Le Chesnay-Rocquencourt, Franza and Munich, il-Ġermanja

Il-Ministeru tal-Apposltu fl-Ewropa Jenfasizza l-Fraternità u s-Servizz

'Qalbi taqbeż bil-ferħ meta naħseb kif ... dawn il-pajjiżi kollha fl-Ewropa qed jipprovdu servizz tar-refuġjati lil familja u ommijiet u tfal....'

Il-Presbiteru Ronald A. Rasband tal-Kworum tat-Tnax -il Appostlu tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jinsab fuq vjaġġ ta' ministeru fix-xahar ta' April fi Franza, il-Ġermanja, l-Armenja u l-Afrika t'Isfel.   Huwa qed joffri l-id tal-ħbiberija lill-ġirien u l-ħbieb tal-knisja u qed jagħti l-eżempju ta' servizz Kristjan lil refuġjati u vittmi ta' diżastri u kunflitti.

Elder Rasband and his wife, Melanie, toured the grounds of the Paris France Temple on Friday, April 14, 2023, in Le Chesnay-Rocquencourt
Elder Rasband and his wife, Melanie, toured the grounds of the Paris France Temple on Friday, April 14, 2023, in Le Chesnay-Rocquencourt

FRANZA

L-ewwel waqfa fil-ministeru tal-Presbiteru Rasband kien Le Chesnay-Rocquencourt, fi Franza, il-post fejn hemm il-Knisja għandha t-Tempju ta' Pariġi fi Franza.    Huwa ltqaqa' ma' ġurnalist Franċiż u spjegalu r-responsabbiltajiet tiegħu bħala xhud speċjali ta' Ġesù Kristu.   Huwa qasam miegħu kopja ta' dak li huwa ddeskriva bħala waħda mill-iktar possessjonijiet għeżież tiegħu, il-Ktieb ta' Mormon – Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu.  

Imbagħad huwa laqa' b'akkoljenza kbira lis-Sindku ta' Le Chesnay-Rocquencourt, Richard Delepierre, u ppreżenta lilu wkoll kopja tal-Ktieb ta' Mormon.   Is-Sindku Delepierre esprima l-ammirazzjoni tiegħu għat-tempju, il-ħila arkitettonika u anki l-ġonna tiegħu. Huwa qal li dan il-bini sagru sar parti mill-komunità ikbar.  Huwa esprima wkoll ix-xewqa li jippriserva l-libertijajiet reliġjużi fl-isfera pubblika bħala parti mir-responsabbiltajiet tiegħu bħala sindu.   

Elder Ronald A. Rasband of the Quorum of the Twelve Apostles shares a copy of the Book of Mormon with Richard Delepierre, mayor of Le Chesnay-Rocquencourt, on Saturday, April 15, 2023. Their meeting was held at the visitors’ center of the Paris France Temple.

Bħala rispons ta' dan, il-Presbiteru Rasband qal li huwa grat għas-sapport li jagħti s-sindku għar-reliġjonijiet kollha, inkluż il-Knisja ta' Ġesù Kristu.

'Huwa ħabib għażiż tal-Knisja,' qal il-Presbiteru Rasband.  'Fil-fatt, f'mument minnhom matul it-taħdita tagħna, għidtlu 'int missek tkun il-kelliem tal-Knisja tagħna.' Tant kien ġentili u ġeneruż fil-kummenti tiegħu f'dik li hija parteċipazzjoni tal-Knisja fil-belt tiegħu.'

Minn barra li ltaqa' mal-mexxejja ċiviċi, il-Presbiteru Rasband imministra lill-eluf ta' membri u missjunarji tal-Knisja matul tmiem il-ġimgħa, f'bosta laqgħat.   Huwa qasam magħhom l-imħabba tiegħu u ta' Sister Rasband għal Franza, fejn għal diversi snin kien mexxa negozju f'Ribecourt, fit-tramuntana ta' Pariġi, u iktar tard serva bħala Awtorità Ġenerali fil-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, li tissorvelja l-operat tal-Knisja fi Franza.

Elder Ronald A. Rasband speaks during a special devotional for church members in Le Port-Marly, France, on Sunday, April 16, 2023. More than 2,000 people gathered at Pyramides Congrès Center to hear from Elder Rasband.

L-appostlu qasam magħhom li l-konċentrazzjoni tal-ministru tiegħu lill-membri tal-Knisja hija li jwassal il-messaġġ fi tliet partijiet tal-President tal-Knisja, Russell M. Nelson:  'Jien se ngħidilhom tliet affarjiet f'kull laqgħa. L-ewwel: Aħna nħobbuhom ħafna u ħafna. It-tieni: Nirringrazzjawhom għal dak kollu li qed jagħmlu biex jibnu l-Knisja tal-Mulej u s-Saltna Tiegħu.  U t-tielet: Għandna bżonnhom.'

IL-ĠERMANJA

It-tieni vjaġġ tal-Presbiteru Rasband kien Munich, il-Ġermanja, fejn huwa ltaqa' ma' 170 missjunarju full-time tal-Knisja fil-Missjoni Alpina tal-Ġermanja, li sservi lit-tramuntana tal-Ġermanja, l-Awstrija u Svizzera. 

Wara li indirizza lill-missjunarji, il-Presbiteru Rasband ħadhom barra, fi tliet tined bojod.   Hemmhekk, ingħaqad mal-oħrajn billi medd idejh għax xogħol, u flimkien immuntaw 2,532 pakkett ta' iġene u qegħduhom f'kaxex.  Missjunarji oħrajn għabbewhom fuq trakkijiet kummerċjali, u dawn se jgħinu lis-superstiti tat-terremot fit-Türkiye u s-Sirja. Membri tal-Knisja fiż-żona Frankfurt, il-Ġermanja, għamlu xi ħaġa simili għall-proġett ta' Munich, u mmuntaw 2,500 pakkett ta' iġene ieħor.

Elder Ronald A. Rasband of the Quorum of the Twelve Apostles speaks to missionaries of the Paris France Mission on Saturday, April 15, 2023, in Versailles, France. Elder Rasband showed the missionaries his personal copy of the Book of Mormon, which he used as a young proselyting missionary in New York City from 1970 to 1972.

'Ħa ngħadduhom lill-konsulat Tork sabiex jkunu jistgħu jintbagħtu fil-postijiet fejn hemm l-iktar bżonnhom,' spjega l-Presbiteru Rasband.   'Sal-lum, il-Knisja kkontribwiet (US)$ 13.5 miljun ta' fondi u oġġetti biex tgħin f'dan l-isforz ta' salvataġġ. Dan kollu jsib il-qofol tiegħu fit-twemmin tagħna li ninodkraw ulied il-Missier fis-Smewwiet.'

Il-Presbiteru Rasband spjega kif fit-Türkiye, il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien qed taħdem mal-AFAD (l-aġenzija nazzjonali għall-immaniġjar f'diżastri nazzjonali) biex twassal kunsinna ta' 50,000 kaxxa tal-ikel u 50,000 pakketti ta' iġene lil familji milqutin.  Il-kontribuzzjonijiet tal-Knisja jinkludu wkoll tined, kutri, provvisti mediċinali, oġġetti għat-trobbija tat-tfal, siġġijiet tar-roti, ġeneraturi, heaters u kowtijiet, u anki erba' kliniċi mobbli għall-postijiet fejn intlaqtu l-iktar mid-diżastru.

Elder Ronald A. Rasband and his wife, Melanie, greet young Latter-day Saint missionaries serving in the Alpine German-Speaking Mission in Munich on April 17, 2023.
Elder Ronald A. Rasband and his wife, Melanie, greet young Latter-day Saint missionaries serving in the Alpine German-Speaking Mission in Munich on April 17, 2023.

F'kollaborazzjoni ma' Catholic Relief Services u Save the Children, il-Knisja ta' Ġesù Kristu qed taħdem biex tassigura t-tiswija d-djar, servizzi ta' protezzjoni tat-tfal u kura psikosoċjali għal dawk fil-bżonn.   Hemm proġetti ta' salvataġġ għaddejjin, u oħrajn lest, permezz tal-Adventist Development and Relief Agency (ADRA), il-Project Hope, MedGlobal u Rahma Worldwide.   Sforzi simili fis-Sirja qed jiġu ffaċilitati permezz tal-International Medical Corps, Mercy Corps, ADRA, ShelterBox, CARE u NuDay Syria.

Il-Presbiteru Rasband spjega li l-Qaddisn tal-Aħħar Żmien mexxew ukoll il-ħidma ta' rispons umanitarju tal-Knisja għall-konflitt bl-armi fl-Ukrajna u issa għat-terremoti fit-Türkiye/is-Sirja. L-isforzi tagħhom ikopru firxa wiesgħa ta' attivitajietta' servizz, inkluż vjeġġi li kull xahar qed jittrasportaw kunsinni ta' għajnuna lejn l-Ukrajna.

Elder Ronald A. Rasband of the Quorum of the Twelve Apostles assembles hygiene kits at a meetinghouse in Munich Germany on April 17, 2023. Standing next to him is a young missionary volunteer, Hudson Werlich, who is their grandson serving in the Alpine German-Speaking Mission.

'Qalbi taqbeż bil-ferħ meta naħseb kif ... dawn il-pajjiżi kollha fl-Ewropa qed jipprovdu servizz tar-refuġjati lil familja u ommijiet u tfal....' qal il-Presbiteru Rasband.

More than 170 young and senior missionaries of The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints gathered in Munich to assemble hygiene kits on April 17, 2023.
More than 170 young and senior missionaries of The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints gathered in Munich to assemble hygiene kits on April 17, 2023.

Huwa talab lill-missjunarji biex jesprimu l-gratitudni tiegħu lill-membri tal-Knisja meta jħallu lil Munich biex jirritornaw lejn il-kongragazzjonijiet lokali tagħhom: 'Meta tmorru lura fil-fergħat tagħkom u -oqsma tagħkom, għidulhom li jien qsamt magħkom l-imħabba u l-apprezzament tiegħi għalihom.'

A young missionary volunteer from the Church of Jesus Christ of Latter-day Saints unpacks washcloths for putting into hygiene kits in Munich on April 17, 2023. More than 2500 hygiene kits were assembled for earthquake victims in Türkiye and Syria.

Wara l-ministeru tiegħu l-Ġermanja, il-Presbiteru Rasband se jmur l-Armenja.