“Il-glorja ta’ Alla hija l-intelliġenza.” Dan il-prinċipju fundamentali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jixpruna s-sapport estensiv tal-Knisja f’dak li huwa litteriżmu u edukazzjoni fost il-membri tagħha u l-ħbieb tagħha.
Il-litteriżmu jmur lil hinn mill-qari u l-kitba fuq karta. Fl-era diġitali tippermetti lin-nies jaċċessaw kontenut diġitali, jifhmuh, jevalwawh, joħolquh, jikkomunikawh u jimpenjaw irwieħhom miegħu, dejjem b’mod sigur u xieraq.
Skont il-UNESCO (l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika, u Kulturali fi ħdan il-Ġnus Magħquda), kważi 740 miljun ruħ, żgħażagħ u adulti, madwar id-dinja kollha għad m’għandhomx ħiliet bażiċi ta’ litteriżmu, u dan iżomm il-progress u jkattar il-faqar. Barra minn hekk, erba’ minn għaxart itfal mhumiex qed jilħqu l-profiċjenza minima tal-qari.
Fil-Montenegro, il-Knsija ssieħbet ma’ Defendologija biex tipprovdi materjal edukattiv, żraben, u ħwejjeġ għal tfal Roma. Is-sapport finanzjarju tal-Knisja jippermetti lit-tims ta’ Defendologija biex joffru workshops, korsijiet edukattivi, u sapport waqt il-homework f’dak li huwa qari, kitba, u aritmetika lil tfal ta’ bejn tliet snin u 18-il sena f’abitazzjonijiet ta’ Roma.
Il-Knisja tissieħeb ma’ organizzazzjonjiet addizzjonali ta’ solliev bħall-UNICEF (l-aġenzija tal-Ġnus Magħquda għat-tfal); Jesuit Relief Service (JRS), Caritas Internationalis, u r-Red Cross biex tissapportja inizjattivi li jinkludu:
- Provvisti ta’ qabel l-iskola f’ Baku, l-Azerbaijan
- Għodod ta’ tagħlim għar-refuġjati f’Adana, it-Türkiye
- Għodod biex jiġu mgħallma tfal li jabatu mill-awtiżmu u studenti b’indeboliment fil-vista fl-Ungerija
- Taħriġ fil-lingwa fil-Lussemburgu
- Provvisti, tagħmir, u infrastruttura f’iskejjel fl-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Bożnja, il-Bulgarija, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kosovo, l-Olanda, il-Maċedonja tat-Tramuntana, ir-Rumanija, is-Serbja, is-Slovakkja, Spanja, u l-Użbekistan.
Korsijiet Sponsorjati mill-Knisja
- EnglishConnect: Kors offrut onlajn u fil-persuna li jgħin lill-parteċipanti jsiru profiċjenti fl-Ingliż permezz ta’ atmosfera amikevoli u pożittiva. Biex issib klassi qrib tiegħek, mur fuq EnglishConnect.org.
- BYU Pathway Online University Programme: Din l-iskola internazzjonali sponsorjata mill-Knisja toffri ċertifikati, diplomi universitarju, u lawrji tal-baċellerat f’ħafna oqsma ta’ studju. Żur byupathway.edu biex issir taf iktar dwar dan.
“Jiena kuntenta li seħħet il-ħolma tiegħi: li nitgħallem l-Ingliż. Alla ħejja t-triq għalija. Il-lezzjonijiet u s-suġġetti għenuni u biddluli ħajti.”
– Mariana Toska, l-Albanija
Ejjew Nippromwovu l-Litteriżmu u t-Tagħlim Tul il-Ħajja
Hekk kif niċċelebraw Jum il-Litteriżmu, ejjem niftakru għalfejn il-litteriżmu u t-tagħlim għal tul il-ħajja huma tant essenzjali. Kif wieħed mill-mexxejja tal-Knisja, Dallin H. Oaks, qal fl-2009, “It-tagħlim tul il-ħajja jista’ jkattar il-ħila tagħna biex napprezzaw u ngħożżu l-ħidma u l-ġmiel tad-dinja madwarna.”