Belt ta’ Salt Lake, Utah

Il-Mexxejja tal-Knisja Jħeġġu lill-Membri biex Jagħmlu l-Patti u Jsaħħu r-Relazzjoni Tagħhom ma’ Ġesù Kristu”

Mħabbra 15-il tempju ġdid, wieħed minnhom f’Edinburgh, l-Iskozja

Li tqattgħu aktar ħin fil-tempju u li tkunu aktar fidili lejn il-patti ta’ Alla kienet l-istedina mogħtija lill-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja fil-Konferenza Ġenerali tal-Knisja ta’   April 2024, li saret fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake. Russell M. Nelson, Il-President tal-Knisja, iddikjara li “xejn ma jgħinkom biex tibqgħu żżommu sod mal-bastun tal-ħadid milli tqimu regolarment fit-tempju kif jippermettu ċ-ċirkustanzi tagħkom.”

Il-konferenzi ġenerali tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iseħħu kull sitt xhur. Mexxejja minn madwar id-dinja jindirizzaw membri u ħbieb madwar id-dinja. Il-ħames sessjonijiet tal-konferenza li saret bejn is-6 u s-7 ta’ April 2024 ġew imxandra b’mod dirett f’70 lingwa. 30 lingwa oħra huma nklużi fir-rikordings li se jkunu disponibbli ftit jiem wara. 

Il-pjan ta’ Alla huwa mfassal biex iwassal lil kulħadd lura d-dar, qal il-Presbiteru Patrick Kearon, mill-Ingilterra. Il-Presbiteru Kearon huwa l-aktar membru ġdid fil-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. Il-pjan ta’ Alla huwa mfassal biex iwassal lil uliedu kollha d-dar, mhux biex iħallihom barra, huwa ddikjara.

Sister J. Anette Dennis, mexxej fl-organizzazzjoni tan-nisa, tkellmet dwar li nagħmlu l-patti ma’ Alla. Hija fakkret lill-membri li aħna għandna l-privileġġ u l-barka li qed niġu mistiedna f’relazzjoni ta’ patt ma’ Alla, li fiha ħajjitna tista’ ssir simbolu ta’ dak il-patt. Hija kompliet billi qalet li l-patti joħolqu t-tip ta’ relazzjoni li tippermetti lil Alla biex maż-żmien jiffurmana u jibdilna u jelevana biex insiru aktar bħal Ġesù Kristu.

Il-Presbiteru Massimo De Feo, Awtorità Ġenerali Sebgħin u President tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, uża storja ta’ raġel agħma mit-Testment il-Ġdid biex jgħallem tliet prinċipji kif inżommu viżjoni spiritwali ċara.  L-ewwel wieħed hu li niffokaw fuq Ġesù Kristu u nibqgħu leali lejn dak li nafu li hu veru. It-tieni wieħed hu li “nħallu warajna l-bniedem naturali, nindmu, u nibdew ħajja ġdida fi Kristu.”  It-tielet prinċipju hu li nisimgħu leħen il-Mulej u nħalluh jiggwidana.

Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf tal- Kworum tat-Tnax-il Appostlu għallimna l-passi kif nistgħu nsibu hena aktar fil-għoli permezz ta’ Ġesù Kristu —b’hena bħall-istess għan tal-pjan ta’ Alla għal uliedu.  L-appostlu mwieled il-Ġermanja qal, “Jekk tħoss li għandu jkollkom aktar minn din it-tip ta’ hena f’ħajjitkom, nistedinkom biex tibdew il-vjaġġ tagħkom li timxu wara Ġesù Kristu fit-Triq tiegħu.”

Il-Presbiteru Jack N. Gerard, it-tieni kunsillier fil-Presidenza Reġjonali tal-Ewropa Ċentrali għażel is-suġġett tal-integrità. “Li neżerċitaw l-integrità fl-għażliet tagħna hija espressjoni esterjuri ta’ impenn ġewwieni li lesti nimxu wara s- Salvatur tad Ġesù Kristu,” huwa qal.

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu fakkarna lkoll, “li Alla jisma’ kull talba li aħna noffru u jwieġeb għal kull waħda skont it-triq li hu fassal għall-perfezzjoni tagħna.” Il-Presbiteru Holland mbagħad afferma li, “Alla biss jaf għalfejn it-talb jiġi mwieġeb b’mod differenti milli nittamaw—iżda jien inwegħidkom li talbna jiġi mismugħ, u jiġi mwieġeb skont l-imħabba bla limitu u l-orarju kożmiku tiegħu.”

Sister Susan H. Porter, mexxej fil-programm tat-tfal tal-knisja stiednet lil kulħadd biex jitlob sabiex isir jaf lil Alla, jikber personalment, u juri l-imħabba ta’ Alla lejn ħaddieħor.

Waqt il-konferenza, il-membri tal-Knisja sostnew ċertu tibdil fit-tmexxija. Ġiet imsejħa Presidenza Ġenerali tal-Iskola tal-Ħadd ġdida. Tmien Awtorità Ġenerali Sebgħin ġew eżonerati u mogħtija l-istatus emeritus. Ħdax Sebgħinijiet Reġjonali ġodda ġew imsejħa minn madwar id-dinja, tlieta minnhom se jibdew iservu fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja, minn nhar l-1 ta’ Awwissu, 2024.

Is-Sebgħin fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iservu bħala “xhieda speċjali” u jassistu lit-Tnax-il Appostlu “fil-bini tal-knisja u biex jirregolaw dak kollu li għandu x’jaqsam magħha”.

Fis-sessjoni tal-aħħar tal-konferenza ġenerali ta’ April 2024, il-President Russell M. Nelson ħabbar pjanijiet biex jinbnew 15-il tempju ieħor:

  • Uturoa, French Polynesia
  • Chihuahua, Messiku
  • Florianópolis, Brażil
  • Rosario, Arġentina
  • Edinburgh, Skozzja
  • Brisbane Awstralja Reġjun tas-Sud
  • Victoria, British Columbia
  • Yuma, Arizona
  • Houston Texas Reġjun tas-Sud
  • Des Moines, Iowa
  • Cincinnati, Ohio
  • Honolulu, Ħawajj
  • West Jordan, Utah
  • Lehi, Utah
  • Maracaibo, Venezuela