“Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, aħna għandna mmexxu bl-eżempju bħala nies li nġibu l-paċi. Hekk kif il-karità ssir parti min-natura tagħna, aħna ma jkollniex aktar l-impuls li nċekknu lil ħaddieħor. Il-karità lejn kulħadd hija xi ħaġa essenzjali għall-progress tagħna”, qal il-President Russell M. Nelson fil-Konferenza Ġenerali ta’ April 2025 tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, li saret bejn il-5 u s-6 ta’ April 2025 fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Il-President Nelson ħabbar il-bini ta’ 15-il tempju ġdid, u b’hekk in-numru totali ta’ tempji imħabbra, li qed jinbnew jew li joperaw għal 382. It-tempji se jinbnew fil-postijiet li ġejjin:
- Reynosa, Messiku
- Chorrillos, Peru
- Rivera, Urugwaj
- Campo Grande, Brażil
- Porto, Portugal
- Uyo, Niġerja
- San Jose del Monte, Filippini
- Nouméa, Kaledonja l-Ġdida
- Liverpool, Awstralja
- Caldwell, Idaho, l-Istati Uniti tal-Amerka
- Flagstaff, Arizona, l-Istati Uniti tal-Amerka
- Rapid City, South Dakota, l-Istati Uniti tal-Amerka
- Greenville, South Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerka
- Norfolk, Virginia, l-Istati Uniti tal-Amerka
- Spanish Fork, Utah, l-Istati Uniti tal-Amerka
Il-Konferenza Ġenerali tal-Knisja hija avveniment globali li tilħaq lill-membri u individwi interessati madwar id-dinja. Dan iseħħ matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ April u Ottubru u l-ħames sessjonijiet huma streamjati u mxandra b’mod dirett ma’ bosta ġnus madwar id-dinja. B’kollox il-materjal tal-konferenza jiġi tradott f’aktar minn 100 lingwa.
Matul is-sessjoni tal-ftuħ, l-President Dallin H. Oaks tal-Ewwel Presidenza tal-Knisja, ħabbar 16-il Awtorità Ġenerali Sebgħin ġodda u Presidenza Ġenerali ġdida tal-Ġuvintur. Il-President Oaks ħabbar ukoll li l-Presbiteru Kevin R. Duncan ġie msejjaħ biex iservi fil-Presidenza tas-Sebgħin, b’effett mill-1 t’Awwissu, 2025. Huwa se jieħu post il-Presbiteru José A. Teixeira, li serva fil-presidenza mill-2018.
Wieħed mis-16-il Awtorità Ġenerali Sebgħin ġodda li ġew imsejħa huwa Michael Cziesla, minn Darmstadt, il-Ġermanja. Huwa miżżewweġ lil Margret Anne Rauh, u huma l-ġenituri ta’ ħamest itfal. Awtorità Ġenerali Sebgħin huma mexxejja tal-Knisja li ġew imsejħa mill-Ewwel Presidenza biex ikunu “xhieda speċjali” u jassistu “fil-bini tal-knisja u biex jirregolaw dak kollu li għandu x’jaqsam magħha” u jxandru u jamministraw l-evanġelju madwar id-dinja. Huma jaġixxu taħt id-direzzjoni tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
Fis-sessjoni għat-Tmexxija li saret nhar il-Ħamis, 3 ta’ April 2025, tħabbru 78 Sebgħinijiet Reġjonali ġodda, fosthom Matthias A. Frost, minn Heidelberg, il-Ġermanja u Samuel López, minn Spanja, li bħalissa jgħix f’Karben, il-Ġermanja. Se jibdew iservu fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali mill-1 ta’ Awwissu 2025.
Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland, aġent President Tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, tkellem dwar il-virtujiet tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-imħabba sajfa tagħhom għal Ġesù Kristu. “Hawn xi ħaġa aktar ħelwa, aktar sajfa jew aktar umli mit-talb tat-tfal? Bħallikieku s-smewwiet tinsab fil-kamra. Alla u Kristu huma daqstant vera għalihom,” qal l-aġent President Tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev Camille N. Johnson irrakkontat stejjer ta’ nisa fil-Bibbja u tkellmet dwar ir-rwol tal-fidi biex insiru “sħaħ.” “Permezz tal-fidi tagħna f’Ġesù Kristu, aħna nistgħu naraw li nkunu spiritwalment sħaħ meta li nibqgħu nistennew u nittamaw għall-fejqan fiżiku u emozzjonali tagħna.” hija qalet.
Fis-sessjoni ta’ wara nofsinhar, il-Presbiteru Neil L. Andersen tkellem dwar kif għandna nipproteġu l-ħajja, speċjalment dik li għadha fil-ġuf. Li nikkultivaw u nipproteġu l-ħajja li għadha fil-ġuf mhijiex xi pożizzjoni politika. “Hija liġi morali li l-Mulej ikkonfermaha permezz tal-profeti tiegħu”, huwa qal.

Matul is-sessjoni tas-Sibt filgħaxija tal-Konferenza Ġenerali ta’ April 2025, il-Presbiteru Gary E. Stevenson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu stieden lil kulħadd biex inpoġġu Ġesù Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajjitna u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid
Huwa għallem li “Kristu huwa fiċ-ċentru tal-Knisja tiegħu u għandu jkun fiċ-ċentru ta’ ħajjitna” kompla, “nixhed li dawk kollha li jilqgħu l-isteda tal-profeta ħaj tagħna u tal-kunsilliera tiegħu biex huma jikkommemoraw b’mod intenzjonat il-ġrajjiet qaddisa li jirrappreżentaw l-Għid isibu li r-rabta tagħhom ma’ Ġesù Kristu ssir aktar b’saħħitha.”
“Alla jipprovdi doni mortali u protezzjoni lil uliedu li jgħinuhom jagħmlu għażliet ġusti”, għallem il-President Dallin H. Oaks, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza tal-Knisja, fit-tmiem is-sezzjoni tal-Ħadd filgħodu. Minbarra l-kmandazzjonijiet, l-ordinanzi, il-pattijiet u l-Ispirtu s-Santu, huwa qal li 'bla dubju l-iktar għajnuna mortali qawwija minn Alla kienet is-Salvatur li pprovdielna, Ġesù Kristu, li kien lest li jbati biex jħallas il-prezz u jipprovdi wkoll il-maħfra għad-dnubiet.'
Il-Presbiteru David A. Bednar, li m’ilux għamel żjara fi ftit pajjiżi Ewropej, tkellem dwar “l-esperjenzi mirakolużi” ta’ Joseph Smith li wasslitu għall-organizzazzjoni formali tal-Knisja 195 sena ilu. Il-Presbiteru Bednar enfasizza l-irwol li t-talb għandu f’dan il-proċess. “Hekk kif intom titolbu bil-ħerqa bl-istennija li tirċievu u taġixxu skont it-tweġiba li tirċievu mingħand Alla, kif għamel it-tfajjel Joseph Smith, il-kapaċità tagħkom li tagħrfu u twieġbu għal dik ix-xhieda divina tikber,” huwa qal.
Fis-sessjoni tal-għeluq tal-konferenza, nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar, il-Presbiteru Ulisses Soares tkellem dwar l-importanza li nqimu lil Alla u li nirrispettaw il-kmandamenti tiegħu. “Il-qima għall-ħwejjeġ sagri hija l-akbar manifestazzjoni ta’ kwalità spiritwali mill-aktar importanti; hija prodott sekondarju tar-rabta tagħna għal dak li hu qaddis u tirrifletti l-imħabba tagħna għal u d-distanza bejna u bejn Missierna tas-Smewwiet u s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu”.
Hekk kif il-President Nelson temm id-diskors tiegħu f’għeluq il-konferenza, huwa qal li “il-qima regolari fid-dar tal-Mulej tkabbar il-kapaċità tagħna kemm fejn tidħol il-karità kif ukoll il-virtù. B’hekk, il-ħin tagħna fit-tempju jkabbar il-kunfidenza tagħna quddiem il-Mulej. Il-ħin li ngħaddu aktar fit-tempju jgħinna nitħejjew għat-Tieni Miġja tas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu”, huwa temm jgħid.