Bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru, Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien ipparteċipat fil-2024 Frankfurter Buchmesse, jew il-Fiera tal-Ktieb ta’ Frankfurt, l-ikbar fiera kummerċjali tal-kotba fid-dinja. Dawk li żaru li stand tal-Knisja kellhom l-opportunità unika li jipparteċipaw f’żewġ inizjattivi differenti, billi jippruvaw ‘L-Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon’ u billi jesploraw l-istorja tal-familja tagħhom permezz ta’ FamilySearch.
L-Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon
“Din hi waħda mill-iktar fieri tal-kotba importanti fid-dinja,” qal il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, il-president tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja, “u aħna għandna—skont it-twemmin tiegħi, il-fidi tiegħi, u t-tama tiegħi—wieħed mill-iktar kotba important fid-dinja: Il-Ktieb ta’ Mormon.”
Mijiet ta’ viżitaturi ħadu sehem fl-‘Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon’, fejn kienu mistednin jaqraw paġna li titla’ b’mod awtomatiku mit-test sagru u jirriflettu kif din missithom. Il-parteċipanti kienu mħeġġin biex jaqsmu mal-oħrajn l-impressjonijiet u s-sentimenti personali tagħhom dwar il-versi li qraw, u dan qanqal konverżazzjonijiet dwar il-fidi, l-iskrittura, u r-rivelazzjoni personali. Ħafna esprimew sentimenti ta’ paċi, kurżità, u ispirazzjoni hekk kif interaġixxew ma’ kliem il-profeti antiki.
Jeff Sheets, professor tar-riklamar fl-Università ta’ Brigham Young u l-oriġinatur ta’ ‘L-Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon,’ irrifletta, “Kull persuna tiskopri għaliha nfisha li l-Ktieb ta’ Mormon huwa testament ieħor ta’ Ġesù Kristu, għaliex tkun qrat il-kliem, tkun rat il-paġni, u mbagħad tista’ taqsam magħna dak li tkun tgħallmet.”
Matul il-konferenza iktar minn 2,500 persuna pparteċipat fl-esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon, u mijiet ta’ kopji tal-ktieb ingħataw b’xejn f’iktar minn 20 lingwa.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iffinanzjat stand ta’ suċċess fil-Fiera tal-Ktieb ta’ Franfurt 2024 bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru, u hekk introduċiet lill-viżitaturi mal-Ktieb ta’ Mormon u FamilySearch.
Eluf esperjenzaw u ddiskutew il-qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon u kkonnetjaw mal-antenati tagħhom permezz ta’ attivitajiet varji minn FamilySearch.
Eluf esperjenzaw u ddiskutew il-qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon u kkonnetjaw mal-antenati tagħhom permezz ta’ attivitajiet varji minn FamilySearch.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien kienet waħda mill-4,300 esibituri fil-fiera tal-kotba ta’ suċċess aħħari, b’230,000 viżitatur bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru 2024.
Eluf esperjenzaw u ddiskutew il-qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon u kkonnetjaw mal-antenati tagħhom permezz ta’ attivitajiet varji minn FamilySearch.
Il-Presbiteru Ruben V. Alliaud, il-President tal-Presidenza tar-Reġjun taċl-Ewropa Ċentrali jżur il-Fiera tal-Ktieb nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Jack N. Gerard, l-Ewwel Konsulent fil-Presidenza tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, iżur il-Fiera tal-Ktieb nhar il-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru 2024.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien kienet waħda mill-4,300 esibituri fil-fiera tal-kotba ta’ suċċess aħħari, b’230,000 viżitatur bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru 2024.
FamilySearch
Minn barra minn ‘L-Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon’, il-Knisja uriet il-FamilySearch, id-database u servizz onlajn tagħha li huwa bla ħlas. Wara l-wirja popolari s-sena l-oħra, din hija it-tieni darba li FamilySearch tintwera fil-Fiera tal-Kotba. Dawk li attendew setgħu jieħdu sehem f’attivitajiet interessanti u ħassew “ferħ immedjat” hekk kif ipparteċipaw qal Torsten Kux, il-Maniġer tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali għall-FamilySearch. “In-nies huma konnetjati instantanjament mal-familji tagħhom hekk kif huma jibdew biex jibnu s-siġra tal-familja tagħhom. Kull ma jridu jagħmlu huwa li jdaħħlu isimhom u mbagħad dak tal-ġenituri tagħhom u hekk jaraw is-siġra tikber u jkunu jridu jkomplu iżjed u iżjed biex jibnu s-siġra tal-familja tagħhom.”
Permezz tal-opportunità li jikkonnetjaw lill-antenati tagħhom ma’ miljuni ta’ rekords li diġà huma disponibbli fid-database tal-FamilySearch, iktar minn 7,000 viżitatur esprima eċitament għall-possibiltà li jittraċċa l-għeruq tiegħu u jiskopri konnessjonijiet tal-familja mill-ġenerazzjonijiet passati. L-app “My Family Tree” ġiet iddawnlowdjata iktar minn 1,000 darba u iktar minn 2,500 isem ta’ antenati ġodda żdied mas-siġar tal-familja tan-nies.
Għalfejn ġibna l-Familysearch lill-230,000 persuna li tattendi l-fiera tal-ktieb. Il-Presbiteru Alliaud jikkonkludi, “Għaliex din mhix dwar il-bini ta’ siġar, din mhix dwar affarjiet tal-ġeneoloġija. Hija dwar li nikkonnetjaw lin-nies. Aħna parti minn familja waħda u sħiħa.”
Il-Fiera tal-Ktieb ta’ Frankfurt ipprovdiet il-pjattaforma ideali għall-Knisja biex din tixxerja dawn l-għodod qawwija għal tkabbir u konnessjoni spiritwali. ‘L-Esperiment tal-Ktieb ta’ Mormon’ u FamilySearch it-tnejn ippermettew lill-individwi biex jirriflettu fuq il-vjaġġ personali spiritwali tagħhom u biex jingħaqdu f’diskussjonijiet sinifikattivi dwar il-fidi, il-familja, u l-esperjenza umana.