Waqt li kienu qed jikkommemoraw il-ġimgħa mqaddsa tal-Għid, miljuni ta’ nies inġabru madwar id-dinja għall-Konferenza Ġenerali semi-annwali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, li saret fl-1 u t-2 ta’ April. Waqt ħames sessjonijiet, li xxandru b’mod dirett f’70 lingwa, mexxejja dinjin tal-Knisja indirizzaw lil membri u ħbieb b’messaġġi ċċentrati fuq Ġesù Kristu.

L-Ewwel Presidenza qabel is-sessjoni tas-Sibt filgħaxija tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar 1 ta’ April, 2023.


Ix-xemx tielgħa fuq l-ispir taċ-Ċentru għall-Konferenza fil-kwartieri ewlenin tal-Knisja fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, waqt is-sessjoni ta’ filgħodu tal-konferenza ġenerali, nhar is-Sibt, l-1 ta’ April, 2023.


Nies li qed jattendu l-konferenza jsegwu l-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar 1 ta’ April, 2023. L-attendenza kienet limitata għal 15,000 parteċipant minħabba l-bini fil-Pjazza tat-Tempju u n-nuqqas ta’ parkeġġ.


Il-President Russell M. Nelson tal-Ewwel Presidenza iħabbar il-bini ta’ tempji ġodda, fis-sessjoni tal-Ħadd wara nofsinhar; Ċentru għall-Konferenza; Belt ta’ Salt Lake, Utah; 2 ta’ April, 2023.


The Tabernacle Choir at Temple Square ikantaw waqt il-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar it-2 ta’ April, 2023.


Membri u ħbieb isegwu s-sessjoni tas-Sibt filgħaxija fil-kappella ta’ Uherské Hradiště, fir-Repubblika Ċeka.


Tifla min Nairobi, il-Kenya, qed tiekol waqt li ssegwi s-sessjoni ta’ wara nofsinhar tal-konferenza ġenerali, nhar is-Sibt, l-1 ta’ April.


Nies li qed jattendu l-konferenza nġabru quddiem l-istatwa tal-Kristus, qabel is-sessjoni tas-Sibt filgħodu tal-konferenza ġenerali fiċ-Ċentru għall-Konferenza fil-Pjazza tat-Tempju fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, nhar 1 ta’ April, 2023.


Il-Presbiteru Christophe G. Giraud-Carrier tas-Sebgħin, li ġej minn Lyon, Franza.


Il-Presbiteru Alan T. Phillips tas-Sebgħin, li ġej minn Kent, L-Ingilterra.

Il-Presbiteru Gary E. Stevenson mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu ta bidu għall-konferenza billi kkwota lill-istudjuż Ingliż tat-Testment il-Ġdid, N.T. Wright, fejn stedinna biex “nieħdu inizjattiva akbar biex niċċelebraw l-Għid b’modi ġodda u aktar kreattivi: fl-arti, fil-letteratura, fil-logħob tat-tfal, fil-poeżija, fil-mużika, fiż-żfin, fil-festivals, bil-qniepen u b’kunċerti speċjali għax dan huwa l-akbar festival tagħna.” Huwa kompla: “Jekk inneħħu l-Għid ma jibqax aktar Testment il-Ġdid; ma jibqax aktar Kristjanità.”
Bonny H. Cordon, il-President Ġenerali tat-Tfajliet qalet li l-vera hena tiddependi mir-rieda ta’ dak li jkun li jersaq eqreb ta’ Kristu u jara hu stess li Hu s-Salvatur personali tiegħu.
Fis-sessjoni tas-Sibt wara nofsinhar, il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu ħeġġeġ lill-ġenituri biex jgħinu lil uliedhom jibnu l-fidi f’Ġesù Kristu, juru mħabba lejn l-evanġelju tiegħu u jitħejjew għal ħajja li fiha jagħmlu għażliet tajba. Huwa assigurana li Alla jħobb il-familji u dejjem jieqaf magħhom.
Waqt is-Sezzjoni tal-Ħadd filgħodu, il-President Ġenerali tas-Soċjetà tas-Solliev Camille N. Johnson ħeġġet lis-semmiegħa biex isibu s-solliev f’Ġesù Kristu, li jista’ jħaffef it-tagħbija u jgħinna nġorru t-toqol. Is-Soċjetà tas-Solliev hija l-organizzazzjoni tan-nisa tal-Knisja.
Russell M. Nelson, il-President tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, għalaq is-Sessjoni tal-Ħadd Filgħodu billi talabna nkunu nies li nġibu l-paċi u nirrispettaw lil ħaddieħor. F’dinja, fejn il-vulgarità, u nies li joqogħdu jfittxu d-difetti ta’ xulxin u jgħidu fuq ħaddieħor huma ħwejjeġ mill-aktar komuni, wieħed għandu jara li jimxi wara s-Salvatur billi jkun ħanin ma’ ħaddieħor. Il-President Nelson għallem li l-karità tiddefinixxi lil dawk li jġibu l-paċi u li hija antidot għat-tilwim.
Waqt il-konferenza, il-membri tal-Knisja sostnew ukoll ċertu tibdil fit-tmexxija. Ġew imsejħa ħames Awtorità Ġenerali Sebgħin ġodda, fosthom il-Presbiteru Alan T. Phillips, li ġej minn Kent, l-Ingilterra u l-Presbiteru Christophe G. Giraud-Carrier, li ġej minn Lyon, Franza.
Is-Sebgħin fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iservu bħala “xhieda speċjali” u jassistu lit-Tnax-il Appostlu “fil-bini tal-knisja u biex jirregolaw dak kollu li għandu x’jaqsam magħha”.
Fit-tmiem tal-Konferenza tal-Ħadd Wara Nofsinhar, il-President Nelson ħabbar il-pjanijiet biex jinbnew 15-il Tempju ġdid madwar id-dinja, li wieħed minnhom jinsab ġewwa Hamburg, il-Ġermanja. Dan se jkun it-tielet tempju fil-pajjiż, flimkien mat-Tempju ta’ Frankfurt, il-Ġermanja u t-Tempju ta’ Freiberg, il-Ġermanja.
Hemm 14-il tempju fl-Ewropa, u sitt tempji oħra ġew imħabbra fil-konferenzi riċenti.