Iż-żjara tal-ministeru ta’ 11-il jum mill-Presbiteru D. Todd Christofferson, tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, fil-kontinent Ewropew, ikkonkludiet f’Copenhagen, nhar l-4 ta’ Marzu 2024, b’laqgħa ma’ missjunarji tal-Knisja li bħalissa qed jaqdu f’dan il-pajjiż. Matul il-mawra f’sitt pajjiżi Ewropej, il-Presbiteru Christofferson, li kien akkumpanjat minn martu, Katherine Christofferson, qasam messaġġ ta’ tama u stieden lill-membri u lill-ħbieb tal-Knisja biex jiċċentraw ħajjithom fuq it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu u jsegwu l-eżempju tiegħu aktar mill-qrib.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson, tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jilqa’ lill-missjunarji li qed iservu fi Spanja, nhar l-24 ta’ Frar 2024. Huma nġabru f’Madrid, biex jattendu konferenza speċjali ta’ it-tliet missjonijiet tal-Knisja fi Spanja.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson, isellem lil missjunarju fid-dar tal-laqgħat taċ-ċentru tal-wited ta’ Madrid, fi Spanja. Il-konferenza speċjali tal-missjoni mal-missjunarji li jaqdu fit-tliet missjonijiet tal-Knisja fi Spanja, kienet l-ewwel laqgħa inkluża fil-mawra tal-ministeru ta’ 11-il jum li se tkopri sitt pajjiżi fl-Ewropa.
Il-Presbiteru Christofferson u Sister Christofferson waqt il-mawra tal-uffiċċju l-ġdid tal-Knisja fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, fis-27 ta’ Frar 2024.
Laqgħa devozzjonali mal-impjegati tal-Knisja, fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, fit-28 ta’ Frar 2024.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson jiltaqa’ mal-Ministru tal-Kultura u l-Midja tal-Gvern Kroat, is-Sinjura Nina Obuljen Koržinek, f’Zagreb, fid-29 ta’ Frar 2024. Kienu preżenti wkoll uffiċjali oħra tal-gvern ta’ grad għoli tal-kabinett Kroat.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson isellem lill-missjunarji tal-Missjoni tal-Adrijatiku ta’ Fuq tal-Knisja, li inġabru fid-dar tal-laqgħat tal-Knisja f’Zagreb, fil-Kroazja, fid-29 ta’ Frar 2024, għal konferenza speċjali tal-missjoni.
Mix-xellug għal-lemin: Péter Borsos, president tal-wited ta’ Budapest, is-Sur László Kiss, sindku ta’ Óbuda-Békásmegyer (Distrett III ta’ Budapest), u l-Presbiteru D. Todd Christofferson. Iltaqgħu fil-muniċipju ta’ Óbuda biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mat-tempju futur tal-Knisja li se jinbena f’Budapest.
L-Isqof W. Christopher Waddell, tal-Isqof Presidenza tal-Knisja, jinvolvi ruħu ma’ tifel f’istituzzjoni fl-Ungerija, fid-29 ta’ Frar 2024. Il-Knisja qed tgħin lil din l-istituzzjoni tkompli tipprovdi kura u appoġġ għat-tfal li għandhom bżonnijiet speċjali.
Il-Missjoni ta’ Budapest tal-Ungerija quddiem id-dar tal-laqgħa tal-Knisja ta’ Pest, f’Budapest, fl-1 ta’ Marzu 2024.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson jindirizza lill-missjunarji li qed jaqdu fil-missjoni Alpina li titkellem bil-Ġermaniż. Il-laqgħa saret fi Vjenna, fit-2 ta’ Marzu 2024.
Il-Presbiteru D. Todd Christofferson jimpenja ruħu mal-missjunarji li jservu fil-missjoni Alpina li titkellem bil-Ġermaniż, fit-2 ta’ Marzu 2024.
Ħarsa tal-kongregazzjoni miġbura fil-konferenza speċjali tal-wited li saret fi Vjenna, fit-3 ta’ Marzu 2024. Il-proċedimenti ġew imxandra mal-pajjiż kollu.
Il-Presbiteru u Sister Christofferson jilqgħu lill-missjunarji tal-Missjoni ta’ Copenhagen tad-Danimarka li nġabru fil-kapitali, fl-4 ta’ Marzu 2024.
Missjunarji tal-Missjoni ta’ Copenhagen tad-Danimarka jipparteċipaw f’konferenza speċjali tal-missjoni mal-Presbiteru u Sister Christofferson, fl-4 ta’ Marzu 2024.
Għal ħafna mill-vjaġġ tal-ministeru, kien jinkludi l-Awstrija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Ġermanja, l-Ungerija u Spanja, il-Presbiteru Christofferson u Sister Christofferson ingħaqdu mal-Presbiteru Brent H. Nielson, tal-Presidenza tas-Sebgħin, ma’ martu Marcia Nielson. L-Isqof W. Christopher Waddell, l-ewwel kunsillier fil-Veskovat li Jippresedi, ma’ martu Carol Waddell kienu wkoll magħhom għal ħafna mil-laqgħat. F’dawn il-postijiet differenti, huma ltaqgħu ma’ membri u missjunarji tal-Knisja, u stiednuhom isaħħu l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu u jsiru dixxipli aktar impenjati.
Il-Presbiteru Christofferson kellu wkoll laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern fil-Kroazja u l-Ungerija. Hawn taħt jinsabu l-punti ewlenin tal-mawra tal-ministeru, b'ritratti li juru parti minn din l-istorja.
Madrid, Spanja
L-ewwel laqgħat saru fid-dar tal-laqgħat tal-kumpless tat-tempju ta’ Madrid, fi tmiem il-ġimgħa tal-24 u l-25 ta’ Frar 2024. F’din l-ewwel waqfa tal-mawra tal-ministeru, il-Presbiteru Rubén V. Alliaud, l-Ewwel Kunsillier fil-Presidenza Reġjonali tal-Ewropa Ċentrali, akkumpanjat minn martu Fabiana Alliaud, ingħaqad mal-Awtoritajiet Ġenerali.
Il-weekend kien jinkludi laqgħa storika mat-tliet Missjonijiet fi Spanja, laqgħa mal-Konsulenti tal-Adulti taż-Żgħażagħ mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali, u laqgħa devozzjonali għall-adulti żgħażagħ li kienet imxandra lill-units kollha li jitkellmu bl-Ispanjol fir-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali.
Nhar il-Ħadd, il-Presbiteru Christofferson ippresieda konferenza speċjali għat-tliet wited ta’ Madrid. Din il-laqgħa speċjali ġiet imxandra wkoll għar-reġjun ta’ Madrid, peress li l-kapaċità tal-bini hija limitata għal 1,000 ruħ.
Frankfurt, il-Ġermanja
Fil-Ġermanja, il-Presbiteru Christofferson, il-Presbiteru Nielson u l-Isqof Waddell kellhom laqgħat fil-kwartieri ewlieni tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali tal-Knisja, fi Frankfurt. Fit-28 ta’ Frar 2024, saret laqgħa devozzjonali speċjali mal-impjegati tal-Knisja li jaħdmu ġewwa Frankfurt u madwar iir-reġjun kollu. It-tour fil-Ġermanja intemm bit-tour tal-bini u d-dedikazzjoni tiegħu mill-Presbiteru Christofferson.
Zagreb, il-Kroazja
Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Presbiteru Christofferson, akkumpanjat mill-Presbiteru Nielson u l-Presbiteru Jack N. Gerard, it-Tieni Kunsillier fil-presidenza Reġjonali tal-Ewropa Ċentrali, flimkien ma’ martu, Sister Claudette Gerard, ivvjaġġaw lejn il-kapitali tal-Kroazja, Żagreb, biex jagħmlu laqgħa ta' livell għolja mal-Ministru tal-Kultura u l-Midja tal-Gvern Kroat u uffiċjali oħra.
Il-Presbiteru Christofferson esprima l-apprezzament tiegħu għall-isforzi li għamel il-gvern Kroat matul il-pandemija tal-Covid-19 li ppermettew lill-missjunarji tal-Knisja jivvjaġġaw u jaslu fid-destinazzjonijiet assenjati lilhom madwar l-Ewropa.
Iddiskuta wkoll mal-uffiċjali tal-gvern kif il-Knisja u l-membri tagħha jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-soċjetà fil-pajjiż. Huwa qal: 'Tkellimna dwar l-għanijiet u l-interessi tal-gvern (Kroat) u sibna li kien hemm ħafna modi differenti li ħassejna li nistgħu nikkollaboraw fihom, speċjalment ma’ dawk li huma fil-bżonn'. Aktar tard saret konferenza tal-missjoni mal-Missjoni tal-Adrijatiku ta’ Fuq fid-dar tal-laqgħat ta’ Żagreb.
Budapest, l-Ungerija
L-għada, nhar l-1 ta’ Marzu 2024, il-Presbiteru Christofferson, il-Presbiteru Nielson u l-Presbiteru Gerard iltaqgħu mas-sindku tal-muniċipju ta’ Óbuda f’Budapest: Is-Sur László Kiss. Il-Knisja xtrat proprjetà fid-distrett ta’ Óbuda u qed tippjana li tibni f’dak is-sit it-tempju futur ta’ Budapest tal-Ungerija, li se jkun l-ewwel tempju tal-Knisja fil-pajjiż.
Fil-laqgħa, il-Presbiteru Christofferson introduċa l-Knisja lis-sindku u spjega għaliex il-qaddisin tal-Aħħar Żmien jqisu t-tempji bħala d-Dar tal-Mulej. Il-laqgħa kienet “kordjali ħafna u produttiva”, qal il-Presbiteru Christofferson.
Wara l-laqgħa fil-muniċipju ta’ Óbuda, il-grupp ivvjaġġa lejn id-dar tal-laqgħat ta’ Pest biex jagħmel konferenza speċjali mal-missjunarji li jservu fil-missjoni ta’ Budapest fl-Ungerija. L-Isqof Waddell kien ukoll l-Ungerija u ħa l-opportunità fil-ġurnata ta’ qabel iżżur diversi istituzzjonijiet li l-Knisja qed tgħin fl-Ungerija, bħala parti mill-isforzi umanitarji u ta’ sostenn tagħha fil-pajjiż.
Vjenna, l-Awstrija
Fi tmiem il-ġimgħa tat-2-3 ta’ Marzu 2024, il-grupp vvjaġġa lejn il-kapitali tal-Awstrija, fejn il-Presbiteru Christofferson ipparteċipa f’konferenza mal-missjunarji li qed jaqdu fil-Missjoni Alpina li titkellem bil-Ġermaniż. Imbagħad ippresieda laqgħa ta’ taħriġ mal-mexxejja tal-Knisja tar-Reġjun tal-Ewropa Ċentrali. Il-Presidenza kollha tarReġjun tal-Ewropa Ċentrali kienet preżenti wkoll.
Il-Presbiteru Christofferson kien ukoll intervistat mir-radju Ö1. Dan l-istazzjon tar-radju huwa parti mill-ORF, in-netwerk pubbliku Awstrijak tar-radju u t-televiżjoni. Nhar il-Ħadd filgħodu, 3 ta’ Marzu 2024, saret konferenza speċjali tal-wited f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Vjenna.
Il-konferenza tal-wited kienet imxandra mal-pajjiż kollu. Il-Presbiteru Christofferson indirizza lil kull minn kien presenti. Qal li dawk li “jallinjaw ħajjithom mal-messaġġ ta’ Ġesù Kristu jħossu aktar ferħ”. Hemmhekk afferma wkoll li “l-indiema hija ferħ għal ħajjitna”.
Copenhagen, id-Danimarka
Fl-4 ta’ Marzu 2024, l-aħħar jum taż-żjara tal-ministeru fil-kontinent Ewropew, il-Presbiteru Christofferson vvjaġġa lejn Copenhagen biex jagħmel konferenza tal-missjoni mal-Missjoni ta’ Copenhagen tad-Danimarka. Il-laqgħa saret fiċ-ċentru tal-wited tal-Knisja.