Il-Kunċert il-Ġdid tal-Għid 'Il-Feddej' juri l-ħajja u l-ministeru ta' Ġesù Kristu permezz ta' mużika sagra u arti ispirata.

Kunċert ġdid  tal-Għid li jiċċelebra l-ħajja u l-ministeru tas-Salvatur tagħna Ġesù Kristu ttella' mill-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Ewropa u se jixxandar fis-26 ta' Marzu, 2023.  Bl-isem ta' 'Il-Feddej', il-programm jikkonsisti minn mużika mill-album bl-istess isem ta' Jenny Oaks Baker u nġibed rinċentement bil-parteċipazzjoni tagħha u anki tal-orkestra u l-kor taż-żgħażagħ f'Goshen, Utah.  Dan huwa s-sett fejn inġibdet is-serje ta' Vidjos tal-Bibbja xi snin ilu.

Il-Presbiteru Hans T. Boom, il-mexxej tal-fidi fir-Reġjun tat-Tramuntana tal-Ewropa, qal, 'Din hija l-ewwel darba li l-Knisja fl-Ewropa pproduċidiet kunċert speċjalment għall-istaġun tal-Għid. It-taħlita ta' mużika sabiħa, xbihat qawwija u arti ta' artisti Ewropej ta' fama dinjija, ħa tagħti tifsira iktar sinifikattiva lil dan l-istaġun tant speċjali. Aħna nittamaw li l-membri u l-ħbieb tal-Knisja iħossuhom ispirati billi jaraw il-kunċert, u anki li tiżdied fihom ix-xewqa li jimxu wara Ġesù Kristu u li jkunu influwenza tajba għad-dinja.'

Qabel kull silta mużikali, li jiġi introdott xogħol artistiku magħruf ta' xi artist Ewropew, u li l-qofol tiegħu huwa Kristu. Se jkollna kapulavuri ta' Leonardo Da Vinci, Carl Bloch, Angelica Kaufmann, Henrich Hofmann, Francisco de Zurbarán, Bertel Thorvaldsen. Simony Dewey u oħrajn. In-narazzjoni ġiet ipprovduta mill-animatur Svediż, Louis Herrey, fil-Kastell ta' Frederiksborg, id-Daninmarka, fejn tinsab il-famuża gallarija ta' Carl Bloch. Flimkien ma' ħutu, huwa kien rebaħ il-Kuntest tal-Kanzunetta Eurovision fl-1984.

Huwa u jirrifletti fuq il-kunċert, Louis Herrey semma li hu jemmen li kull ħaġa tajba u virtuża tidderiġik lejn Kristu. 'Kultant għadna bżonn niftakruha din. Dan il-kunċert tal-Għid huwa wieħed mill-modi kif niftakru. Jien tassew inħossni onorat li kont parti minn din il-produzzjoni, u ppreżentajt xogħlijiet tal-arti reverenzjali li jfakkruna f'dak li jfisser għalina l-Mulej u s-Salvatur tagħna, u jgħinuna jiffukaw fuq il-qawwa tiegħu tal-fejqan,' temm jgħid.

Jenny Oaks Baker qalet li hija tħossha tabilħaqq imbierka li hi parti minn din il-produzzjoni dwar Is-Salvatur Ġesù Kristu. 'Inħossni tassew grata li nista' ndoqq din il-mużika ispirata, b'kompożizzjoni u arraġament ta' Kurt Bestor, bħala soundtrack għal xeni li jirrappreżentaw ħajjet is-Salvatur. Nittama li din il-produzzjoni tippermetti lil kulħadd iħoss is-Salvatur u li tressaq lil kulħadd eqreb lejn Ġesù Kristu'.

Il-Format tal-Kunċert u Kif Tista' Tarah

Il-kunċert huwa ffilmjat bl-Ingliż u se jkun ippreżentat f'31 lingwa. Huwa disponibbli fuq is-sit tal- Paġna tal-Knisja tal-Pajjiż, YouTube u Facebook mill-Ħadd, 26 ta' Marzu fi 18:00 (6PM) CET, u se jkun disponibbli sa nofs April 2023.