Il-Presbiteru Ronald A. Rasband tal-Kworum tat-Tnax -il Appostlu tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jinsab fuq vjaġġ ta' ministeru fix-xahar ta' April fi Franza, il-Ġermanja, l-Armenja u l-Afrika t'Isfel. Huwa qed joffri l-id tal-ħbiberija lill-ġirien u l-ħbieb tal-knisja u qed jagħti l-eżempju ta' servizz Kristjan lil refuġjati u vittmi ta' diżastri u kunflitti.
FRANZA
L-ewwel waqfa fil-ministeru tal-Presbiteru Rasband kien Le Chesnay-Rocquencourt, fi Franza, il-post fejn hemm il-Knisja għandha t-Tempju ta' Pariġi fi Franza. Huwa ltqaqa' ma' ġurnalist Franċiż u spjegalu r-responsabbiltajiet tiegħu bħala xhud speċjali ta' Ġesù Kristu. Huwa qasam miegħu kopja ta' dak li huwa ddeskriva bħala waħda mill-iktar possessjonijiet għeżież tiegħu, il-Ktieb ta' Mormon – Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu.
Imbagħad huwa laqa' b'akkoljenza kbira lis-Sindku ta' Le Chesnay-Rocquencourt, Richard Delepierre, u ppreżenta lilu wkoll kopja tal-Ktieb ta' Mormon. Is-Sindku Delepierre esprima l-ammirazzjoni tiegħu għat-tempju, il-ħila arkitettonika u anki l-ġonna tiegħu. Huwa qal li dan il-bini sagru sar parti mill-komunità ikbar. Huwa esprima wkoll ix-xewqa li jippriserva l-libertijajiet reliġjużi fl-isfera pubblika bħala parti mir-responsabbiltajiet tiegħu bħala sindu.
Bħala rispons ta' dan, il-Presbiteru Rasband qal li huwa grat għas-sapport li jagħti s-sindku għar-reliġjonijiet kollha, inkluż il-Knisja ta' Ġesù Kristu.
'Huwa ħabib għażiż tal-Knisja,' qal il-Presbiteru Rasband. 'Fil-fatt, f'mument minnhom matul it-taħdita tagħna, għidtlu 'int missek tkun il-kelliem tal-Knisja tagħna.' Tant kien ġentili u ġeneruż fil-kummenti tiegħu f'dik li hija parteċipazzjoni tal-Knisja fil-belt tiegħu.'
Minn barra li ltaqa' mal-mexxejja ċiviċi, il-Presbiteru Rasband imministra lill-eluf ta' membri u missjunarji tal-Knisja matul tmiem il-ġimgħa, f'bosta laqgħat. Huwa qasam magħhom l-imħabba tiegħu u ta' Sister Rasband għal Franza, fejn għal diversi snin kien mexxa negozju f'Ribecourt, fit-tramuntana ta' Pariġi, u iktar tard serva bħala Awtorità Ġenerali fil-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, li tissorvelja l-operat tal-Knisja fi Franza.
L-appostlu qasam magħhom li l-konċentrazzjoni tal-ministru tiegħu lill-membri tal-Knisja hija li jwassal il-messaġġ fi tliet partijiet tal-President tal-Knisja, Russell M. Nelson: 'Jien se ngħidilhom tliet affarjiet f'kull laqgħa. L-ewwel: Aħna nħobbuhom ħafna u ħafna. It-tieni: Nirringrazzjawhom għal dak kollu li qed jagħmlu biex jibnu l-Knisja tal-Mulej u s-Saltna Tiegħu. U t-tielet: Għandna bżonnhom.'
IL-ĠERMANJA
It-tieni vjaġġ tal-Presbiteru Rasband kien Munich, il-Ġermanja, fejn huwa ltaqa' ma' 170 missjunarju full-time tal-Knisja fil-Missjoni Alpina tal-Ġermanja, li sservi lit-tramuntana tal-Ġermanja, l-Awstrija u Svizzera.
Wara li indirizza lill-missjunarji, il-Presbiteru Rasband ħadhom barra, fi tliet tined bojod. Hemmhekk, ingħaqad mal-oħrajn billi medd idejh għax xogħol, u flimkien immuntaw 2,532 pakkett ta' iġene u qegħduhom f'kaxex. Missjunarji oħrajn għabbewhom fuq trakkijiet kummerċjali, u dawn se jgħinu lis-superstiti tat-terremot fit-Türkiye u s-Sirja. Membri tal-Knisja fiż-żona Frankfurt, il-Ġermanja, għamlu xi ħaġa simili għall-proġett ta' Munich, u mmuntaw 2,500 pakkett ta' iġene ieħor.
'Ħa ngħadduhom lill-konsulat Tork sabiex jkunu jistgħu jintbagħtu fil-postijiet fejn hemm l-iktar bżonnhom,' spjega l-Presbiteru Rasband. 'Sal-lum, il-Knisja kkontribwiet (US)$ 13.5 miljun ta' fondi u oġġetti biex tgħin f'dan l-isforz ta' salvataġġ. Dan kollu jsib il-qofol tiegħu fit-twemmin tagħna li ninodkraw ulied il-Missier fis-Smewwiet.'
Il-Presbiteru Rasband spjega kif fit-Türkiye, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed taħdem mal-AFAD (l-aġenzija nazzjonali għall-immaniġjar f'diżastri nazzjonali) biex twassal kunsinna ta' 50,000 kaxxa tal-ikel u 50,000 pakketti ta' iġene lil familji milqutin. Il-kontribuzzjonijiet tal-Knisja jinkludu wkoll tined, kutri, provvisti mediċinali, oġġetti għat-trobbija tat-tfal, siġġijiet tar-roti, ġeneraturi, heaters u kowtijiet, u anki erba' kliniċi mobbli għall-postijiet fejn intlaqtu l-iktar mid-diżastru.
F'kollaborazzjoni ma' Catholic Relief Services u Save the Children, il-Knisja ta' Ġesù Kristu qed taħdem biex tassigura t-tiswija d-djar, servizzi ta' protezzjoni tat-tfal u kura psikosoċjali għal dawk fil-bżonn. Hemm proġetti ta' salvataġġ għaddejjin, u oħrajn lest, permezz tal-Adventist Development and Relief Agency (ADRA), il-Project Hope, MedGlobal u Rahma Worldwide. Sforzi simili fis-Sirja qed jiġu ffaċilitati permezz tal-International Medical Corps, Mercy Corps, ADRA, ShelterBox, CARE u NuDay Syria.
Il-Presbiteru Rasband spjega li l-Qaddisn tal-Aħħar Żmien mexxew ukoll il-ħidma ta' rispons umanitarju tal-Knisja għall-konflitt bl-armi fl-Ukrajna u issa għat-terremoti fit-Türkiye/is-Sirja. L-isforzi tagħhom ikopru firxa wiesgħa ta' attivitajietta' servizz, inkluż vjeġġi li kull xahar qed jittrasportaw kunsinni ta' għajnuna lejn l-Ukrajna.
'Qalbi taqbeż bil-ferħ meta naħseb kif ... dawn il-pajjiżi kollha fl-Ewropa qed jipprovdu servizz tar-refuġjati lil familja u ommijiet u tfal....' qal il-Presbiteru Rasband.
Huwa talab lill-missjunarji biex jesprimu l-gratitudni tiegħu lill-membri tal-Knisja meta jħallu lil Munich biex jirritornaw lejn il-kongragazzjonijiet lokali tagħhom: 'Meta tmorru lura fil-fergħat tagħkom u -oqsma tagħkom, għidulhom li jien qsamt magħkom l-imħabba u l-apprezzament tiegħi għalihom.'
Wara l-ministeru tiegħu l-Ġermanja, il-Presbiteru Rasband se jmur l-Armenja.