attendew ikla fil-Pjazza tat-Tempju l-Erbgħa filgħaxija flimkien mal-Presbiteru Gary E. Stevenson tal-Kworum tat-Tnax -il Appostlu, mal-Isqof li Jippresedi, Gérald Caussé, u mal-President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, Camille N. Johnson, u mid-direttur maniġerjali tas-Servizzi tal-Welfer u Awto-Dipendenza, Blaine R. Maxfield.
'Nesprimu gratitudni għall-kollaborazzjoni twila ma' UNICEF USA. Il-ħidma tagħhom biex jieħdu ħsieb tfal vulnerabbli u l-familji tagħhom madwar id-dinja tintrabat sew mal-fokus globali tal-Knisja fuq nutrizzjoni fi tfulija bikrija. Aħna nistinkaw biex nimxu wara t-twissija ta' Kristu biex inħobbu u nservu lil għajrna,' qal l-Isqof Caussé.
'Ninsabu eċitati għal din l-opportunità li naħdmu ma' UNICEF USA biex ngħinu ħalli t-tfal jiġu pprovduti b'nutrizzjoni u saħħa aħjar,' qal il-President Johnson.
'Bqajt tassew impressjonat b'dak kollu li rajt,' qal Michael Nyenhuis, il-president u CEO ta' UNICEF USA, matul l-ewwel żjara tiegħu fil-Belt ta' Salt Lake. Nyenhuis huwa bbażat New York City. 'Intom m'intomx biss nies li tagħmlu t-tajjeb. Intom tabilħaqq intom imsejħin biex tagħmlu dan, u dik is-sejħa lil nies tal-fidi biex jagħmlu din il-ħidma tagħmilhom ħafna iktar impenjati,' qal Nyenhuis.
Sharon Eubank, id-direttur tas-Servizzi Umanitarji għall-Knisja globali, dawret lill-mexxejja ta' UNICEF USA maċ-Ċentru Umanitarju u l-Pjazza tal-Welfer.
'Nittama li se taraw tliet affarjiet,' qalet Sister Eubank lill-grupp. 'Nittama li se taraw evidenza ta' nies li qed jippruvaw ipoġġu l-fidi tagħhom f'Ġesù Kristu f'xi tip ta' azzjoni prattika. Nittama li se taraw reverenza għad-dinjità tar-ruħ umana, in-nies kollha, ikunu x'ikunu r-reliġjon jew it-tradizzjoni jew it-twemmin reliġjuż li jkollhom. U nittama li se taraw li s-sens li sservi lil ħaddieħor b'mod volontarju bla ma tiġi mħallas huwa tajjeb għan-nisġa soċjali, u huwa tajba għar-ruħ tal-bniedem.'
Il-mexxejja ta' UNICEF USA ltaqgħu wkoll mal-Veskovat li Jippresedi tal-Knisja fil-Pjazza tat-Tempju.
'Nemmen li hemm ħafna sferi fejn naħdmu b'mod effettiv ħafna mal-Knisja, u waħda minnhom hija l-isfera tal-immunizzazzjonijiet,' spjega Nyenhius. 'Imbagħad hemm l-isfera tan-nutrizzjoni. Qed naraw kriżi kbira ħafna f'dik li hija nutrizzjoni ta' tfal madwar id-dinja.'
Storj ta' Kollaborazzjoni
Fl-2013, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ipprovdiet sapport lil Unicef Jordan b'immunizzazzjoni. Fl-2014, il-Knisja ngħaqdet ma' koalizzjoni ta' mseħbin li tissapportja programmi ta' eliminazzjoni ta' tetanu fil-maternità u trabi tat-twelid.
Is-sapport tal-Knisja leħaq l-ammont ta' 10 miljun mara bil-vaċċin li jipproteġihom mit-tetanu matern tat-trabi tat-twelid, u hekk għenet biex tnaqqas in-numru ta' pajjiżi fejn il-problema hija għolja, minn 50 għal 12.
L-ewwel sħubija ta' emerġenza seħħet fl-2015, permezz ta' sforz biex jiġu assistiti refuġjati fl-Ewropa. Intleħqu iktar minn 115,000 tifel u tifla permezz tas-sħubija Learning for Life, li ngħatat l-bidu tagħha fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Kenja, is-Sudan u l-Uganda fl-2018. Fl-2021, il-Knisja ngħaqdet mal-isforz dinji biex jiġi distribwit il-vaċċin tal-COVID-19.
'Minn dak iż-żmien, aħna diġà wassalna 1.8 biljun doża tal-vaċċin madwar id-dinja kollha u għenna biex inġibu lill-kriżi tal-COVID mhux propja fi tmiemha, iżda ċertament f'pożizzjoni fejn tinsab taħt kontroll ħafna aħjar,' seħaq Nyenhius.
Barra minn hekk, is-sena li għaddiet il-Knisja pparteċipat fil-program globali ta' UNICEF 'No Time to Waste' biex jippreveni u jitratta l-malnutrizzjoni fit-tfulija.
'Dan l-isforz globali huwa speċjalment allinjat mal-missjoni tas-Soċjetà tal-Għajnuna tal-Knisja biex inaqqas it-tbatija, inkluż tfal li qed jseperjenzaw malnutrizzjoni,' qal il-President Johnson. 'Aħna nesprimu l-imħabba tagħna għat-tfal ta' madwar id-dinja u ninsabu impenjati għall-ħidma biex ngħinu li jiġu fi tmiemhom il-forom ta' malnutrizzjoni li huma theddida għall-ħajja u li nipprovdu ħajja iktar sana u ferħana lit-tfal żgħar.'
'M'hemm ħadd aqwa minn UNICEF biex imorru fl-iktar postijiet diffiċli u jibqgħu għall-akbar ammont ta' żmien biex jassiguraw li l-iktar tfal vulnerabbli għandhom aċċess għall-affarjiet li jeħtieġu,' żiedet tgħid Sister Eubank. 'F'postijiet fejn il-Knisja ma jistax ikollhom kongregazzjonijiet, ma jistax ikollhom uffiċċji jew trakkijiet, UNICEF qegħdin hemm, u l-impenn tagħkom qiegħed hemm biex jibqa'. U naħseb li rajna l-impatt ta' dan.'
'Jien rajt li l-Knisja llum qed tagħti lill-missjoni tagħha dak li Ġesù ta biex ikunu jdejh u saqajh fil-komunitajiet tagħhom u mbagħad madwar id-dinja,' temm jgħid Nyenhuis.
'Prijorità ewlenija għall-Knisja hija li tipprovdi għajnuna lil-livelli dejjem jikbru ta' ġuħ u malnutrizzjoni madwar id-dinja,' qal Maxfield. 'Il-konrtibuzzjonijiet u l-kollaborazzjoni tagħna ma' UNICEF USA jgħinu lill-iktar tfal u ommijiet vulnerabbli madwar id-dinja.'