
L- Ewwel Presidenza tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien — il-President Russell M. Nelson, il-President Dallin H. Oaks u l-President Henry B. Eyring — xandret dan il-messaġġ tal-Għid:
Matul dan iż-żmien ferrieħi tal-Għid, aħna ningħaqdu ma’ dixxipli ta’ fidi fis-Salvatur billi niċċelebraw il-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej Ġesù Kristu. Il-Qawmien mill-Mewt huwa rigal għall-ulied kollha tal-Missier fis-Smewwiet li xi darba għexu fid-dinja.
Aħna nagħtu xhieda li Ġesù Kristu jserraħ li dawk li “huma mtaqqlin” (Mattew 11:28). Huwa jaf “kif jista’ jgħin lill‑poplu tiegħu skont id‑dgħufijiet tagħhom” (Alma 7:12) għaliex ħa fuqu nnifsu l-uġigħ u d-dnub tagħna. “Iżda hu rafa’ fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna … u bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna (Iżaija 53:4-5).
Dawk li jeżerċitaw il-fidi fih, iħarsu l-kmandamenti tiegħu, u jirċievu l-ordinazi li jsalvaw u jeżaltaw ser “ikollkom it‑tama, permezz tal‑espjazzjoni ta’ Kristu u l‑qawwa tal‑qawmien tiegħu, li intom tiġu mqajmin għall‑ħajja ta’ dejjem” (Moroni 7:41).
Aħna nistiednu lil kulħadd jiġi għand Kristu “biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra” (Ġwanni 10:10). Li norbtu ħajjitna miegħu billi nagħmlu l-patti u ħarsuhom jarrikkixxi ħajjitna issa u fl-eternità. Jalla ssibu t-tama, il-fejqan, u l-ferħ hekk kif tersqu eqreb lejn is-Salvatur tad-dinja f’dan iż-żmien tal-Għid.
Russell M. Nelson
Dallin H. Oaks
Henry B. Eyring
L-Ewwel Presidenza