“Nħeġġiġkom biex tiddedikaw ħajjitkom mill-ġdid għal Ġesù Kristu. Inħeġġiġkom biex tgħinu tiġbru flimkien lil ulied Iżrael u tħejju d-dinja għat-Tieni Miġja tal-Mulej” kien il-messaġġ mogħti lill-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mill-president tal-Knisja, Russell M. Nelson, li għalaq 100 sena, waqt il-Konferenza Ġenerali ta’ Ottubru 2024 tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah.

Membri tal-Knisja attendew il-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar is-6 ta’ April, 2024.


Il-President Russell M. Nelson (ċentru) wieqaf mal-kunsilliera tiegħu, il-President Dallin H. Oaks (xellug) u l-President Henry B. Eyring (lemin), qabel is-sessjoni tal-Ħadd wara nofsinhar tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar is-6 ta’ Ottubru, 2024.


Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, President tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, jitkellem waqt is-sessjoni tal-Ħadd wara nofsinhar tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar is-6 ta’ Ottubru, 2024.


Membri tal-Knisja attendew il-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar il-5 ta’ Ottubru, 2024.


Il-President Russell M. Nelson isellem lill-membri tal-Knisja waqt il-konferenza ġenerali li saret fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar is-6 ta’ Ottubru, 2024.

Il-President Nelson ħabbar ukoll il-bini ta’ 17-il tempju ġdid madwar id-dinja, fosthom tnejn fl-Ewropa, f’Dublin, l-Irlanda u f’Milan, l-Italja. It-tempju f’Dublin, l-Irlanda se jkun l-ewwel tempju fl-Irlanda, fejn hemm joqogħdu madwar 4,000 Qaddisin tal-Aħħar Żmien li bħalissa jridu jmorru l-Ingilterra biex iqimu fit-tempju. It-Tempju ta’ Milan, fl-Italja se jkun it-tieni dar tal-Mulej fil-pajjiż. L-ewwel waħda kienet it-Tempju storiku ta’ Ruma, l-Italja, li kien ġie ddedikat fl-2019 mill-President Nelson. Fl-Italja hemm ’il fuq minn 28,000 Qaddisin tal-Aħħar Żmien li jiffurmaw kważi 100 kongregazzjoni.
Minbarra l-14-il tempju li qed jopera fl-Ewropa, kien hemm tmien tempji ġodda li ġew imħabbra f’konferenzi riċenti, li b’kollox jagħmlu 10 tempji ġodda f’dan il-kontinent, kif ġej:
Wara li ħabbar it-tempji l-ġodda, il-President Nelson stieden lis-semmiegħa madwar id-dinja biex jiddedikaw ħin kull ġimgħa biex ikabbru l-għarfien tagħhom tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. “Ejjew għand Kristu u ‘offru ruħkom kollha lilu,” stedinna hu. “Dan hu s-sigriet ta’ ħajja hienja!”
Il-konferenzi ġenerali tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jittellgħu f’April u Ottubru ta’ kull sena. Mexxejja minn madwar id-dinja jindirizzaw membri u ħbieb madwar id-dinja. Il-ħames sessjonijiet tal-konferenza li saret bejn fil-5 u s-6 ta’ Ottubru 2024 ġew imxandra b’mod dirett f’70 lingwa. 30 lingwa oħra huma inklużi fir-rikordings li se jkunu disponibbli fi ftit jiem.
Il-President Emily Belle Freeman, president ġenerali tat-Tfajliet tkellmet dwar l-importanza tal-patti, jew tal-ftehim sagru bejn Alla u l-poplu. “Aħna mhux biss nagħmlu wegħdiet tal-patt — jeħtieġ inħarsuhom.” Il-President Freeman fakkritna li l-patti jagħtuna ċ-ċans inħossu l-qawwa ta’ Alla taħdem fina. “Li nieklu l-ħobż u nixorbu l-ilma hija tifkira ta’ kull ġimgħa tal-qawwa tiegħu taħdem fikom biex tgħinkom tegħlbu l-isfidi. Li tilbsu l-garment tas-saċerdozju mqaddes hija tifkira ta’ kuljum tad-don tal-qawwa tiegħu li jaħdem fikom biex jgħinkom tilħqu l-potenzjal tagħkom.”
“Meta nara n-nies juru l-imħabba Kristjana lil xulxin, inħoss bħallikieku dik l-imħabba mhjiex biss imħabbithom, iżda fiha hemm id-Divinità,” għallem il-Presbiteru Karl D. Hirst, li hu minn Lancashire, l-Ingilterra, u għadu kif ġie msejjaħ bħala Awtorità Ġenerali. Huwa irrikonoxxa li għal diversi raġunijiet aħna nafu nsibuha diffiċli nħossu l-imħabba ta’ Alla, u stedinna biex “nesperimentaw b’sabar permezz ta’ diversi modi kif nesprimu u nirċievu l-imħabba divina.” U għal dawk li tħossu fikom l-imħabba ta’ Alla, “jekk jogħġobkom ipprovaw żommuha għalikom b’mod effettiv daqs kemm għarbiel iżomm fih l-ilma. Xerrduha ma’ kulfejn tmorru.”
Il-Presbiteru Patrick Kearon, membru tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu minn Carlisle, l-Ingilterra, qal, “Aħna membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Aħna membri tal-knisja tal-hena.” Huwa tkellem dwar kif meta aħna nqimu b’mod intenzjonat aħna nkunu nistgħu noħolqu esperjenza ta’ hena fil-knisja. “Jekk għadkom tridu tiskopru din l-hena, imbarkaw fuq dan il-vjaġġ. Din hi stedina biex nirċievu r-rigal ta’ paċi, dawl, u hena tas-Salvatur—li niċċelebrawh, u li nimmeraviljaw ruħna u nithennew minħabba fih, kull jum il-Mulej.”
It-tieni Kunsillier fil-Presidenza Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev Sister Kristin M. Yee tkellmet dwar żmien meta hija ħasset li kellha tpinġi ritratt tas-Salvatur. Wara li ċappset iż-żebgħa tal-pittura tagħha li kienet għadha kif lestiet, hija ħasset li “kienet qerdet dak li Alla kien għenha tagħmel,” Tul dak il-lejl hija talbet b’ħerqa għall-għajnuna biex l-affarijiet jissewwew. L-għada filgħodu l-pittura dehret ferm aħjar milli kienet qabel. L-istess kif is-Salvatur għenha ssewwi l-pittura tagħha li ħadd ma seta’ jsewwi, Hu jista’ jgħinna lkoll negħlbu l-iżbalji u nindmu. “Bħall-pittura tiegħi, il-Mulej mhuwiex se jaqta’ qalbu minna meta aħna niżbaljaw, u lanqas se jħallina weħidna meta nibdew ngħejjew. Il-bżonn tagħna għall-fejqan u l-għajnuna għalih mhuwiex piż, iżda huwa l-propja raġuni għalfejn ġie.”
Il-Presbiteru Gary E. Stevenson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tkellem dwar l-10 snin li ġejjin, b’enfasi fuq l-għad kbir ta’ ftuħ għall-pubbliku tat-tempji, il-biċentinarju tal-organizzazzjoni tal-Knisja fl-2030 u dwar l-Olimpjadi tax-Xitwa fl-2034 li se jsiru fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah. “Dawn l-avvenimenti li ġejjin se jipprovdu lill-membri tal-Knisja ma’ kullimkien opportunitajiet akbar biex jaqsmu l-bxara t-tajba tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu permezz tal-fomm u l-għemil.” Huwa ħeġġeġ liż-żgħażagħ u l-adulti żgħażagħ biex jieħdu sehem f’erba’ responsabbiltajiet maħtura b’mod divin: Li jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, jieħdu ħsieb ta’ dawk fil-bżonn, jistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju, u jgħaqqdu flimkien lill-familji għall-eternità. “Hekk kif nibdew dan id-diċenju li ġej mimli avvenimenti bla preċedent, jalla aħna naqsmu l-bxara t-tajba permezz tal-attivitajiet sempliċi ta’ kif ngħixu, nieħdu ħsieb, nistiednu u ngħaqqdu flimkien lil ħaddieħor.”
“Ġesù Kristu u s-sagrifiċċju espjatorju tiegħu huma l-għerq tat-testimonjanza tagħna. Il-ħwejjeġ l-oħra kollha huma friegħi,” qal il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu mill-Ġermanja. Huwa enfasizza dwar l-importanza li niffokaw fuq is-Salvatur meta nfittxu li jkollna testimonjanza tal-Ktieb ta’ Mormon, tat-tempju, jew ta’ xi aspett tal-Evanġelju. “Jekk tridu li l-friegħi tat-testimonjanza tagħkom jikbru u jagħtu l-frott, ħudu ħsieb l-għeruq.” Huwa ħeġġiġna, “It-testimonjanza tagħna se tkun ittestjata u ppruvata. Il-fidi mhijiex fidi jekk qatt ma tkun ittestjata Il-fidi mhijiex b’saħħitha jekk qatt ma ssib oppożizzjoni. Għalhekk taqtgħux qalbkom jekk tesperjenzaw l-isfidi tal-fidi jew ikollkom mistoqsijiet mhux imwieġba.”
Il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, Awtorità Ġenerali Sebgħin u president tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja, tkellem dwar in-natura tagħna bħala wlied Alla. “Huma ħafna n-nies li jemmnu li aħna wlied Alla. ... Għall-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, dan it-tagħlim mhuwiex metaforiku. Aħna tassew nemmnu li aħna litteralment ulied Alla.” Huwa rrimarka wkoll li ‘kull darba li aħna nitkellmu dwar in-natura ta’ Alla, b’xi mod, aħna nkunu qed nitkellmu wkoll dwar in-natura tagħna.”
Iċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake kien kważi mimli għal kollox fejn l-ebda restrizzjonijiet ma ġew infurzati għall-Konferenza Ġenerali ta’ Ottubru 2024, l-ewwel darba minn meta l-konferenza ta’ April 2020 ġiet imxandra biss b’mod diġitali minn awditorju żgħir fil-Pjazza tat-Tempju minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Il-mużika għall-konferenza kienet ipprovduta minn diversi korijiet, fosthom il-kor Tabernacle Choir, li hu rinomat mad-dinja, b’ħames parteċipanti ġodda minn pajjiżi madwar l-Ewropa, fosthom l-Awstrija, il-Ġermanja, Franza u Spanja.
Waqt is-sessjoni tal-għeluq tal-konferenza, il-President Russell M. Nelson irrapporta li r-rinnovazzjoni tat-Tempju storiku ta’ Salt Lake u tal-Pjazza tat-Tempju li bdiet ħames snin ilu hi proġettata li tkun lesta sal-aħħar tal-2026.