Il-Librerija tal-Istorja tal-Familja fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake issa hija magħrufa bħala l- FamilySearch Library. Barra minn hekk, il-5,700, u fuqhom, ta’ ċentri ta-istorja tal-familja li għandha il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja issa huma ċentri FamilySearch.
Dan it-tibdil sottili huma tfakkira tal-bosta riżorsi ġenealoġiċi importanti — u b’xejn —disponibbli f’kull waħda minn dawn il-binjiet.
Il-familja hija ċentrali għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu — u għall-pjan ta’ ferħ ta’ Alla. Nistednukom iżżuru l-Librerija FamilySearch jew xi ċentru lokali FamilySearch biex tiskopru l-għeruq tagħkom u kif l-antenati tagħkom iffurmawkom. Se ssibu għajnuna personalizzata u aċċess għat-teknoloġija u reġistri esklussivi.
Żuru l-websajt tal-Librerija FamilySearch biex tkunu tafu l- ħinijiet tal-operat u fejn hemm ċentru tal- FamilySearch ħdejkom.