Aħna nithennew hekk kif niftakru fis-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. Huwa twieled f’ambjent mill-aktar sempliċi. Anġli mis-smewwiet ħabbru t-twelid tiegħu. Huwa xandar l-evanġelju tal-indiema, tat-tama, u tal-ħajja ta’ dejjem.
Huwa fetaħ għajnejn l-għomja, ta s-smigħ lit-torox, fejjaq kull tip ta’ tbatija, u qajjem il-mejtin. Huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Missierna fis-Smewwiet, l-Ewwel Wild fost l-ulied spirti ta’ Alla. Permezz tas-sagrifiċċju u l-Espjazzjoni infinita tiegħu, aħna nistgħu nirrekonċiljaw ruħna ma’ Alla permezz tal-ubbidjenza u l-indiema.
F’dan iż-żmien ta’ dawl u rieda tajba, aħna nithennew f’Ġesù Kristu u fil-pjan etern tiegħu ta’ ferħ. Aħna nistednukom biex tfittxu kemm lilu kif ukoll il-barkiet ta’ paċi tiegħu. Il-Milied it-Tajjeb!
L-Ewwel Presidenza