Il-Presbiteru Gary E. Stevenson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, akkumpanjat minn martu, Sister Lesa Stevenson, dan l-aħħar temm mawra ta’ għaxar t’ijiem madwar l-Ewropa, fejn żar membri u missjunarji tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien fl-Olanda, il-Greċja, il-Bulgarija, u l-Italja mis-17-27 t’Ottubru, 2024. Huwa żar lilll-membri tal-Knisja madwar ir-reġjun, u enfasizza t-tema tal-qawwa tal-evanġelju li jġib il-paċi fid-dinja tal-lum.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’ mal-membri tal-knisja lokali u mal-missjunarji fl-Olanda fid-19 t’Ottubru u fl-20 t’Ottubru 2024.
Mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Jack N. Gerard mill-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, il-Presbiteru Gary E. Stevenson mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Presbiteru Joep Boom, Sebgħin Reġjonali mill-Olanda jiltaqgħu mal-membri tal-knisja lokali u mal-missjunarji fl-Olanda fid-19 t’Ottubru u fl-20 t’ Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’ mal-membri tal-knisja lokali u mal-missjunarji fl-Olanda fid-19 t’Ottubru u fl-20 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru James W. McConkie III mill-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa jiltaqa’ mal-Missjunarji f’Ateni, il-Greċja nhar it-Tlieta, 22 t’Ottubru 2024.
Il-President u Sister Nelson, il-mexxejja tal-Missjoni tal-Bulgarija/Greċja jindirizzaw lill-missjunarji tagħhom f’ Ateni, il-Greċja nhar it-Tlieta, 22 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’ ma’ grupp ta’ missjunarji fuq l-Għolja Mars f’Ateni, il-Greċja nhar it-Tlieta, 22 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’ mal-membri lokali f’Sofija, il-Bulgarija nhar l-Erbgħa, 23 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru James W. McConckie III jindirizza lill-membri f ’Sofija, il-Bulgarija nhar l-Erbgħa, 23 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’ mal-missjunarji f’Sofija, il-Bulgarija nhar it-Tlieta, 23 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru u Sister Stevenson jiltaqgħu ma’ Sister Rosaria Valenti ta’ 101 sena minn Bari, l-Italja nhar il-Ħamis, 24 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru u Sister Stevenson jiltaqgħu ma’ Sister Rosaria Valenti ta’ 101 sena minn Bari, l-Italja nhar il-Ħamis, 24 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Ruben V. Alliaud, President tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, jindirizza lill-membri lokali f’Bari, l-Italja nhar il-Ħamis, 24 t’Ottubru 2024.
Mix-xellug għal-lemin: Il-Presbiteru Emanuel Petrignani, Sebgħin Reġjonali, il-Presbiteru Gary E. Stevenson mill-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u l-Presbiteru Ruben V. Alliaud mill-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa jiltaqgħu mal-membri lokali f’Ruma l-Italja nhar is-Sibt, 26 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jiltaqa’mal-missjunarji fil-Pjazza tat-tempju ta’ Ruma, l-Italja nhar il-Ġimgħa 25 t’Ottubru 2024.
Il-Presbiteru Stevenson jitkellem f’konferenza tal-wited f’Palermo, l-Italja, nhar il-Ħadd, 27 t’Ottubru 2024.
Olanda
L-ewwel waqfa tiegħu kienet fl-Olanda, fejn mal-Presbiteru Stevenson ingħaqdu l-Presbiteru Jack N. Gerard tal-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa u l-Presbiteru Joep Boom, Sebgħin Reġjunali mill-Olanda. Fid-19 t’Ottubru, il-Presbiteru Stevenson iltaqa’ mal-missjunarji fil-Missjoni Belġju/Olanda fil-belt ta’ Breda, fejn faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom biex jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Hu inkuraġġihom biex isibu l-kuraġġ u l-ferħ fit-tixrid tal-evanġelju, anki quddiem l-isfidi. “Jista’ jkollok il-fiduċja tal-Mulej u tħoss il-ferħ, avolja ċ-ċirkustanzi jistgħu jkunu diffiċli,” qal il-Presbiteru Stevenson, fejn fakkar lill-missjunarji biex jirriflettu fuq l-ittri oriġinali tas-sejħa tagħhom fejn jerġgħu issibu il-qawwa. F’laqgħa mal-mexxejja lokali mill-Belġju u l-Olanda li jitkellmu bl-Olandiż, hu u l-Presbiteru Gerard enfasizzaw l-importanza tal-patti tat-tempju u l-proċess kontinwu tal-konverżjoni personali. Il-Patti huma wegħdiet sagri bejn Alla u persuna jew grupp ta’ nies.
Fl-20 t’Ottubru, il-Presbiteru Stevenson indirizza lill-membri f’konferenza speċjali tal-wited f’The Hague dwar il-ferħ li jinstab meta wieħed jgħix bħala poplu tal-patt. Wara l-konferenza, stieden liż-żgħażagħ biex jiltaqa’ magħhom u ma’ Sister Stevenson. Meta kkonkluda ż-żmien tiegħu fl-Olanda, huwa żar it-tempju Olandiż f’The Hague fil-qrib, fejn iltaqa’ wkoll mal-membri u l-mexxejja, filwaqt li ħeġġiġhom biex jimxu ’l quddiem fil-fidi u l-impenn tagħhom lejn l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
Il-Greċja &-Bulgarija
Il-Presbiteru Stevenson imbagħad ivvjaġġa lejn il-Greċja, akkumpanjat mill-Presbiteru James W. McConkie III, it-tieni konsulent fil-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa, u mexxejja oħra, fejn iltaqgħu ma’ membri tal-Knisja lokali u missjunarji. F’Ateni, fit-22 t’ Ottubru, bdiet laqgħa speċjali għall- missjunarji fuq l-Għolja Mars, fejn l-appostlu offra kliem t’inkuraġġiment u tifħir: “Fi żmien meta ħafna żgħażagħ qed jinjoraw ir-reliġjon organizzata, huwa ta’ gost li tkun ma’ adulti żgħażagħ leali għall-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien li jagħżlu li jissagrifikaw il-ħin biex jaqdu lill-Mulej u jistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju tiegħu,” hu rrimarka.
Instagram: https://www.instagram.com/garyestevenson/reel/DBoVM2wRERS/
F’laqgħa mal-membri f’Ateni, il-Presbiteru Stevenson enfasizza l-importanza tar-reżiljenza u t-tama fl-evanġelju, anke fost l-isfidi tal-ħajja.
Waqt li komplew il-vjaġġ tagħhom, il-Presbiteru u Sister Stevenson żaru l- Bulgarija, fejn iltaqgħu mal-missjunarji u kellhom devozzjoni mal-membri f’Sofija fit-23 t’Ottubru. Bi kliemu enfasizza l-importanza tal-għaqda u l-qawwa sostenittiva tal-evanġelju għall-individwi u l-familji.
L-Italja
Fl-Italja, il-Presbiteru Stevenson kien akkumpanjat mill-Presbiteru Ruben V. Alliaud, President tal-Presidenza tar-Reġjun Ċentrali tal-Ewropa u l-Presbiteru Emanuel Petrignani, Sebgħin Reġjunali mill-Italja. Il-Presbiteru Stevenson għamel żjara memorabbli f’Bari, fejn iltaqa’ ma’ Sister Rosaria Valenti, li dan l-aħħar iċċelebrat għeluq il-101 sena tagħha. Sister Valenti, membru maħbuba u li ilha sservi fil-Knisja, qasmet ix-xhieda tagħha ta’ Ġesù Kristu, u ddeskrivietu bħala “kollox għalija.” Sister Valenti saret taf bl-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu permezz tar-raġel ta’ bintha, Leonardo Lettini, f’April 1984 u tgħammdet ftit xhur wara. Ftit wara l-magħmudija tagħha, laqtitha ġrajja ta’ niket f’ħajjitha: bintha Annamaria u l-familja kollha tagħha, li introduċewha għall-evanġelju, mietu f’inċident bil-karozza fl-1985. Li titlef lill-għeżież membri tal-familja tagħha kienet esperjenza ta’ dieqa kbira f’ħajjitha. Fortunatament, il-familja kienet ġiet issiġillata fit-tempju ftit xhur qabel. Sister Valenti wkoll ġiet issiġillata biss ftit xhur qabel, u dan taha t-tama għal familja eterna u li ser tingħaqad mill-ġdid mal-maħbubin tagħha wara din il-ħajja għal darb’oħra u għal dejjem. Hi u tirrifletti dwar Dar il-Mulej, dejjem stqarret li “fit-tempju tgħallimt aktar dwar Alla l-Missier u Ġesù Kristu u saru kollox għalija.” Il-Presbiteru Stevenson onora id-dedikazzjoni tagħha tul ħajjitha għall-evanġelju, billi offrielha il-fjuri u il-barka Saċerdotali. Din il-laqgħa speċjali messet ħafna lil Sister Valenti u l-familja tagħha u mmarkat bħala mument ferrieħi għall-kongregazzjoni f’Bari tal-Knisja.
F’Ruma, il-Presbiteru Stevenson indirizza lill-missjunarji u mexxejja tal-Knisja, fejn iffoka fuq il-ferħ tas-servizz u l-importanza tat-tisħiħ tal-Knisja madwar l-Italja. Fis-27 t’Ottubru, huwa kkonkluda l-mawra ta’ ministeru tiegħu b’konferenza fil-qasam ta’ Palermo, fejn laqqa’ lill-membri flimkien biex iħossu l-imħabba tal-Mulej u l-għaqda tal-evanġelju.
Matul il-vjaġġ kollu, il-messaġġi tal-Presbiteru Stevenson enfasizzaw il-barkiet tal- konverżjoni, il-kuraġġ, u ż-żamma tal-patt ma’ Ġesù Kristu. Iż-żjara tiegħu ispirat eluf ta’ membri u ħbieb tal-Knisja, u ħalliet wirt ta’ fidi u għaqda msaħħa madwar ir-reġjun.