Salt Lake City, Utah

Il-Presbiteru Patrick Kearon Imsejjaħ għall-Kworum tat-Tnax-il Appostlu

Il-Presbiteru Patrick Kearon huwa l-aktar membru ġdid tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Huwa ġie msejjaħ nhar il-Ħamis, 7 ta’ Diċembru, 2023, u ordnat aktar tard dakinhar stess mill-President Russell M. Nelson u l-membri l-oħra tal-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Plaku Patrik Kirën
Il-Presbiteru Patrick Kearon.

“Is-sejħa għall-appostolat qaddis hija waħda ta’ xhieda lid-dinja tad-divinità tal-Mulej Ġesù Kristu,” qal il-President Russell M. Nelson, fiż-żmien tas-sejħa tiegħu biex jaqdi f’dik il-kapaċità fl-1984.

Minbarra r-responsabbiltà primarja tagħhom li jkunu xhieda speċjali tal-isem ta’ Kristu madwar id-dinja, dawn l-Appostli għandhom responsabbiltajiet amministrattivi sinifikanti biex jissorveljaw l-operat u l-iżvilupp tal-Knisja globalment. Il-Kworum tat-Tnax-il Appostlu huwa t-tieni l-ogħla korp li jippresiedi fil-gvern tal-Knisja. Il-membri tal-Kworum iservu taħt id-direzzjoni tal-Ewwel Presidenza, li tinkludi lill-President tal-Knisja u żewġ konsulenti.

Il-Presbiteru Kearon, li serva bħala l-president anzjan tal-Presidenza tas-Sebgħin minn Awwissu 2020, ser jimla l-post battal wara il-mewt tal-President M. Russell Ballard, li miet nhar il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, 2023. Ċittadin Brittaniku u Irlandiż, huwa ilu jservi fl-Awtorità Ġenerali Sebgħin mit-3 ta’ April, 2010.

“Din is-sejħa sagra tumiljani għax hi ikbar minni,” stqarr il-Presbiteru Kearon. “Ikolli bżonn inqiegħed l-fiduċja kollha tiegħi fis-Salvatur hekk kif infittex li nsir dak li Hu jeħtieġni biex inkun u naqsam ix-xhieda tiegħi tal-imħabba u d-dawl Tiegħu. L-abbundanza u l-grazzja ta’ Ġesù Kristu ġabu ferħ kbir f’ħajti, kif ukoll balzmu tal-fejqan fi żminijiet ta’ prova. Jien inħobbu. Jien se nistinka biex naqdih kemm nista’.”

Il-Presbiteru Kearon, li għandu 62 sena, trabba fir-Renju Unit u fil-Lvant Nofsani, fejn missieru kien jaħdem mad-Difiża. Ta’ 10 snin, attenda boarding school fl-Ingilterra filwaqt li l-ġenituri tiegħu baqgħu fl-Arabja Sawdija. Il-prova sinifikanti ta’ dik is-separazzjoni rawmet fih għarfien u sensittività dejjiema li wasslet biex immarkat il-ministeru tiegħu.

“Naturalment f’ħafna modi aħna lkoll ’il bogħod mid-dar,” għallem darba il-Presbiteru Kearon lill-istudenti tal-Università Brigham Young. “Il-metafora mad-dar eterna tagħna hija ċara hawn … Missierna Etern ma ħalla lil ħadd minna jitlaq mid-dar, iħalli l-preżenza tiegħu, mingħajr l-opportunità li nħossu l-imħabba u l-gwida tiegħu — kuljum f’ħajjitna.”

Fil-ħajja adulta tiegħu, il-Presbiteru Kearon għex u ħadem fir-Renju Unit, l-Arabja Sawdija, u l-Istati Uniti f’firxa ta’ industriji, inkluż dak li jmexxi l-konsulenza tiegħu fil-komunikazzjoni.

Il-Presbiteru Kearon l-ewwel beda jifhem il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien meta għex f’Kalifornja ma’ familja ta’ Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Hu qal li “kienu jgħixu eżistenza ferrieħa bbażata fuq is-​servizz.” Ftit snin wara ltaqaʼ maʼ missjunarji fit-triq f’Londra u eventwalment tgħammed lejlet il-Milied tas-sena 1987.

Sentejn wara l-magħmudija tiegħu, il-Presbiteru Kearon iltaqa’ ma’ Jennifer Hulme, studenta fl-Università Brigham Young fi Provo. Hija kienet qed iżżur Londra fuq studju ta’ sitt xhur barra mill-pajjiz. Il-koppja żżewġet fit-Tempju ta’ Oakland Kalifornja fl-1991 u mbagħad għexet l-Ingilterra għal 19-il sena qabel marret lura lejn Utah meta ssejjaħ bħala Awtorità Ġenerali tas-Sebgħin. Għandhom erbat itfal: Sean (li miet fit-tfulija), Elizabeth, Susannah, u Emma.

Qabel is-sejħa tiegħu bħala Awtorità Ġenerali, l-inkarigi tal-Knisja tal-Presbiteru Kearon kienu jinkludu Żona Sebgħin, president tal-wited, u president tal-qasam.

Il-Presbiteru Kearon se jiġi sostnut fil-konferenza ġenerali ta’ April 2024.